It-Tnejn, 13 ta' Ottubru, 2003     
      

Ahbarijiet mill-Awstralja
ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Jirbhu premju b'bini
   

 Il-prezentazzjoni tal-Wollongong Tourism Awards saret ftit granet ilu fis-sala tal-ballijiet fil-lukanda lussusa Novotel Northbeach li tinsab fuq ir-ramla tat-tramuntana ta' Wollongong. Il-prezentazzjonijiet saru lill-operaturi tat-turizmu f'dan ir-regjun. Huma qeghdin jghinu biex jizguraw is-success fit-turizmu kemm fl-Illawarra u anki matul is-South Coast. Din kienet il-hames sena li saru dawn l-awards il kien fihom hmistax-il kategorija, li jinkludu attrazjonijiet turistici, restoranti, klabbijiet registrati, akkommodazzjoni u anki kategorija specjali ghall-individwi u ghall-ghazla tal-poplu.

Kumpanija Maltija li hi immexxija minn Tony Gauci u ohtu Carmen Rudd rebhu s-sezzjoni ta' l-akkommodazzjoni li ghaliha kien hemm kompetizzjoni harxa mill-hafna lukandi li dahlu ghal din is-sezzjoni li jinkludu fosthom in-Novotel Northbeach.

L-entratura li rebhu biha Tony u Carmen kienet fil-kategorija ta' akkommodazzjoni Hotel / Motel. Il-Wollongong Serviced Apartments jikkonsistu f'appartamenti lussuzi fornuti b'kollox inkluz kamra ta' l-irqad wahda jew tnejn, li jistghu jinkrew kemm ghal zmien qasir jew twil.

Dan il-progett kien il-holma ta' Pawlu Gauci (illum mejjet) maghruf bil-laqam ta' "In-Naxxari", li kien beda jibnieh fl-1998. Pawlu n-Naxxari kien maghruf sewwa f'Wollongong mhux biss ghax kien bennej ta' progetti kbar, izda ghax kien bniedem ta' qalbu tajba, kien jghin lil kulhadd, u fuq kollox ma kienx kburi.

Pawlu beda l-karriera tieghu fil-bini kmieni 1958 u ghal Novembru ta' 1959 mar lura Malta izda rritorna l-Awstralja sentejn wara mal-mara tieghu Mary li kienu ghadhom kif izzewwgu. Dak in-nhar stess fil-ghaxija kellu kuntratt ghal bini ta' dar diga iffirmat. Wara biss ftit xhur, bena dar ghalihom b'garage imdaqqas. Meta Pawlu kien jibni d-djar hu kien jaghmel kollox hu, sat-twieqi, il-bibien u l-armar kollu tal-kcina.


Ghal Pawlu dan ma kienx bizzejjed ghax ried sfidi ohra u hawn beda jibni appartamenti kbar bl-ewwel wiehed f'Warrawong. Wara, bena appartamenti ohra f'Corrimal, Wollongong u ohrajn.

Pawlu ried aktar sfidi u hawn beda jibni imhazen kbar ghal kiri u kompless kbir li kellu u naturalment ghadu f'idejn it-tfal tieghu hu c-Centru kbir li hemm f'Coniston xi hames kilometri min-nofsinhar ta' Wollongong.

Hu kien bena l-hanut kbir ghal BBC Hardware li hemm f'Berkeley u ftit il-boghod minnu fl-istess trieq imhazen kbar ghalieh wkoll.

 

Progett kbir iehor li dahal ghalih kien meta xtara blokka bini antika fil-qalba ta' Wollongong u biddlu fi hwienet u f'ufficcini moderni.

Ghalkemm Pawlu kellu dan ix-xoghol kbir, hu xorta kien jaghmel xoghol ta' ghajnuna ghall-Knisja ta' San Frangisk ta' Assisi li hemm Warrawong u hafna xoghol wkoll ghal kunvent tas-sorijiet li hemm hdejn il-knisja.

Hu kien wkoll benefattur kbir ghall-klabb tal-Maltin tan-nahat ta' Wollongong, il-George Cross Falcons Club.

Ghall mistrieh, Pawlu kien imur Malta kull sena u l-hena tieghu kienet li jqatta' iz-zmien fl-irdum ta' Had-Dingli fejn kien xtara bicca art u jghaddi iz-zmien jonsob.

Pawlu u Mary kellhom hamest itfal, Carmen, Tony, Johnny, Susan u Paul u dawn kollha kienu jahdmu fix-xoghol ma' missierhom, is-subien fuq l-ghodda u Carmen u Susan jiehdu hsieb il-kotba.

Fl-1996 Mary mardet u wara battalja ta' sentejn mietet fi Frar 1999.

F'nofs Lulju 1999, Pawlu u Tony hadmu flimkien il-gurnata kollha fuq l-appartamenti li kienu qeghdin jibnu f'Wollongong. Bhas-soltu Pawlu mar id-dar u milli jidher qaghad bilqeghda jara t-televixin u miet kagun ta' attakk qawwi f'qalbu.

