It-Tnejn, 29 ta' Settembru, 2003     
      

Ahbarijiet mill-Awstralja
ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Rizenja mill-ufficju tal-Konsulat Generali
   

 F'dawn l-ahhar gimghat, kellna hafna ahbarijiet li jolqtu l-ufficju tal-Kummissjoni Gholja ta' Malta fl-Awstralja izda l-iktar ahbar li laqtitna kienet l-ahbar li Alfred Fenech OAM, B.A, l-Konslu Onorarju (Kummerc) fil-Konsulat Generali ta' Sydney se jispicca minn din il-kariga. Kif habbarna minn din il-pagna l-gimgha l-ohra, Alfred ilu f'din il-kariga minn meta hatru l-Gvern Malti fl-1998.
 
Fil-fatt l-ahbar tar-rizenja harget minn fomm il-Kummissarju Gholi, Dr Ivan Fsadni, meta gie Sydney biex jattendi ghal dinner-dance organizzat mill-Kamra tal-Kummerc Australjana-Maltija biex jiffestigjaw gheluq is-sena tieghu f'din il-kariga. Dr Fsadni rringrazzja lil Alfred Fenech tax-xoghol li ghamel mal-Konsulat Generali u sa anke pprezentalu rigal ta' tifkira.
 
Din ir-rizenja waslet bhala sorpriza. Kien mistenni li Fred Fenech jibqa' f'din il-kariga izda jidher li kien huwa li ghazel li jispicca wara li jasal lura mad-delegazzjoni kummercjali minn Sydney li ghandha tkun Malta mit-13 sas-17 ta' Ottubru 2003.
 
Kien nistenni li  rizenja  hekk  importanti

 

Alfred Fenech OAM, B.A

tigi mhabbra ufficjalment bi stqarrija mill-Kummissjoni Gholji izda minflok giet imhabbra f'din l-okazzjoni organizzata mill-AMCC li taghha Fred Fenech huwa wkoll ufficjal esekuttiv.
 
Ta' min jghid ukoll li f'dawn l-ahhar gimghat kien hawn hafna xnieghat dwar din ir-rizenja.
 
Fred Fenech, iggradwat mill-Universita ta' Sydney, huwa wkoll wiehed mill-veterani tal-komunita' Maltija. Serva ghal   snin   kbar   bhala   segretarju  tal-

 

Maltese Community Council ta' NSW u huwa maghruf bhala wiehed mill-aqwa organizatturi. Huwa wiehed mill-ftit Maltin li dejjem iddefenda d-drittijiet ta' l-emigranti b'argumenti sodi u ntelligenti ma' l-oghla awtoritajiet. Qabel ma nhatar ufficjalment bhala Konslu Onorarju kien maghruf bhala l-konsulent (mhux ufficjali) ta' hafna Kummissarji Gholja u Konslijiet.
 
Fil-qasam tal-kummerc internazzjonali huwa maghruf bhala espert. Hadem ukoll ghal 30 sena shah u spicca bhala Manager ma' l-AustTrade, l-fergha tan-negozju nternazzjonali tal-Gvern Federali Awstraljan.
 
Fred Fenech qalli li ghadu se jibghat ir-rizenja ufficjali tieghu bil-miktub izda ma xtaqx jaghtini iktar taghrif.
 
Barra t-tlett ufficjali li gew specifikament minn Malta, l-Kummissjoni Gholja ghandha zewg Konslijiet Onorajri f'Victoria, tnejn f'South Australia u tnejn ohra fi New Zealand, wiehed kull wiehed f'Western Australia u Queensland. Waqt li l-Konslu Generali f'Melbourne gie mahtur f'din il-kariga wara hafna snin li kien diga emigrat fl-Awstralja.

  
 
 Izuru l-ufficju
 

 L-iSpeaker tal-Parlament ta' NSW, l-Onor John Aquilina (li bhal daz-zmien jinsab Malta flimkien ma' huh, missieru u t-tfal tieghu) ghamel zjara lill-ufficju gdid tal-Konsulat Generali ta' Sydney li f'dawn l-ahhar gimghat garrew minn Triq York ghal post ahjar fi Triq Elizabeth, Sydney.
 
Skond stqarrija ufficjali li harget mill-Kummissjoni Gholja, l-Ispeaker kellu kliem ta' tifhir dwar l-ghazla ta' l-ufficju l-gdid, li jinsab f'bini prestiggjuz fil-qalb tac-centru kummercjali ta' Sydney.

