It-Tnejn, 20 ta' Ottubru, 2003     
      

Ahbarijiet mill-Awstralja
ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Il-marda tad-dimenzja
   

 Ghal darba ohra, l-Maltese Welfare (NSW) Inc organizzaw lejla ta' informazzjoni ghall-komunita' Maltija li bhalhom ilhom itellghu b'success ghal hafna snin. Is-sala tal-parrocca tal-knisja ta' OLQP kienet mimlija u kien hemm nies anke bil-wieqfa biex jisimghu taghrif siwi dwar id-dimenzja, marda li qed tahkem sewwa lill-komunita' Maltija li qed tixjieh b'rata mghaggla.
 
Ghal din il-lejla kien hemm sorpriza helwa. Bil-ko-operazzjoni ta' l-Ghaqda Teatrali Maltija "Cittadini" giet ipprezentata role-play miktuba minn Greg Caruana fejn kellha impatt qawwi ghax poggiet fi stampa cara l-effetti ta' din il-marda kattiva.
 
Hadu sehem f'din ir-recita l-awtur stess, Monica Ledger u Sam Farrugia. Din il-prezentazzjoni tant harget tajba b'messagg konvincenti li qed issir talba lill-Alzeihmer's Australia biex ikunu jistghu jibqghu jaghmlu uzu minnha bhala parti mill-edukazzjoni taghhom.
 
Il-mistiedna principali kienet Anne Sammut, social worker ta' nisel Malti li l-geneturi taghha gew l-Awstralja fl-1949. Anne, li hija d-Dementia Education Officer Co-ordinator ma' l-Alzhiemer's, tassew ipprezentat tahdita mhux biss informattiva u professjonali izda li zammet f'attenzjoni kontinwa lil madwar 65 persuna li kienu fis-sala. Saru hafna mistoqsijiet intelligenti u jidher li kulhadd hareg kuntent. Dawk li attendew kellhom tifhir ghal mod kif din il-lejla giet ipprezentata. Diga gie mhabbar li l-laqgha li jmiss se tezamina l-konflitti li jiffaccjaw il-geneturi emigrati minn uliedhom li jitrabbew fl-Awstralja.

 

Saret ukoll prezentazzjoni mill-Lino Vella, l-editur ta' The Maltese Herald, lil Mark Caruana bhala gharfien ghall-ghotja tal-Premju Kulturali 2003. Lino Vella spjega li Mark Caruana, barra li bhalu huwa fil-kumitat tal-Maltese Welfare huwa studjuz ta' l-istorja ta' l-emigrazzjoni li hafna mix-xoghol tieghu gie ppubblikat f'din il-gazzetta Maltija. Lino Vella ma setax ikun prezenti f'jum il-ghotja (8 ta' Settembru 2003) minhabba mard fil-familja.
 
Lawrence Dimech, il-President tal-Maltese Welfare (NSW) li mexxa din is-sessjoni ta' taghrif irringrazzja lill-kumitat habrieki tieghu kif ukoll lill-knisja ta' Greystanes li dejjem joffru mhux biss il-Parish Centre izda r-rizorsi taghhom ghal dawn il-laqghat li tant huma mfittxa mill-Maltin. Irringrazzja wkoll lil Maltese Community Council of NSW specjalment lir-Rita O'Dyer u  Sam Vella ta' l-appogg taghhom. L-Alzeimer's Australia wkoll kienu ta' ghajnuna kbira. Fi tmiem il-laqgha, Anne      Sammut       giet       pprezentata

 

Anne Sammut

b'bukkett fjuri. Qaltilna wkoll kemm hadet gost tkun fost il-komunita' Maltija u l-mod familjari u sincier li biha giet milqughha.

L-atturi li hadu sehem fir-role-play, Greg Caruana, Monica Ledger u Sam Farrugia

  
 
 60 sena mizzewgin
 

 Gorg u Gorgina, hekk huma maghrufa fost il-komunita' Maltija, koppja ferrieha u li dejjem lesti biex jaghtu daqqa t'id. Ilhom mizzewwga ghal 60 sena. Waqt il-laqgha tas-soltu li jorganizzaw il-Marana'tha, grupp Malti tal-talb li jiltaqghu f'OLQP Parish Hall Greystanes, il-koppja George u Gorgina Bugeja gew mghotija sorpriza helwa meta Fr Leonard Testa, li ilhu habib taghhom minn ckunitu, fakkar dan l-anniversarju b'quddiesa. Wara, l-membri ta' Marana'tha Maltese Prayer Group qasmu l-awguri taghhom ma' din koppja, membri dedikati ta' dan il-grupp, permezz ta' riceviment xieraq.
 