Fl-2001 regghet messet ix-xorti hazina lill-ahwa Gauci meta ohthom iz-zghira wkoll mietet habta u sabta.

Pawlu u Mary kienu nies karitattivi hafna, bizzejjed wiehed isemmi li kellhom erba' u tletin tifel u tifla "fostered" mal-ghaqda tal-karità World Vision u dawn ghadhom ihallsu ghalihom it-tfal taghhom sal-lum.

Kull meta Pawlu kien ilesti xi xoghol kbir,  kien  jghid  li  dan  l-ahhar,  izda  ftit

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031013_GauciPaulSen.jpg

Pawlu Gauci (illum mejjet)

Due to web space restrictions this image has been removed
031013_GauciAppnts.jpg

Il-blokk ta' appartamenti li rebhu
l-Best Illawwara Accomodation Award.

wara tarah jibda xi progett iehor.

Il-Wollongong Serviced Appartments kellu ikun l-ahhar progett li beda Pawlu li sfortunatament ma kellux ix-xorti li jarah komplit. It-tifel il-kbir Tony baqa' jistinka biex jara li l-progett li beda missieru jigi komplit bl-istess rikkezza li kien irid missieru li bis-sahha ta' hekk gew ippremjati bil-Best Illawarra Accommodation Award.

Nixtieq nirringrazzja lil habibi, George Bartolo li joghqod fin-nahat ta' Wollongong, li ghaddieli din l-istorja.

Due to web space restrictions this image has been removed
031013_GauciPaulJnr.jpg

Tony Gauci, iben Pawl u membri ta' l-istaff tieghu

  
 
 Ballu iehor success
 

 L-Ghaqda Maltija ta' Don Bosco f'NSW ghandhom habta jiffestigaw bi kbir. Il-Ballu Gala ma hemmx dubju sar avveniment socjali mistenni kull sena mill-komunita' Maltija. Dis-sena kienet okazzjoni eccezzjonali. Fil-fatt il-komunita' Maltija qatt ma kellhom lil Gvernatur ta' l-Istat bhala l-mistieden specjali f'ballu. L-Ghaqda ta' Don Bosco irnexxilhom ikollhom il-prezenza tal-Gvernatur ta' NSW, Prof Marie Bashir u zewgha Sir Nicholas Shehadie.

Madwar 450 persuna attendew fis-sala sabieha tar-Roma Function Centre f'Liverpool fejn gew servuti b'ikel u xorb mill-aqwa kif ukoll s-soltu divertiment fejn spikkaw il-grupp "Expresso". Il-President tal-Maltese Past Pupil of Don Bosco NSW, Joseph Fabri fid-diskors tieghu irringrazzja lill-Gvernatur u lill-zewgha talli accettaw l-istedina waqt li fisser li l-ghan principali ta' din l-ghaqda huwa biex jigbru flus ghall-karita' u habbar li sa issa kienu diga ngabru u tqassmu madwar $A300,000. Huwa rringrazzja lill-kumitat tieghu li dejjem jahdmu bla ma qatt jilmentaw ghax jafu li kull ma jaghmlu qeghdin jaghmluh ghall-karita'.

Ghal dan il-ballu attendew ukoll il-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Awstralja, Dr Ivan Fsadni u martu Rita, il-Konslu Generali Joanna Pisani u ghadd ta' benefatturi ta' din il-Ghaqda. Il-Kummissarju Gholi pprezenta lill-Gvernatur ktieb dwar Malta.

Meta wasal il-hin biex l-ET il-Gvernatur Prof Maria Bashir tindirizza lil dawk prezenti semghuha b'attenzjoni. Il-Gvernatur, li hija ta' dixxendenza Lebaniza, qalet li tinsab ferhana li tinsab fost il-Maltin u fakkret b'sincerita' iz-zmien   taghha   meta    bhala    tabiba

 

hadmet fin-nahat ta' Pendle Hill fost il-komunita Maltija. Qalet ukoll li kienet qed tiehu gost immens tara hafna zghazgh fost dawk li attendew dan il-ballu.

Il-Gvernatur Bashir rebhet qalb dawk kollha prezenti b'diskors sincier u mqanqal. Hija mara ta' statura li ghalkemm lahqet l-oghla posizzjoni fl-iStat izda zzomm riglejha ma' l-art. Ghalkemm dejjem zammet id-dinjita' taghha izda ma kien hemm xejn superficjali dwarha u diskorha ma kienx fih pomposita'.

 

Due to web space restrictions this image has been removed
031013_FabriGov.jpg

Il-President ta' l-Ghaqda Don Bosco, Joseph Fabri u l-Gvernatur ta' NSW Prof Marie Bashir

Due to web space restrictions this image has been removed
031013_DonBoscoBall1.jpg

Joe Fabri, l-Gvernatur u zewgha Sir Nicholas Shehadie u Anna Fabri.

