It-Tnejn, 17 ta' Novembru, 2003     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Melbourne u Sydney jiltaqghu
   

 Kienet okazzjoni li se tibqa' miftakra ghal hafna snin. Grupp ta' madwar 50 persuna mill-inhawi ta' Melbourne gew lejn il-belt Olimpika ta' Sydney biex flimkien jiccelebraw l-okazzjoni tac-Centinarju tal-migja tas-Salesjani f'Malta, (1903-2003).

F'dawn iz-zewgt ibliet ghandna sezzjonijiet attivi tal-Past Pupils of Don Bosco u kien xieraq li jinghaqdu flimkien mank ghal nofs ta' nhar, fil-Baulkham Hills Community Hall, fejn fost dawk prezenti deher l-ispirtu familjari salesjan, kif qalli sewwa Fr John Briffa SDB li bhal daz-zmien jinsab Malta ghac-celebrazzjonijiet ufficjali tac-Centenarju.

Bhala sorpriza, l-membri ta' Melbourne gabu maghhom hafna memorabilja, ritratti u siltiet mill-gurnali li jfakkru l-mitt sena ta' attivitajiet Salesjani f'Malta. Hekk kif giet esebita fis-sala kienu hafna dawk li marru jarawha.

Saru diskorsi xierqa mill-President habrieki tal-fergha ta' NSW, Joseph Fabri u minn Alfred Axiaq li kien qieghed jirrapprezenta lil dawk li gew minn Melbourne. Iz-zewg nahat qassmu wkoll rigali bhala tifkira ta' din l-okazzjoni storika.

Izda wara l-formalitajiet u l-buffet stupend li gie ppreparat, hadd ma stenna l-wirja divertenti li ppreparaw il-membri ta' Sydney. Wirja li halliet lil kulhadd maqsum bid-dahq. Kull att li deher    gie     milquh    minn    capcip    u

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031117_DonBosco1.jpg

Il-wirja ta' tifkira tac-Centenarju

entuzzjazmu u ma setax jonqos meta dehru fuq il-palk l-imitazzjonijiet ta' kantanti famuzi bhala Roy Oberson, Dean Martin, ABBA, Al Johnson, Luciano Paverotti u The Village People.
 
L-interpretazzjoni ta' dawn il-kantanti saru minn Marlene Grech, Marlene Dimech, Joe u Vince Fabri, Joe Galea u Charles Micallef. Kien hemm wirja professjonali ta' rock & roll mill-koppja Aaron u Michelle waqt li l-kantant Joe Galea ghalaq is-serata b'ghadd ta' kanzunetti bil-Malti.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031117_DonBosco2.jpg

Il-Membri ta' Don Bosco li gew minn Melbourne
Alfred Axiak (xellug) minn Melbourne u
Joseph Fabri l-President minn Sydney.

 
 
 Kuncert ta' muzika klassika
 

 Issa li spicca minn Konslu Onorarju mal-Konsolat Generali ta' Sydney, Alfred Fenech jidher li ntefa fuq in-naha ta' l-ispettaklu meta fis-sala tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, William Wilkins f'Sydney, ipprezenta kuncert ta' muzika klassika biex jingabru il-flus biex tigi mtella' l-opera Maltija "Il-Martri" li se ssir kmieni s-sena d-diehla fir-Riverside Theatre f'Parramatta.

Dawk li hadu sehem f'dan il-kuncert kienu s-soprano Amelia Farrugia flimkien ma' muzicisti ta' nisel Malti, Victoria Jacono, vjolinista ta' 20 sena, huha Henry Jacono ta' 15-il sena li jdoqq id-double base u Yvonne Zammit vjolinista, it-tifla ta' Paul Zammit l-ekx MP Malti.

L-uniku kantant li ha sehem li ma kienx Malti kien Jose Carbo, baritone ta' fama fl-Awstralja li x'aktarx ikollu l-parti principali fl-opera "I Martri". Jakkumpanja fuq il-pjanu kien hemm Mro Dr Steve Watson, id-direttur muzikali tal-Beethoven Society.