Il-koppja Bugeja zzewwgu Hal Qormi fis-17 ta' Ottubru 1943 fil-parrocca ta' San Gorg. Gorg twieled il-Hamrun fl-1924 u Gorgina twieldet Hal Qormi wkoll fl-1926 L-ewwel emigra lejn l-Awstralja Gorg fl-1949 u fl-1951  giet warajh martu.

 

Il-Kopja Bugeja, Gorg u Gorgina

Huma ghandhom sitt itfal, Charles,  Frank, Maria,  Michael (mejjet)  Anthony u  Rita,  erba'  mwielda  Malta  u  tnejn  l-

 

Awstralja.   Il-koppja  Bugeja   joqghodu fis-subborg ta' Fairfield NSW. Nawgurawlhom u nifirhulhom tassew.

Waqt ir-reciviment ghall-kopja Bugeja

 
 
 Mix-xena tas-soccer
 

 Min jaqra din il-pagna jaf li jien dilettant kbir tas-soccer u ghalhekk niehu gost idahhlikom baxx baxx xi informazzjoni dwar dan l-isports li tant ghamlu success bih il-Maltin ta' l-Awstralja. F'din in-naha tad-dinja s-soccer jew football mhux daqstant popolari ghalkemm iktar hawn tfal jilaghbu soccer minn kull code ohra.
Fl-iStat ta' Victoria (Melbourne) insibu zewg timijiet kbar tal-Maltin. Il-leggendarji George Cross, illum maghrufa bhala Sunshine George Cross FC u l-Green Gully Cavaliers.

F'dan l-iStat is-soccer jintlaghab fix-xitwa u dawn iz-zewg timijiet ghadhom kemm spiccaw stagun fantastiku. It-tim tal-Green Gully spiccaw it-tieni fil-kampjunat izda mbaghad rebhu l-Grand Final tal-Premier League l-oghla divizzjoni fl-iStat. Il-Green Gully spiccaw b'47 punt, u minn 22 loghba tilfu 4, gew draw 5 u skurjaw 41 kontra 14. Il-kampjunat rebhuh Preston b'47 punt.

Il-George Cross li jilaghbu fl-iState League, fit-Tieni Divizzjoni, rebhu l-kampjonat wara 26 sena fil-limbo billi spiccaw 22 loghba b'50 punt. Tul dan l-istagun, il-GC kellhom zewg coaches, Steve Chetcuti u Chris Taylor. Huma rebhu wkoll li State Cup.

F'NSW ghandna wkoll tim li ghalkemm ma jistghux jissejhu Maltin izda      ghandhom      President      Malti,

 

Charles Abdilla u xi membri Maltin fil-kumitat. Huwa amalgamati ma' klabb Croat u jgibu l-isem ta' Hajduk Wanderers u jilghabu fit-tieni divizzjoni. Dis-sena spiccaw il-hames fil-klassifika u dahlu ghall-kompetizzjoni ta' l-ewwel hamsa izda ma rnexxilhomx jilhqu l-Finali u nqalghu barra.
 
Dawn    il-kompetizzjonijiet    jintlaghbu

 

fix-xitwa. Izda fit-22 ta' Novembru tibda l-Premier Summer League f'NSW fejn hemm jikkompetu Parramatta Melita Eagles FC. Jidher li wara skoss finanzjarju 'l quddiem, irnexxilhom ipoggu l-klabb fuq bazi soda bhal qabel. Fil-prezent, il-President ta' dan il-klabb. Anthony Azzopardi jinsab Malta fejn se jkollu tahditiet ma' ufficjali tal-futball Malti.

Hawn ghandna ritratt tal-kumitat ta' Sunshine George Cross:
Fuq wara mil-lemin: Mark Grech, Alex Fenech, Louis Cassar u John Lanzon.
Taht: mil-lemin: Sylvia Fenech, Charles L Borg (President) u Helen Farrugia.

