It-Tnejn, 8 ta' Dicembru, 2003     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Ghajnuna siewja
   

 L-ghaqda The Maltese Welfare (NSW) Inc ghadhom kemm habbru li waslu fi ftehim ma' Maltagenealogy.com biex huma jkunu l-isponsors tal-Maltese Welfare ghas-sena li gejja. F'cerimonja li saret fis-sala tal-knisja ta' OLQP fi Greystanes, Charles Said-Vassallo li huwa l-webmaster ta' Maltagenealogy.com ipprezenta cekk f'forma ta' ghajnuna finanzjarja lill-President ta' din l-Ghaqda, Lawrence Dimech, fil-presenza ta' l-esekuttiv u ghadd ta' membri ta' din il-ghaqda.
 
Charles Said-Vassallo qalilna li din il-website tista' tghin lil dawk il-Maltin kollha li jixtiequ jkunu jafu dwar id-dixxendenzi taghhom f'Malta jew madwar id-dinja. Huma diga qed jghinu hafna Maltin biex isiru jafu min kienu l-antenati taghhom.
 
Huwa jittama li l-assocjazzjoni mal-Maltese Welfare, li dalwaqt ikollhom ukoll l-website taghhom, tghin biex bil-kontribuzzjoni finanzjarja ta' maltagenealogy.com ix-xoghol tal- Maltese Welfare ikompli jikber.

Lawrence Dimech, il-President ta' The Maltese Welfare, qal li huma qatt qabel ma fittxew ghajnuna minn nahat Maltin ghax dejjem ippruvaw jiksbu ghotjiet mill-entitajiet governattivi u kunsilli lokali. Din l-assocjazzjoni ma' Maltagenealogy.com waslet fi zmien meta ma nistghux inwarrbu iktar id-direzzjoni teknologika li qed taghmel impatt fuq l-komunita'  generali, ghalhekk  irridu  nkunu minn ta' quddiem biex  inkomplu  bil-laqghat   ta'

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031208_MGenealogy.jpg

Lawrence Dimech qieghed jircievi l-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja minghand ir-rapprezentant ta' maltagenealogy.com, Charles Said-Vassallo. Fit-truf jidhru (xellug) Maria Decarlo, is-Segretarja u Nathalie Gatt, il-kaxxiera.

Due to web space restrictions this image has been removed
031208_WelfareGroup.jpg

Ritratt tal-membri tal-Maltese Welfare waqt l-ahhar laqgha li kellhom: Fuq wara mix-xellug: Rita Kassas, Mark Caruana, Maria DeCarlo, Rita Cassar, Greg Caruana, Lawrence Dimech, Charles Said-Vassallo, Nathalie Gatt u Marlene Dimech. Vella, Joe Aquilina, Joe Farrugia.

informazzjoni u fl-istess waqt naccettaw is-servizzi kompjuterizzati jew "on line" biex inservu ahjar lill-komunita Maltija.

 

Ghal dawk li jridu jkunu jaf  iktar dwar l-antenati taghhom, idhlu fil-maltagenealogy.com

  
 
 Paul Lapira onorat ghal darba ohra
 

 Fil-Gold Coast fi Queensland ma hemmx biss shana, xewx, ramel u divertiment izda komunita' attiva ferm li taf taghraf ix-xoghol ta' dawk li ghazlu din il-"genna ta' l-art" kif isejjhula hafna, fl-oqsma ferm importanti tal-hajja.
Kull sena, The Gold Coast Bulletin jorganizzaw avveniment ghal dawk kollha li joqghodu f'dawn in-nahat biex jigu nnominati dawk is-"samaritani" li bl-ghemejel taghhom qed jaghmlu differenza fil-hajja ta' dan il-post maghruf ferm fl-Awstralja.

Dawk li jigu nnominati huma mqassma f'ghaxar kategoriji differenti bhal ma huma, kuragg, komunita', edukazzjoni, divertiment, negozju, progress, turizmu, sports, zghazagh u servizz tul il-hajja.

