Tahwid mill-Ministru Tonio Borg
dwar ic-cittadinanza doppja |
|
|
|
|
|
|
|
|
| |
Taghlaq
mitt sena |
|
|
|
L-emigrazzjoni
tifred hafna familji ghalkemm illum il-firda ma ghadhiex
daqstant kiefra. Izda f'okazzjonijiet specjali l-membri
tal-familja dejjem jittamaw li jkunu flimkien izda dan mhux
dejjem possibbli.
Marija
Micallef twieldet ix-Xewkija Ghawdex izda toqghod ir-Rabat
ta' Malta. Fis-6 ta' Dicembru 2003 se taghlaq mitt sena.
Marija hija t-tieni wahda fost sitt ahwa. Ghad baqghalha
hajja biss lill-ohtha Liza li hija 25 sena izghar minnha.
Marija
weldet hdax. Sitta minnhom, Carmen, Vera, Mary, Wenzu, Guzi
u Lily ghadhom hajjin. Fost dawn is-sitta tlieta minnhom,
Carmen, Mary u Vera jghixu f'NSW, l-Awstralja. L-ewwel ma
giet fl-Awstralja fl-1954 kienet Carmen u ftit wara gew
it-tnejn l-ohra Mary u Vera, illum kollha mizzewwgin u
bejniethom ghandhom tnax l-ulied.
Marija
ghadha tiehu hsieb taghha nnifisha, issajjar, twiegeb
it-telefon u taghmel xoghol iehor hafif ghalkemm binha Wenzu
joqghod maghha u jiehu hsiebha wkoll. Fl-eta' ta' 72 sena,
ghaddiet minn marda
serja tant li t- |
|
|
 |
|
Mix-xellug: Liza Sultana, Marija Micallef, Wenzu Micallef u
George Dimech |
 |
|
tobba
qalulha li kellha sentejn biss hajja izda jidher li t-tobba
kienu zbaljati.
In-neputi
taghha, George Dimech maghruf bhala bennej ta' hila u membru
attiv tal-festa tal-Vitorja fi Greystanes NSW, li jigi
t-tifel t'ohtha Gulina, illum mejta, jinzel jaraha Malta
kull sena u kien hu li nfurmana b'dan l-anniversarju
specjali. Qalilna wkoll li minhabba ragunijiet persunali
hadd mit-tlett itfal taghha f'NSW mhu se jkun maghha meta
taghlaq mitt sena. |
|
 |
|
It-tlett ahwa li jghixu f'NSW l-Awstralja: Mix-xellug:
Mary Depares, Carmen Bonnici u Vera Balzan. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
The
Maltese Herald |
|
Bhal ma naghmlu kull gimgha, qed ingibulkom l-editorjali ta'
The Maltese Herald,
il-gazzetta nazzjonali ghall-Maltin li tohrog fl-Awstralja. |
|
Pauline Henson mill-gdid |
|
Is-sistema
legali fl-Istat ta' Queensland bla dubju giet ittestjata.
Skond kif thares lejn ir-rizultat tista' tikkonkludi li hija
sistema demokratika jekk mhux ukoll efficjenti ghal kemm
tahdem bl-iskossi. Il-Qorti ta' l-Appell il-gimgha l-ohra
helset lil Pauline Henson u David Ettridge mill-habs wara li
sabithom mhux hatja li kommettew frodi elettorali.
Il-Prim Imhallef ta' Queensland, l-Imhallef Paul de Jersey
helishom kompletament wara li Brisbane District Court kien
sabhom hatja. Kienu ilu il-habs ghal 11-il xahar wara li
diversi appelli biex jigu mghotija liberta provizorja gew
michuda.
Dan il-kaz seraq l-attenzjoni ta' l-Awstralja kollha u ftit
huma dawk li ma ghandhomx opinjoni dwar dak li gara, kif
giet attwati l-ligi u anke' jekk hemmx bzonn riforma
radikali ta' kif tahdem is-sistema legali.
L-istorja bdiet fil-4 ta' Dicembru 1997 meta Henson u
Ettridge irregistrat il-partit politiku One Nation fi
Queensland. Fit-13 ta' Gunju 1998, One Nation rebah 11
il-post fil-Parlament ta' Queensland u gab 23% tal-voti.
Fid-19 ta' Awwissu 1999, il-Qorti Suprema hassret ir-registrazzjoni
ta' One Nation wara li nstab li dawk li suppost kienu membri,
fil-fatt kienu biss partitarji. Il-Kummissjoni Elettorali
tablet lura s-somma ta' $500,000 li kienu taw lil One Nation
wara l-elezzjoni Statali 1998. Sa dan it-tant One Nation
hallsu lura il-flus lill-Kummissjoni Elettorali.
Fit-31 Lulju 2001, Henson qalet li ma kienetc hatja ta'
tlett akkuzi ta' frodi quddiem il-Brisbane Magistrates Court
u wara li ghaddiet guri flimkien ma' Ettridge nstabu hatja
ta' kull akkuza fil-20 ta' Awwissu 2003..
Il-poplu Awstralja li ghandu kull fiducja fil-Qrati tqarras
xi ftit meta Henson u Ettridge gew irrifjutati li johorgu bi
plegg sa kemm jinstema l-appell taghhom. Wara kollox dawn ma
kommettewx xi qtil fahxi u l-akkuzi kontrihom dejjem kienu
xi ftit jew xejn immottivat politikament.
Hadd mhux se' jinsa' li Tony Abbott, il-Ministru Federali
tas-Sahha u allejat sewwa tal-Prim Ministru John Howard kien
stabilixxa fondi ta' $100,000 bl-isem ta' Honest Politics
biex jithaffu azzjonijiet civili kontra Pauline Henson.
Illum, din l-Awstraljana saret eroja. Rebhet is-simpatija
ta' hafna minhabba il-mod kif giet ttrattat mis-sistema
legali u specjalment mill-partiti politici. Il-Partit
Liberali seraq hafna mill-politika lemenija li kienet qed
tipprietka Henson izda flimkien ma' elementi ohra fix-xena
politika halfu li jridu jeqerduha.
Pauline Henson tipprietka politika semplici, politika li
tiftiehem sewwa mill-poplu izda qatt ma' spjegat sewwa kif
il-politika taghha kienet tista' tigi applikatta
fir-realta'. B'dana kollu gabret madwar armata ta'
partitarji u issa wara li serviet 11-il gimgha habs, hafna
jghidu li kienet prijuniera politika, il-futur politiku
taghha huwa assigurat.
Ghalkemm hija qalet li mhux qed titlob simpatija izda hija
s-simpatija li se terga' tgholiha fi status ta' superstar u
jekk u meta tiddecidi li trid tfittex siggu fil-Parlament,
ma hemm dubju li tigi eletta facilment.
Pauline Henson u David Ettridge ma kienx haqqhom habs anke
jekk kien hemm xi dubji dwar ir-registrazzjoni tal-membri.
Il-Partiti, kemm Liberali u anke Laburisti ma humiex puri u
nnocenti fejn jidhlu regulamenti tal-Kummissjoni Elettorali.
|
|
|
|
|
|
|
|