Waqt iz-zjara tieghu li saret il-Hadd fil-ghodu, l-Onor Aquilina inaghta taghrif dwar l-ispinta li qed tinghata lill-hidma kummercjali mir-rapprezentanti tal-Gvern Malti waqt li jkomplu jissahhu s-servizzi konsolari, l-aktar is-servizzi mfittxija mill-membri tal-komunitajiet Maltin, specjalment il-hrug ta' passaporti u l-hlasijiet ta' pensjonijiet Maltin.

Bhal tifkira ta' din iz-zjara, l-Kummissarju Gholi pprezenta lill-Onor Aquilina kopja ta' ktieb bl-isem Valleta citta Nuova - a map history 1565-1600 miktub mill-istoriku, Dr Albert Ganado.

L-Onor Aquilina, Membru Laburista li jirrapprezenta l-elettorat ta' Riverstone NSW, qal li hu jinsab impressjonat mhux biss bin-numru ta' kotba li jinhargu

 

Dan ir-ritratt juri mix-xellug: Alfred Fenech, il-Kummissarju Gholi Ivan Fsadni, l-Onor John Aquilina u l-Konslu Generali, Joanna Pisani fl-ufficju l-gdid f'Sydney.

  

dwar Malta izda wkoll bil-kwalita' gholja tal-kitba u l-produzzjoni li illum lahqu livell internazzjonali.

Il-Kummissarju Gholi qal li kien dan il-fatt li propju nkoraggih biex jiehu l-inizjattiva biex jghin lil dawk li johrogu dawn il-kotba dwar Malta jew bil-Malti biex isibu swieq ikbar fl-Awstralja.
 
B'hekk dan is-settur zghir jinghata spinta ghax it-tixrid tal-kotba jghin ukoll biex   il-kultura   Maltija  fl-Awstralja  tkun

 

irrispettat aktar.
 
L-Onor John Aquilina ghadu kemm tilef lil martu ta' 47 sena, Anne Michelle nee Sutcliffe li mietet fid-29 ta' Gunju 2003 wara marda qasira vittma tal-kancer. L-Onor John Aquilina, li fil-fatt huwa l-Father of the House ghax huwa l-iktar MP li ilu fl-Assemblea Legislattiva, kien Ministru tal-Fair Trading izda wara l-ahhar elezzjoni Statali li saret f'Marzu 2003, il-Premier ta' NSW Bob Carr hatru bhala Speaker.

 
 
 Tixrid tal-lingwa
 

 Hawn hafna modi kif trewwem u tkabbar isem pajjizek f'art barranija. Fl-Awstralja, fejn hawn numru kbir ta' nies li emigraw minn kull rokna tad-dinja, ssib li dawn ghadhom kburin bil-pajjizi li gew minnhom. Il-Gvernijiet ukoll jaghtu l-appogg taghhom biex il-kulturi ma jintilfux.

Fl-iskola Sekondarja ta' Holroy High fi Greystanes NSW, dan l-ahhar giet organizzata Muliticultural Day ghall-istudenti. Ma naqasx ghalhekk li l-Maltin ukoll jaghtu s-sehem taghhom biex b'hekk nuru li ahna ghandna l-lingwa u l-kultura taghna.

Kien hemm parata tal-bandieri fejn fosthom kien hemm il-Maltija. Imbghad beda program shih ta' varjeta entika fejn rajna zeffiena Afrikani, Kurdi, Lebanizi u Torok. Il-Maltin kienu rapprezentanti mill-kor ta' l-Ghaqda Kulturali li kantaw mill-rock opera "Gensna" kif ukoll il-Waltzing Matilda bil-Malti. Il-kant Malti gie milhuq tajjeb hafna mill-mijiet ta' studenti, l-ghalliema u mistednin li kienu prezenti.

 
 

Fir-ritratt jidher il-kor waqt li kienu qed ikantaw.

 
  
 

The Maltese Herald

Dan huwa l-editorjali li deher il-gimgha l-ohra f'The Maltese Herald, il-gazzetta nazzjonali tal-Maltin
li ilha tohrog regulari fl-Awstralja ghal dawn l-ahhar 43 sena.

