It-Tnejn, 10 ta' Novembru, 2003     
      

Ahbarijiet
mill-Awstralja

ma' Lawrence Dimech OAM J.P.
Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Gharfien ghat-tfal Maltin
   

 Ghal sena ohra, it-tfal Maltin li qeghdin jitghallmu l-lingwa Maltija fi hdan il-Maltese Language School ta' NSW hargu bl-unuri kollha waqt il-lejla ta' prezentazzjonijiet ta' awards moghtija mill-Community Language Board of NSW. Din saret fl-Auditorium, Sir John Clancy fl-Universita' ta' NSW f'Kensington, taht il-patrocinju tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Tahrig, Dr Andrew Refshauge.

Madwar 213 student ta' nazzjonalitajiet differenti gew moghtija gharfien, fosthom sitt studenti Maltin ghal kapacita` u l-proficijenza fil-lingwa, il-participazzjoni fl-at t i v i t ajiet
Maltin u l-kontribuzzjoni taghhom fil-komunita`.

Fil-J u n i o r Section (5-13-il sena) Merit Award lir-rebbieha fil-lingwa Maltija kienu: Erika Grace u Andrea Kayte Brocklehurst (Horsley    Park ),     Elizabeth     Tabone

 

Mix-xellug: Lucy Calleja, Rhonda Balzan, Carmen Galea, Cynthia Cassar, Joanna Pisani, Michael,Theresa, Jennifer u Sam Vella. Fuq quddiem Joline Vella.

(Blacktown) u Renee Vella (Richmond).

Highly Commended Award mar ghand Joline Vella.

Fis-Senior Section (14-18-il sena) Commended Award mar ghand Daniel Vella (Richmond).

Il-klassijiet tal-Malti huma mxerrda fis-subborgi msemmija. Ta' min isemmi hawnhekk lil Cynthia Cassar mhix biss hija ko-ordinatrici ta' l-ghalliema tal-Malti izda hija wkoll membru tal-NSW

 

Community Language School Board. Ghal din il-lejla kien hemm prezenti l-Konslu Generali ghal Malta Joanne Pisani,  l-President  Charles  Mifsud  u l-Kaxxier, Sam E. Vella tal-MCC, c-Chairman ta' l-Iskola tal-Malti, John Borg, il-principal ta' l-iskola, Lucy Calleja u tnejn mill-ghalliema li l-istudenti taghhom rebhu l-awards, Rita Kassas u Carmen Galea. Kien hemm ukoll Lino Vella l-editur ta' TMH u Rhonda Balzan.

  
 
 Stazzjoni tar-radju Malti
 

 Illum il-Maltin fl-Awstralja ma ghadhomx "boghod" minn Malta. It-tekonologija moderna gabitna bieb u ghatba.
Il-media elettronika ghamel passi ta' ggant ukoll u barra l-programmi kull jum imniedja mill-Gvern Awstralja fuq l-istazzjon etniku SBS, insibu hafna programmi ohra fuq stazzjonijiet komunitarji. Izda ftit hawn min jista' jissupera l-entuzjazmu u l-energija ta' Frank Delia li wara hafna attentanti issa waqqaf mhux programm izda stazzjoni Malti li semmieh Sydney One Radio, liema stazzjoni ilu li fetah minn Dicembru 2002 u diga ghandu udjenza ta' madwar 4,000.

 

Huwa jopera fuq frekwenza ftit u xejn baxxa UHF li tista' tirciviha biss jekk ikollok radju transmitter apposta. Fil-prezent, hafna mis-semmiegha tieghu huma minn nahat ta' Blacktown NSW.
Ghal dawn l-ahhar 13-il sena, Frank ilu jipprepara biex il-Maltin ikollhom stazzjoni ghalihom u jahdem bla heda biex izomm dan l-istazzjoni haj u interessanti ghal 24 siegha. Huwa ghandu konnessjoni diretta ma' xi stazzjonijiet tar-radju f'Malta u ghal seba' sieghat kuljum ixandar dirett bl-uzu tal-konessjoni, broadband internet.
Frank Delia twieled Bormla 58 sena ilu u emigra lejn l-Awstralja 38 sena ilu. Mizzewweg lil Laura mill-Isla.

 

Frank Delia

 
 
 50 sena mizzewgin
 

 Joseph u Pauline Monsigneur izzewgu fid-19 ta' Settembru 1953, l-ewwel zwieg li sar fil-parrocca ta' Lockleys f'South Australia. Joseph li huwa minn tas-Sliema u Pauline miz-Zejtun iltaqghu fl-Awstralja. Illum ghandhom zewgt itfal u erba' tfal tat-tfal.
Joseph u Pauline ilhom membri tal-Maltese Past Pupils of Don Bosco ghal dawn l-ahhar 14-il sena u fl-okazzjoni tal-50 anniversarju mit-tieg taghhom ivjaggaw lejn Sydney biex ikun prezenti ghall-ballu annwali ta' din l-ghaqda tal-karita' li ghalih dis-sena attendiet il-Gvernatur ta' NSW, Prof M. Bashir. F'dan il-ballu kelli l-okazzjoni li niltaqa' maghhom.
 
It-tnejn huma membri attivi tal-komunita Maltija f'South Australia.

 
 
 
 Darba fis-sena ghall-anzjani
 

 Kull sena ghal dawn l-ahhar ghaxar snin, il-Maltese Elderly Thanksgiving Day jorganizzaw jum ta' serhan u divertiment ghall-anzjani Maltin. Din is-sena, sar fi Blacktown Workers Club fejn attendew mijiet ta' anzjani. Dan l-avveniment beda b'quddiesa minn Fr Mario Zammit MSSP. Wara gie mqassam  l-ikel  u  kien   hemm   s-soltu

 

divertiment ukoll fejn rajna lil Sam Mifsud u n-neputija tieghu Ashley Cilia ta' 8 snin, kif ukoll lil Charles Camilleri.