Due to web space restrictions this image has been removed
031013_DonBoscBall2.jpg

Dehra tal-mejda ufficjali

  
 

The Maltese Herald

The Maltese Herald, l-unika gazzetta tal-Maltin fl-Awstralja harget b'dan l-editorjali fl-ahhar harga dwar il-politika Federali Awstraljana.

Waslet l-elezzjoni, flus bir-rimi

 F'dawn l-ahhar jiem, kellna mewga ta' ahbarijiet minn naha tal-Gvern Federali. Kollox qed jiccaqlaq. Kollox jindika li dehlin fil-final stretch ta' elezzjoni Federali ohra. Il-Prim Ministru John Howard, ghalkemm kien xi ftit imhabbat bit-tieg tat-tifla tieghu izda xorta habbar caqliqa sinifikanti fil-kabinet. Indikazzjoni cara li bdiet il-preparazzjoni ghal elezzjoni ohra li John Howard huwa determinat li jirbah specjalment fi zmien meta l-Partit Laburista, taht it-tmexxija ta' Simon Crean jidher li huma sparpaljati u konfuzi.

Il-Prim Ministru nehha jew caqlaq Ministri li setghu ikomplu jgibu fuqhom kritika li tista' thammar wicc il-Partiti tal-Koalizzjoni Liberali/ National fil-kampanja elettorali.

Caqlaq lill-Ministru Philip Ruddock mill-Immigrazzjoni, lil Kay Patterson mis-Sahha u Tony Abbot mill-Employment u Workplace Relations.

Izda l-iktar ahbar tajba ghall-Gvern ta' Howard/Costello kienet l-ahbar li t-Tezorier sab quddiemu bagatella zejda ta' $7.5 biljun, liema somma enormi jista' jaghmel uzu minnha biex iroxx il-manna u jizgura li ghal darba ohra jkollna Gvern Liberali/National f'Canberra.

Ma hemmx dubju wkoll li ghalkemm l-Awstralja qed tonfoq biljuni kbar biex izomm t-truppi taghha fl-Iraq, Solomon Islands u Timor, il-poplu tant huwa ntaxxat li l-Gvern xorta qieghed jispicca b'surplus esegerat, it-tieni l-ikbar wiehed fl-istorja. L-ikbar budget surplus kien ta' $13-il biljun fl-1999-2000.

Fl-ahhar budget, Peter Costello hass li ghandu jaghtina biss $4 fil-gimgha bhala tax-cut liema ghotja kienet biss isservik biex tixtri bicca hobs. Din id-darba hemm wisgha fejn il-Gvern Federali jista' jirranga it-
taxation bracket creep. Ghax huwa inutli li tircievi zjieda jekk din iz-zjieda titfghek f'livell iktar gholi li trid thallasha lura bhala taxxa.

Il-Gvern dahhal dawn il-flus zejda mit-taxxa lill-kumpaniji u madwar biljun mit-taxxa ta' l-income. Id-dhul mill-kumpaniji juri li l-ekonomija hija mibnija fuq bazi soda. Il-Gvern Federali jrid ukoll jistudja sewwa is-sitwazzjoni ta' l-Edukazzjoni u s-Sahha ghax f'dawn iz-zewg kolonni essenzjali jidher li naqqas serjament l-infieq tieghu. Fl-Edukazzjoni kien hemm nuqqas ta' $5 biljun u fis-settur tas-Sahha kien hemm nuqqas ta' biljun mill-1996.

Quddiem dan il-gid kollu, l-Awstralja xorta ghandha 2.5 miljun persuna li jghixu taht il-
poverty line zjieda jigifieri ta' 2%. Kaz tas-sinjuri isiru jktar sinjuri u l-fqar jiftaqru aktar.

Il-Gvern Federali jemmen fil-principju ta' users pay u ghalhekk fejn ikun hemm problema din jitfahha lura fuq dawk li jhallsu t-taxxa bhal ma gara fil-kaz ta' Ansett, s-sigurta u l-hsejjes fl-ajruporti. Jekk ikollu zjieda fl-edukazzjoni allura jgholli l-mizata tal-HECS biex il-kaxxa tat-Tezor tkompli tfur mil-levies (taxxi) godda li jdahhal il-Gvern.

Il-Gvern Federali, mimli f'tant flus u qrib sewwa ta' elezzjoni ohra se jkollu t-tentazzjoni li johrog bi progetti li jkunu immirati biex jizguraw rebah ohra u mhux necessarjament ghall-gid ta' kulhadd. Izda x'aktar li Gvern ghaqli bhala ma' hu dak ta' Howard/Costello jsib bilanc bejn progetti essenzjali u serhan minn hafna taxxa, fl-ahhar mill-ahhar l-Awstralja hija wiehed mill-iktar pajjizi ntaxxati.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.