Due to web space restrictions this image has been removed
031208_Lapira3.jpg

Paul mas-Sindklu tas-South Coast Gary Boildon.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031208_Lapira1.jpg


Wiehed minn dawn in-nominazzjonijiet, f'serata kbira li ssir fil-Marriot Surfers Paradise Resort, jigi maghruf bhala r-rebbieh ta' l-Order of the Gold Coast.

Fost dawk li gew innominati fis-sezzjoni tal-komunita' kien hemm il- Malti, Paul Lapira li sar maghruf ghall-attivitajiet tieghu fejn dejjem juri u jaghti gieh il-pajjiz tieghu Malta.

Paul Vincent Lapira li ghandu 76 sena twieled il-Belt Valletta u emigra lejn l-Awstralja l-ewwel darba fl-1949 mal-m/v Mirs. Ghadu tant attiv li jiehu parti f'ghadd ta' nofs maratona (21km). Kull meta jiehu parti, dejjem igorr mieghu z-zewg bnadar favoriti tieghu, dik Maltija u dik Awstraljana. F'Gunju 2000 huwa gie maghzul biex igorr it-torca Olimpika fit-toroq ta' tal-Gold Coast.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031208_Lapira2.jpg

Paul mad-Deputy Premier ta' Qld
Terry Mackenroth

Fl-okazzjoni ta' l-ghotja ta' l-Unuri tal-Cold Coast, Paul u martu Carmen kienu prezenti fil-Marriot Resort fejn iltaqghu ma' hafna persuni distinti bhad-Deputy Premier, Tezorier u Ministru ghal iSports ta' Queensland, Terry Mackenroth, is-Sindku tal-Gold Coast Gary Boildon u ohrajn.

 
 
 F'Melbourne
 
 

Due to web space restrictions this image has been removed
031208_EdwigeBorg.jpg

 Ic-Centru Malti ta' Melbourne ghalaq 20 sena. Ghal din l-okazzjoni, l-Kunsill tal-Komunita' Maltija ta' Victoria organizza Buffet Dinner fic-centru stess li jinsab 479, Royal Parade Parkville.

Dan ic-centru gie mibni bi ftehim mal-MSSP li originalment fethu dar meta waslu f'Melbourne fl-1948. Ghoxrin sena ilu dahlu shab mal-Maltese Community Council ta' Victoria biex jibnu centru minn fejn kemm huma u kemm il-Kunsill ikunu jistghu jaqdu ahjar lill-Maltin.

 

Matul il-funzjoni kommemorattiva kien hemm tberik tac-centru minn Fr Dennis Carabott tas-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl fl-Awstralja u diskorsi mill-Presidenti prezenti Ms Edwidge Borg (ritratt) u l-President li kien ghal dawn l-ahhar 19-il sena, l-avukat Victor Borg. Id-direttur spiritwali, Fr Carabott ghamel ukoll diskors. Saret ukoll prezentazzjoni vizwali "Down memory lane" fejn George Saliba u Paul Borg ghamlu l-kummentarju. Joe Montebello kien responsabbli ghall-iffilmar.

 
 

The Maltese Herald

Bhal ma naghmlu kull gimgha, qed ingibulkom l-editorjali ta' The Maltese Herald,
il-gazzetta nazzjonali ghall-Maltin li tohrog fl-Awstralja.

Success iehor ghall-iSports Awstraljan

 F'dawn l-ahhar gimghat fl-Awstralja kellna avveniment sportiv kbir, il-World Cup 2003 tar-Rugby, Bla dubju l-ikbar avveniment sportiv fl-Awstralja wara s-successi enormi li ksibna fil-Loghob Olimpiku ta' Sydney 2000. Dan ma kienx xi tournament zghir izda avveniment kolossali li nxtered ma' ghaxar ibliet ta' l-Awstralja. Intlabu 48 loghba ma' tul 44 gurnata. Hadu sehem 20 tim b'madwar 600 plajers biex finalment dan l-ispettaklu wasal fit-Telstra (Olympic) StadiumHomebush NSW fejn rajna l-Ingilterra tgheleb lil Wallabies fl-ahhar sekondi tal-partita quddiem 85,000 spettatur.
 