Fl-1999, Alfred Fenech kien irranga biex il-kor Beethoven ikanta fit-Teatru Manoel il-Belt Valletta fejn hadu sehem 60 korista minn Sydney u ohrajn minn Malta fl-interpretazzjoni tas-Sinfonija 9 ta'  Beethoven.  Kien  id-direttur  artistiku

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031117_Concert1.jpg

Attendew ukoll ghall- kuncert: Mix-xellug: Phillip Farrugia u martu, Nancy Serg, Amelia Farrugia,
Helga Micallef, Marlene Dimech, Maria deCarlo, Michael Cefai u Antoinette Caruana.

tat-Teatru Manoel li ssuggerixxa li ssir l-Opera "I Martri". Alfred Fenech u Dr Watson kisbu ghotjiet mill-Gvern Statali u l-Kunsill ta' Parramatta u l-preparazzjonijiet biex tigi mtella' din l-opera ta' Mro Pace issa hadu xejra avvanzata. Qed jissemmew ghal din l-opera, Amelia Farrugia waqt li Paul (Fat Pizza) Fenech x'aktarx jidderigi.
 
Il-kuncert li ghaliha attenda ukoll l-iSpeaker tal-Parlament ta' NSW, l-Onor John Aquilina u l-Konslu Generali, Joanna Pisani, kien success.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031117_Concert2.jpg

Uhud li hadu sehem fil-kuncert: Mix-xellug, Amelia Farrugia, Henry u Victoria Jacono u
Yvonne Zammit.

 
 
 Il-bdil fil-hin
 

 Ftit gimghat ilu avzajna f'din il-pagna dwar il-bdil ghal hin tas-sajf f'dawn in-nahat tad-dinja. Ghidnilkom ukoll li l-hinijiet kif imbidlu mhumiex addattati ghall-kontinent ta' l-Awstralja kollu.   Il-habib   tieghi   minn   South  Australia,  Harry  Bugejaghamilli osservazzjoni li waqt li bejn Malta u l-iStati ta' Victoria u NSW issa hemm differenza ta' 10 sieghat, bejn l-iStat ta' South Australia (kapitali Adelaide) hemm biss 9.15 siegha bil-quddiem.

 
 
 Mewt ohra  

Due to web space restrictions this image has been removed
031117_SpiteriGeorge.jpg

 

 Minn din il-pagna ktibt kemm-il darba dwar ir-reunion li tant kienet success wara 50 sena li organizzajt f'Malta f'Mejju 2002 ghall-dawk il-plejers u amministraturi tal-Hamrun Eagles/ Spartans mifruxa mad-dinja.

 Wiehed minn dawk li attenda din ir-reunion li saret ghand Elia Borg Bonaci fil-Hamrun miet dan l-ahhar fl-isptar St Luke's fl-eta' ta' 81 sena. George Spiteri (Ex-Audit Office) jew tal-Coca 

 

Cola kif konna nafuh dak iz-zmien meta kien imexxina ghalkemm kien tilef l-uzu ta' saqajh it-tnejn xorta attenda ghar-reunion b'ambulanza specjali minn St Vincent de Paul fejn kien resident flimkien ma' martu Evelyn nee Grech. George Spiteri (ritratt) kien persuna intelligenti u mahbub minn dawk kollha li jafuh. Ahna li ninsabu mxerda mad-dinja li tant tghallimna mit-tmexxija tieghu naghtuh l-ahhar tislima taghna wkoll.

 
 

The Maltese Herald

Bhal ma naghmlu kull gimgha, qed ingibulkom l-editorjali ta' The Maltese Herald,
il-gazzetta nazzjonali ghall-Maltin li tohrog fl-Awstralja.