Is-soru Mary Anna Grima, l-President ta' dan il-kumitat li l-ghan uniku tieghu hu li jorganizza dan il-Jum qasmet kejk ta' l-okazzjoni ta' l-10 anniversarju u rringrazzjat      sincerament     lil      hafna

 

voluntieri li jaghtu l-kontribut taghhom biex kollox jimxi sewwa.

Kien hemm ghadd ta' mistednin distinti fosthom il-Membru Federali, Frank Mossfield MP, is-Sindku ta' Blacktown, Cr Alan Pendleton, il-Konslu Generali Joanna Pisani, l-editur tal-Maltese Herald, Lino Vella, Dr G. Boffa u ohrajn.

 

 
Ritratti: Fuq ix-xellug, is-sala ta' Blacktown Workers Club mimlija bil-Maltin anzjani. Fuq il-Lemin jidher Lino Vella, l-editur ta' The Maltese Herald u Frank Mossfield MP u martu.

 
 

The Maltese Herald

Bhal ma naghmlu kull gimgha, qed ingibulkom l-editorjali ta' The Maltese Herald,
il-gazzetta nazzjonali ghall-Maltin li tohrog fl-Awstralja.

L-aqwa zewg politici tad-dinja jzuru l-Awstralja

 Ftit ilu kellna fostna fl-Awstralja l-aqwa zewg kapijiet ta' l-ikbar zewg forzi li ghandha d-dinja illum. Huwa zmien ta' diplomazija fl-aqwa taghha. Gew jarawna George W Bush, il-President ta' l-Amerika u Hu Jintao, l-President tac-Cina. Dawn iz-zjarat kienu sinifikanti ferm ghax l-Awstralja barra li ghandha l-appogg shih u hbiberija soda ma' l-Amerika izda mac-Cina trid tibni partnership u tiftah kull forma ta' djalogu biex tifhem sewwa lil dan il-ggant ta' statura massiva li jinsab qrib hafna taghna.
 
Maz-zewg pajjizi, l-Awstralja trid ukoll tinnegozja. Qeghda f'negozjati difficli biex tilhaq free trade agreement (FTA) ma' l-Amerika u dawn in-neguzjati ferm difficli mistennija jaslu ghal ftehim sa Dicembru ta' dis-sena.
 
Minn naha tac-Cinizi, dawn gew u hallew ferm iktar impatt kummercjali ghax waqt din z-zjara storika gie ffirmat ftehim li jiswa madwar $30 biljun f'esportazzjoni ta' gass. Dan jinvolvi l-esportazzjoni tal-liquefied natural gas minn Barrow Island f'Western Australia, l-ikbar ftehim fil-qasam ta' l-esportazzjoni li qatt iffirmat l-Awstralja.
 
Wara l-Gappun u l-Amerika, ic-Cina hija t-tielet l-iktar pajjiz li tixtri mill-Awstralja. Fl-2002 l-Awstralja esportat b'kemm jiswew $8.37 miljun bhal qoton, suf, prodotti agrikoli u prodotti ta' l-energija. L-Awstralja timporta mic-Cina $12,85 biljun bhal prodotti tal-komputers, hwejjeg, zraben, gugarelli, makni ghal ufficcji u djar ecc.
 
Il-Prim Ministru John Howard stqarr li din iz-zjara turi li l-Awstralja jista' jkollha wkoll rabtiet fil-vicin ghalkemm differenti kemm ma' l-Amerika kif ukoll mac-Cina. Ic-Cinizi qed juru wkoll li jridu jghinu fil-glieda kontra t-terrorizmu u jghinu biex irazznu l-ambizzjonijiet nukleari li ghandhom il-Korejani ta' Fuq li qeghdin ikexkxu lill-girien taghhom.
 
Ic-Ciniz huma interessati ferm biex jimitaw is-success ta' l-Olimpjadi li saru Sydney fl-2000 ghax wara Ateni fl-2004, il-belt ta' Beijing se jorganizzaw il-Loghob Olimpiku fl-2008. Wiehed jistenna organizzazzjoni mill-aqwa li tista' tissupera dak li saret fil-belt ta' Sydney.
 
Il-President Hu Jintao qal fil-Parlament Awstraljan li l-Ming Dynasty Ciniza fil-fatt skoprew l-Awstralja fl-1420 jigifieri 350 sena qabel ma' rifes fuq dan il-kontinent l-Ingliz, il-Kaptan Cook. Huwa qalilna li l-poplu Ciniz gab mieghu kultura u ghixu f'armonija mal-poplu tal-post. Il-President Ciniz issorprenda lill-hafna mill-politici Awstraljani b'dak li qal hekk kif inghaqdu flimkien membri mis-Senat u l-Kamra tar-Rapprezentanti biex jisimghu indirizz minn dan il-President tal-poplu Ciniz. Ftit qabel, l-istess joint sitting tal-Parlament semghu jindirizzhom lill-President ta' l-Amerika, George W. Bush.
 
Fl-ahhar ta' minn isemmi l-interruzzjonijiet li saru waqt id-diskors ta' George Bush fil-Parlament Awstraljan mis-Senaturi tal-Greens, Bob Brown u Kerry Nettle. Waqt li mill-politici tistenna kollox izda meta dinjitaru, hu min hu, jindirizza il-Parlament Awstraljan ghandu jigi moghti l-kortesiji kollha u anke kull rispett.
 

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.