  
 

The Maltese Herald

Ftit ilu miet l-eks Deputat Kummissarju Gholi Joseph Caruana li kien jghix fil-belt kapitali, Canberra. Qeghdin ingibu l-editorjal li deher fil-Maltese Herald dwar wiehed mill-aqwa diplomatici li kellha Malta. Ghad irridu niktbu iktar dwar ix-xehha zejda u krudili li wera mieghu l-Gvern Malti.

Gentili u ta' stoffa

 Il-lista ta' persuni prominenti li hallew din id-dinja f'din is-sena, wara l-imwiet ta' Terry Muscat, Joseph Mangion, Anne Aquilina u Barbara Vella kompliet tikber meta thabbret ukoll il-mewt tal-veteran diplomatiku Joseph Caruana li kien joqghod f'Canberra ACT.

Joseph Caruana jista' jigi diskritt bhala "bniedem taz-zokkor", genjali u dejjem ghandu xi kliem ferrieh xi jghidlek. B'fidi kattolika zonqrija dan id-diplomatiku kien ta' ezempju tajjeb f'kull qasam tal-hajja tieghu, kemm jekk bhala missier u kap tal-familja jew bhala serf fidil tas-servizz tal-Gvern Malti fejn dam jahdem ghal 43 sena shah.

Joseph Caruana twieled fl-1918 u nsibuh fl-ewwel zmenijiet tal-moviment emigratorju minn Malta tant li bejn 1948-1950 serva bhala Segretarju Privat ta' l-ewwel Ministri li kellhom x'jaqsmu ma' l-Emigrazzjoni, Joe Cole (Laburist) u Dr GM Camilleri (Nazzjonalista). Ghalhekk kien attiv fl-ewwel snin meta l-emigrazzjoni bdiet tiehu forma, meta eluf kbar ta' Maltin kienu qeghdin jigu mibghuta fil-maggoranza taghhom lejn l-Awstralja. Kien fil-qalba ta' l-istorja.

L-ewwel darba li serva fl-Awstralja kien bhala segretarju tal-Missjoni Maltija fl-1950 li dak iz-zmien kienet f'Melbourne. Fl-1961 rega' gie msejjah Malta u fl-1964 gie mahtur bhala l-ewwel Chief of Protocal fil-Ministeru ta' Commonwealth u Affarijiet Barranin ta' Malta.

Fl-1965, kien membru ta' l-ewwel delegazzjoni tal-Gvern Malti f'United Nations. Fl-1967, rega gie mibghut fl-ufficcju tal-Kummissjoni Gholja f'Canberra fejn dam iservi sa kemm rtira mis-servizz fl-1982. Wara li rtira baqa' jghix f'Canberra.

F'dan il-perjodu, Joseph Caruana wasal sal-posizzjoni ta' Deputat Kummissarju Gholi u bejn 1978 sal-1982 ghamilha ta' Acting High Commissioner. Dan ifisser li dan il-diplomatiku anzjan hadem ma' tlett Kummissarji Gholja jigifieri Dr Anthony Pullicino, Joseph Mamo Dingli u Joseph Forace.

Dawk li huma qrib ta' l-ufficcju tal-Gvern Malti f'Canberra kollha jfahhru u jiftakru l-kapacita' kbira li dejjem wera dan il-gentlom li ghal hafna snin kien il-fus li fuqu daret l-Kummissjoni Gholja. Serva fi zmenijiet meta r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstralja dahlu f'perjodu mqalleb. Kien habib ta' kulhadd u kellu kuntatti wiesgha f'kull livell tal-Gvern Awstraljan.

Il-komunita' Maltija f'kull rokna ta' l-Awstralja kienet tirrispettah fil-veru sens tal-kelma ghax Joseph Caruana dejjem kien persuna ta' l-affari tieghu izda fl-istess hin dejjem b'xi cajta f'fommu.

Martu Tessie li dejjem kienet ta' ghajnuna kbira ghalih u s-seba' uliedu li tant kien jghozz zgur li qatt mhu se jinsewh. Il-memorja ta' Joseph Caruana tibqa' hajja u miftakra anke meta tintemm ir-rapprezentanza tal-Gvern Malti fl-Awstralja. Hija l-opinjoni taghna li hadd daqs dan il-veteran diplomatiku ma halla l-marka tieghu fir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Awstralja. Hija hasra li x-xoghol pijunarju tieghu qatt ma inghata gharfien mill-Gvern Malti.
 

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.