L-Iraq saret Vjetnam ohra

 Kull tant jiem naqraw dwar iktar tragedji fl-Iraq. Dan meta l-President ta' l-Amerika G.W. Bush, libes ta' suldat, u minn fuq l-aircraft carrier USS Abraham Lincoln qalilna bla tlaqlieq "The United States and our Allies have prevailed, major combat operations in Iraq have ended" u fuq rasu kellu tabella enormi li taqra: "Mission accomplished"

Izda mhux il-poplu Amerikan biss izda d-dinja kollha qed terga' tirrifletti mill-gdid u tiftakar dak li gara fil-Vjetnam.

L-Iraqqini qeghdin jaghmlu ezatt kif ghamlu l-Vjetnamizi jew kif ghandu d-dritt li jaghmel kull pajjiz li jigi invadud minn imperjalisti li l-uniku skop taghhom huwa li jisolhu lill-pajjiz mir-rizorsi rikki li jippossidi.

Iz-zewg pajjiz li l-Amerikani ghazlu biex minnhom jaghmlu ezempju jigifieri l-Afganistan u l-Iraq gabulhom vittorja militari facli izda b'rizultat li kiber izjed l-attagjament feroci tal-gwerilli u t-terroristici. Illum, sentejn wara l-11 ta' Settemrbu, l-Amerika u l-allejati taghha huma ferm izjed fil-mira tat-terroristi milli qatt kienu qabel.

L-esperjenza qed turina ukoll li dawn l-armamenti
hi-tech ftit huma effettivi kontra t-terroristi u l-gwerrilli. Dan jurih ferm il-fatt li wara d-dikjarazzjoni tar-rebha minn G.W. Bush iktar qed jigu maqtula suldati fi zmien ta' "paci" milli fl-invazzjoni.

Il-propoganada Amerikana tghidilna li l-Afganistan illum jinsab ferm ahjar minn qabel mentri l-fatti juru li l-kapijiet ta' al-Qa'ida u t-Taliban harbu u ma nqabdux u l-pajjiz sar iktar bejta effettiva tat-terrorizmu milli kien qabel.

Fl-Iraq qeghdin naraw li ghalkemm il-poplu donnu accetta l-waqgha ta' Saddam Hussein izda ma hemm l-ebda dubju li ma jridux lill-Amerikani jiggvernaw mank ghal ftit snin.

Il-mod kif gabu ruhom l-Amerikani gab mieghu dizordni fl-Allejanza tal-Punent u l-EU waqt li dghajjef ferm il-ligijiet internazzjonali inkluz ic-Charter tan-UN.

Dik it-tigrija

Kull sena, fl-ewwel gimgha ta' Novembru l-Awstralja tieqaf ghal ftit minuti, le mhux b'xi luttu jew tifkira izda biex tiehu parti f'tigrija taz-zwiemel, il-Melbourne Cup. Tant hija popolari din il-gurnata u tant hija simbolu nazzjonali li hawn min irid jistabbilixiha bhala l-Jum Nazzjonali. Forsi qed nesegeraw izda liemu huwa l-iktar jum li jghaqqad l-Awstraljani, mank biss ghal tlett minuti u 20 sekonda?

Min nofsinhar sat-tramuntana, minn naha ghal ohra tal-pajjiz, kulhadd jieqaf. Il-Parlament, knejjes, tfal ta' l-iskola, imhallfin ecc. Tant l-Awstralja tieqaf li f'Jum l-Melbourne Cup li dghajsa bir-refugjati baqghet diehla facilment f'Melville Island, fit-tramuntana ta' l-Awstralja minghajr ma waqqafhom hadd.

Fl-Awstralja, dejjem kien hawn dibattitu dwar liema huwa l-ahjar Jum Nazzjonali. It-26 ta' Jannar, meta l-bojod hakmu din l-art jew l-25 ta' April, Jum l-Anzac, jum ta' dieqa?

Melbourne Cup bhala Jum Nazzjonali. Ta' Sydney zgur li jirbellaw!!!!
 

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.