|
F'Melbourne
Hawn naraw li anke
wahda mill-Ordni tal-Kavallieri (SMOM) organizzaw quddiesa
f'Newman Collage fl-Universita ta' Melbourne. Ir-Reskeon
MalteseAssociation kellhom ukoll quddiesa fic-Centru Malti ta'
Parkville fejn qaddes l-Isqof ta' Sandhurst, Mons Joseph A.
Grech. Kellhom ukoll ballu fil-Firenze Reception Centre fejn
barra s-soltu divertiment, John Gauci u martu Annie kif ukoll
Fred Depares inghataw gharfien specjali.

Fl-istess jum ix-Xaghra Assocation of Australia organizzaw
quddiesa fis-sala tac-Centru Kulturali Malti f'Albion waqt li
saret quddiesa ohra f'Hoppers Crossing.

Il-funzjoni religjuza maggura ssir fil-Knisja ta' St Mary Star
of the Sea f'West Melbourne, maghrufa bhala l-knisja tal-Maltin.
Minhabba li t-temp ma kienx sabih, il-purcissjoni tradizzjonali
saret fil-knisja stess flok barra t-toroq. Hadu sehem ukol
l-Maltese Own Band u St Albans Melita Band.
F'Canberra
Permezz tal-Maltese
Australia Queanbeyan Association, il-komunita zghira Maltija
fil-belt kapitali ticcellebra wkoll il-festa ta' Marija Bambina.
Is-Sibt organizaw Dinner Dance fejn il-mistednin specjali kienu
l-Ministri Wayne Berry u Brendon Smyth u l-Assistant Kummissarju
Gholi, Angele Azzopardi u zewgha Tony. Il-parti religjuza saret
fil-knisja ta' Narrabundah fejn saret quddiesa u harget il-purcissjoni,
akkompanjata mill-banda bl-innu popolari tal-Madonna.
F'Sydney
Kull sena, il-Maltin
ta' Sydney jimlew il-Katidral ta' St Marys fil-belt ta' Sydney
ghall- okazzjoni tal-festa tat-Twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija
jew ahjar il-festa tal-Vitorja. Dis-sena, minhabba impenji ohra
fil-Katidral, il-festa li ssoltu ssir iktar qrib id-data tat-8
ta' Settembru saret fil-21 ta' Settembru li jahbat ukoll Jum
l-Indipendenza ta' pajjizna.

L-Ordni Religjuz Malti, l-MSSP huma inkarigati minn din
ic-cerimonja annwali. Habbru diga li s-sena ohra se tkun
fit-Tieni Hadd ta' Settembru.

Dis-sena zdiedu zewg partijiet fil-funzjoni li kienu tassew
emozzjonali u jidher li gew apprezzati ferm mill-mijiet
prezenti. Il-vuci melodjuza ta' Amelia Farrugia, s-soprano ta'
nisel Malti, kantat l-Ave Maria ghall-ewwel darba fl-istorja ta'
din il-funzjoni. Verament, kantanta ta' kalibru gholi li taghmel
in-nisel Malti, kburi.

Kien hemm ukoll l-okazzjoni fejn gew miftakra tlett persuni
distinti li mietu f'dawn l-ahhar xhur. Dawn kienu Joe Mangion,
Anne Aquilina u Barbara Vella. L-Onor John Aquilina, s-sinjura
Antionette Mangion u Lawrence Dimech (jirrapprezentat lil Lino
Vella li kien indispost) telghu fuq l-artal b'xema tixghel
f'idejhom li fuqhom kellhom ir-ritratt tal-persuna li mietet.
Ix-xema giet ipprezentata lic-celebranti u mhollija fuq l-artal.
Dan il-gest kien kommoventi u gie apprezzat.

Din il-celebrazzjoni annwali bdiet b'purcissjoni tal-vara
tal-Bambina gewwa l-Katidral. Kien hemm jakkumpanjaw diversi
ghaqdiet Maltin bil-bandalori u l-istandard taghhom waqt li kien
qieghed jigi rrecitat ir-ruzarju. Kien hemm ukoll l-iSpeaker
tal-Kamra ta' l-Assemblea Legislattiva ta' NSW, l-Onor John
Aquilina, l-Konslu Generali, Joanna Pisani u l-Konslu Onorarju
Alfred Fenech u tlett kavallieri ta' l-ordni ta' San Gwann (SMOM).
Kien hemm ukoll tfajla, Cynthia Duca liebsa simbolu ta' Malta
Rebbieha u ghadd ta' tfal libsin bil-kustumi ta' zmien il-kavallieri.

Ic-celebrant principali kien Fr Carmelo Sciberras PP li ghamel
ukoll l-omelija addattata ferm fejn tkellem fuq il-fidi
tal-Maltin lejn il-Madonna. Kien akkumpanjat fil-quddiesa minn
sitt sacerdoti ohra Maltin. Il-kummentatur kien Dr George Boffa
u l-kor ta' La Valette kien taht id-direzzjoni ta' John Beale.

Din ic-celebrazzjoni hija xhieda ohra tal-fidi li ghad ghandhom
il-Maltin lejn il-Madonna. Ma hemmx dubju wkoll li fil-Katidral
naraw kull sena l-ikbar numru ta' Maltin taht saqaf wiehed u
tispikka wkoll l-ghaqda bejn kulhadd.

Wara li spiccat ic-cerimonja, hafna minn dawk li attendu l-Katidral
jimxu l-ftit passi boghod fejn l-MSSP ghandhom il-Mons Depiro
House fi Stanley Street, East Sydney fejn ikun hemm riceviment.
Nirringrazzjaw hafna lis-Socjeta Missjunarja ta' San Pawl u dawk
li jghinuhom, ghax din l-okazzjoni trid hafna xoghol, hafna
idejn u ko-ordinazzjoni Kull sena, l-organizzaturi ma
jiddizappuntawniex.

Kemm fil-parocca ta' Horsley Park u Warrawong NSW, il-Maltin
jiccellebraw ukoll bil-kbir l-festa tat-8 ta' Settmebru fejn
isiru purcissjonijiet bil-vara izda bla dubju l-ikbar festa ta'
barra li ilha ssir 38 sena ssir fil-parocca ta' Greystanes, fejn
is-Sibt kien hemm quddiesa koncelebrata mill-Isqof Kevin Manning
u l-Hadd saret il-quddiesa bil-Malti u l-panegiku kien minn Fr
Carmelo Sciberras. Wara tohrog il-purcissjoni akkumpanjata minn
Our Lady Queen of Peace Maltese Band. Fl-ahhar jsir il-loghob
tan-nar li tant ikun mistenni mill-mijiet ta' Maltin u barranin
li bi hgarhom jattendi ghal din il-festa annwali
fin-nahat fejn jghixu tant Maltin, jigifieri, f'Pendle Hill NSW. |
| |
 |
| |
L-Onor John Aquilina, Antoinette Mangion u Lawrence Dimech
telghin bix-xama waqt il-quddiesa fil-Katidral ta' Sydney |
| |
 |
| |
Wara
l-quddiesa tal-Katidral: Joanna Pisani. L-Onor John
Aquilina, Cynthia Duca, Amelia Farrugia, Fred Fenech,
Graziella Helliker u Lawrence Dimech. |
| |
 |
| |
Il-festa
fi Greystanes. Il-banda tal-Maltin u l-bandalori. |
 |
|
Il-vara hierga
mill-knisja fil-festa tal-Vitorja. |
|