Ghall-loghbiet finali ta' din ir-Rugby World Cup 2003 inbieghu 230,000 biljett u dahlu $95 miljun. L-ikbar rebbieh kien l-iStat ta' NSW li matul dan l-ispettaklu kabbar l-ekonomija b'injezzjoni ta' madwar $350 miljun minn dawk il-barranin li kienu fl-Awstralja biex jaraw il-loghbiet. Fost dawn kien hawn 50,000 turisti nternazzjonali 100,000 minn interstate u 2000 rapprezentanti tal-media.
 
Ghal darba ohra l-amministraturi sportivi Awstraljani wrew lid-dinja l-kapacitajiet li ghandhom biex jorganizzaw avvenimenti dinjiji ta' dan il-kobor b'success u minghajr hafna ntoppi. L-Awstraljani wrew ukoll kemm ihobbu l-isports, kull kwalita' ta' sports. Meta niftakru li l-loghba tar-Rugby mank hija wahda daqstant popolari specjalment fi Stati bhal Victoria u Queensland nindunaw kemm kienet eccellenti l-organizazzjoni u l- konkorrenza ta' l-ispettaturi.
 
Ghalkemm din ir-Rugby World Cup mhix xi tazza dinjija tal-futball ghax fiha rajna pajjizi bhal Rumanjia, Nambja, USA, Italja, Gappun, Uraguay, Giorgia, Kanada u Tonga li ghalkemm waslu sa l-Awstralja kienu hemm ghan-numru u hafna drabi gew umiljati izda l-loghba tar-Rugby almenu hija loghba internazzjonali mhux bhal Rugby League.
 
L-amministraturi tar-Rugby mhux talli kisbu success u fama mondjali izda talli akkwistaw borza kbira b'miljuni bhala profit li jistghu jaghmlu uzu minnha biex ikomplu jkabbru din il-loghba f'dan il-pajjiz.
 
Minn dan l-avvenniment deher ukoll kemm l-Awstralja ghandha bzonn Head of State Awstraljan u mhux ir-Regina Elizabetta li mhix Awstraljana. F'okazzjonijiet bhal dawn suppost li kien il-Head of State jew ir-rapprezentant taghha li kellu jifthu u jaghlaq ufficjalment il-World Cup izda fl-Awstrala la r-Regina ma' dehret u l-inqas il-Gvernatur Generali, Major General Michael Jeffery.
 
Kien John Howard, il-Prim Ministru li ghalkemm Monarkista akkanit ghazel li jkun hu li jiftah u jtemm il-World Cup 2003, ghax nghiduha kif inhi kienet tkun dahqa li ghal okazzjoni hekk importanti jkollna nimpurtaw lir-Regina.
 
B'ghemilu wkoll il-Prim Ministru kkonferma li ma hemmx bzonn ta' Gvernatur Generali ghax dan ma jipprezentax lill-poplu Awstraljan izda Regina li tghix fl-Ingilterra. Inzerta wkoll li kien hawn fl-Awstralja il-Princep Harry li naturalment ghazel li jaghti l-appogg tieghu lill-Inglizi, kif kien xieraq bhala werriet tat-Tron Ingliz.
 
Gvernatur, Regina jew Prim Ministru, l-fatt jibqa' li l-Awstralja bhala nazzjoni ghal darba ohra tat xheida ta' kemm thobb l-isports u fl-ispera nternazzjonali meta jkun qed jilghab it-tim nazzjonali, jkun xi jkun l-isports, il-poplu jinghaqad bhal bajda biex jaghtih kull appogg.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.