| Hinijiet
differenti |
|
|
|
Ahna wkoll f'din
in-naha tad-dinja dawwarna l-arlogg izda bil-kuntrarju ta' Malta
F'din-naha tad-dinja diehlin ghas-sajf u inthom ghax-xitwa. Fis-26
ta' Ottubru, xi Stati fl-Awstralja qalbu ghal-siegha 'l quddiem:
NSW, Victoria, South Australia u l-ACT fil-waqt li t-Tasmania
qalbu ghad-Daylight Savings fil-5 ta' Ottubru. Dan ifisser li bejn Malta u
l-Awstralja issa hemm differenza ta' 10 sighat. |
|
Meta Malta tkunu
nofs-in-nhar, fl-Istati li l-bliet kapitali huma Melbourne, Sydney,
Adelaide, Canberra u Hobart ikunu l-10 ta' bil-lejl. L-iStati l-ohra
ta' l-Awstralja jigiferi, Queensland, Western Australia u Northern
Territory ma josservawx il-hin tas-sajf, jew kif insejjhulu hawn,
daylight savings. Nergghu mmorru ghan-normal fit-28 ta' Marzu 2004. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Zwieg la Maltija |
| |
|
Jekk
trid tkun taf fejn ikunu l-Maltin ta' Sydney nhar ta' Hadd wara
nofs in-nhar mur ic-Centru Malti La Valette fi Blacktown. Aktar
minn 400 persuna ippakkjaw is-sala principali ghal serata ohra
li giet ipprezentata mic-"Cittadini", il-kumpanija teatrali u
kulturali tal-Maltin f'dan l-iStat.

Din
id-darba giet ipprezentata l-kummiedja brillanti ta' Charles
Clews li dahlet sewwa fil-folklor tat-teatru Malti "it-Tieg ta'
Karmena Abdilla". Wara li segwejt din il-kummiedja, nista' nghid
li l-isem seta' facilment kien it-tieg ta' Karmena jew il-fliles
ta' Gori.

L-atturi
principali qaxxru l-parti taghhom fejn ergajna rajna wirja
brillanti u emfatika minn Monica Ledger fil-parti ta' Karmena u
xejn inqas minn Joe Borg fil-parti ta' binha li issa stabilixxa
ruhu fost l-aqwa kummidjant Malti fix-xena teatrali taghna
f'dawn in-nahat. Partijiet ohra li ghenu biex din il-kummiedja
tkun tant effettiva gew interpritati minn Victor Mifsud, Greg
Caruana, Sam Farrugia, Joe Buttigieg, Daniel Demarco u Joe
Mifsud kif ukoll Doris Caruana, Tessie Sciberras u Rose Ebejer.

It-tieg
ta' Karmena Abdilla jaghti daqqa t'ghajn lejn karattri fil-hajja
Maltija spjegati sewwa mill-pinna brillanti ta' l-aqwa
kummidjant u kittieb tal-palk Malti, Charles Clews. Kien tajjeb
ukoll li certu skartaturi gew addattati ghax-xena u l-palat
lokali ghalhekk mhux ta' b'xejn li l-interpretazzjoni ta' din
kummiedja giet moghtija "standing ovation".

Hadna
gost nisimghu fl-ahhar tas-serata lid-direttur Greg Caruana
jfahhar lil dawk li hadu sehem specjalment it-talent gdid li
nghaqad mac-"Cittadini" f'dan l-ahhar snin, u li hafna minnhom
huma zghazagh.