Ix-xahar ta' Settembru u t-terroristici

 Ix-xahar ta' Settembru ghall-Maltin dejjem kien ix-xahar ta' devozzjoni qawwija lejn il-Madonna. Huwa x-xahar meta nfakkru tlett grajjiet kbar u storici fl-istorja ta' pajjizna, ir-rebhiet tal-1565 kontra t-Torok u dawk ta' l-ahhar gwerra kontra n-Nazizmu u l-Faxizmu. Imbghad hemm il-Jum tal-21 ta' Settembru meta Malta saret nazzjon sovran u ndipendenti wara l-hakma tal-barrani.

Izda sentejn ilu, x-xahar ta' Settembru kien xhieda ta' tragedja kbira. Rajna l-qilla u l-qerda tat-terrorizmu meta erba' ajrupalni gew mahtufa u f'madwar 25 minuta hallew herba u konfuzzjoni mhux biss fil-postijiet li ggarfu izda mad-dinja kollha.

Tnejn mill-ajruplani farrku totalmet iz-zewg blokki tal-World Trade Centre fil-belt ta' New York, iehor dahal f'parti mill-Pentagon u l-ahhar wiehed spicca f'ghalqa f'Pennsylvania, x'aktarx li kien destinat ghall-White House. Mietu tragikament 3,183 persuna f'wiehed mill-iktar atti barbarici li qatt rajna. Il-hofra ta' fejn kien hemm iz-zewg torrijiet tal-WTC saret bhala mafkar sagru fejn eluf kbar imorru biex jiftakru lil dawk li hallew hajjithom f'dan il-post.

L-Amerikani mill-ewwel wahhlu fl-organizazzjoni hekk imsejjha al-Qaeda u l-kap taghhom Osama Bin Laden. Sentejn wara l-Amerikani ghadhom ifittxu lil dan il-kap terroristiku. 9000 suldat Amerikan ghandhom f'Afganistan u 130,000 truppi ghandhom fl-Iraq ukoll ifittxu lil Saddam Hussien u l-bombi qerrieda.

Kwazi sena wara, f'Bali l-Indonesja, fit-12 ta' Ottubru 2002 it-terrur wasal qrib il-bieb ta' l-Awstralja meta 88 Awstraljani gew minxura ntortament meta kienu qed jiddevertu f'din il-belt, mekka tat-turisti Awstraljani.

It-terrorizmu ma' waqafx b'rizultat ta' l-invazzjoni f'Afganistan jew l-Iraq izda x'aktarx li iktar kiber u infirex f'iktar pajjizi. Haga wahda hija zgura. Il-biza tat-terrorizmu qieghed jibdlilna l-mod tal-hajja normali taghna.

Illum, il-Gvern Awstraljan qieghed iwissina biex inkun "Alert" mhux "Alarmed" u biex nirrapurtaw kull haga suspettuza. Il-biza' ta' attakk kontra l-Awstralja huwa reali. It-terrorizmu huma ghadu misterjuz. Huwa ghadu ferm iktar perikoluz minn gwerra konvenzjonali. Ma hemmx modi assigurati li bihom tista' tiddefendi ruhek kontra attakki terroristici. Id-dinja maghquda flimkien, tista' telgheb dan il-fenominu tal-biza' li hakimna.

Kif ghidna kemm il-darba minn dawn il-kolonni, mhux facli li jkun hawn paci u kalma jekk ma tinstabx soluzzjoni ghall-ikrah konflitt kontinwu tad-dinja, jigifieri dak bejn il-Palestinjani u l-Lhud.

Il-11 ta' Settembru 2001 jibqa' ghalhekk jum imfami fid-dinja u jum li mhux se jintesa' qatt. Ghadna jiem ohra li nibqghu niftakru bhal 11 ta' Novembru, is-7 ta' Dicembru 1941 meta l-Gappunizi attakkaw Pearl Harbour, 6 ta' Gunju 1944 -D-Day u sintendi is-6 ta' Awissu 1945 meta l-bomba atomika splodiet fuq Hiroshima.

Id-dinja li nghixu fiha minn dejjem kienet xhud ta' atti vjolenti, kemm jekk fi gwerrer iddikjarati u anke f'xi sahna tal-mument minn xi fanatici kemm minn naha u kemm min ohra.

Illum sintendi, l-ghadu sar iktar sofistikat, iktar determinat u ghandu ghad-dispozizzjoni tieghu armi ferm iktar qerrieda. Izda ferm iktar min hekk, it-terroristici jirbhu dejjem ghax jirnexxilhom ixerdu biza' fostna, qabel ma jaghmlu uzu mill-armi distruttivi taghhom.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.