Greg
Caruana spjega wkoll li l-kumpanija teatrali u kulturali
"Cittadini" hija wkoll ghaqda filantropika li f'dawn l-ahhar
snin tat madwar $30,000 lill-karita'. F'att iehor li gie ferm
apprezzat, ic-Cittadini pprezentaw cekk ta' $1,000 lill-Iskola
tal-Malti f'Sydney lir-rapprezentanti ta' l-iskola, John Borg,
Sam Vella u Maria DeCarlo. |
|
 |
|
It-Tieg ta' Karmena Abdilla, zewg xeni mill-kummiedja
li saret fi Blacktown NSW. |
 |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-kumpless Malti tax-xjuh
f'NSW |
| |
|
|
|
|
 |
|
 |
|
Waqt il-ftuh
ufficjali, L-Onor J. Aquilina u Madre Carmelina Borg OP |
|
Id-dehra
tas-sala l-gdida minn barra |
|
|
|
|
|
|
|
| |
|
The
Maltese Herald |
|
Dan li gej huwa l-editorjali li deher f'The Maltese Herald,
il-gazzetta nazzjonali ghall-Maltin fl-Awstralja, l-gimgha
l-ohra. |
Il-Kardinal George Pell
Princep tal-Knisja Kattolika |
|
Il-hatra
ta' l-Arcisqof ta' Sydney, Dr George Pell bhala princep
tal-knisja kattolika hija ahbar sabiha. Li tigi mahtur
Kardinal hija l-oghla posizzjoni fil-gerarkija Kattolika,
barra sintendi l-Papa, posizzjoni ta' responsabilita' enormi
u rispett. Posizzjoni li tirrifletti l-kontribuzzjoni enormi
tal-kattolici Awstraljan lejn il-knisja universali ta'
Kristu.
L-Awstralja diga kellha sitt Kardinal ohra qabel l-Arcisqof
Pell. Hija tradizzjoni li min jigi mahtur Arcisqof ta'
Sydney jigi wkoll elevat ghal din l-oghla hatra ta' Kardinal.
Il-Kardinal il-gdid li twieled f'Ballarat Victoria fit-8 ta'
Gunju 1941 inhatar ufficjalment mill-Papa Gwanni Pawlu
t-Tieni fis-26 ta' Settembru 2003.
Il-Kardinal il-gdid serva wkoll bhala s-seba' wiehed fost l-Arcisqfijiet
ta' Melbourne. F'dawk in-nahat ta' l-Awstralja, fejn
l-Aussie Rules hija "religjon" ohra, huwa kien maghruf
f'zghozitu bhala player li jipprometti tant li fl-1959 kien
irregistrat mal-klabb ta' Richmond. Huwa dahal ghas-sacerdozju
ftit tard fil-hajja tieghu. Iggradwa mis-seminarju Corpus
Christi f'Werribee u gie ordnat qassis f'Dicembru 1966.
Serva bhala Isqof Awziljarju. Gie elevat ghal Arcisqof
Metropolitan ta' Melbourne fl-1996.
F'Marzu 2001 sar it-tmien Arcisqof Metropolitan ta' Sydney u
sentejn wara giet moghti l-berettin ahmar ta' Princep
tal-Knisja Kattolika fost it-30 kardinal gdid li l-Papa
hatar fl-okazzjoni tal-25 sena anniversarju minn meta Karol
Wojtyla gie mahtur bhala s-successur ta' San Pietru u
l-ewwel Papa mhux Taljan.
Il-Kardinal il-gid huwa wiehed mill-aqwa mhuh tal-Knisja
Awstraljana. Studja fl-Universita Urbana ta' Ruma, f'Monash
University ta' Melbourne u Oxford University fl-Ingilterra.
Izda il-Kardinal George Pell ftit qabel ma gie moghti l-vot
ta' fiducja mill-Vatikan ghadda minn perjodu ferm ikrah meta
gie akkuzat b'abbuz sesswali fiz-zmien li kien seminarista,
liema akkuza gaghlitu jwarrab mill-hidma tieghu bhala
Arcisqof sa kemm inkjesta indipendenti sabitu mhux hati ta'
dawk l-akkuzi.
Waqt li kien Arciqof ta' Melbourne, il-Kardinal Pell kellu
konfront serju mall-"gays' meta rrifjuta li jaghtihom is-sagrament
tat-tqarbin u kien ikkritikat ferm ukoll ghax huwa kontra l-ordinazzjoni
tan-nisa bhala sacerdoti.
Izda ma jistghax jonqos li s-seba' Kardinal Awstraljan,
Princep tal-Knisja haqqu kull awgurju. Fiz-zmien li gej se
jkun wiehed mill-Kullegg tal-Kardinali li se jahtar Papa
gdid hekk kif ir-renju prezenti tal-mahbub Papa Pollak li
tant jidher li wasal fl-ahhar tal-hajja tieghu jintemm.
|
|
|
|
|
|
|
|