It-Tnejn, 22 ta' Settembru, 2003     
      

Ahbarijiet mill-Awstralja
ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

Kif dejjem nuri minn dawn il-kolonni, l-Awstralja hija pajjiz enormi. Hija kontinent ta' 7,682,300 sq km u 24 darba ikbar mill-British Isles. Ghalhekk, mhux dejjem facli li nkunu nista' nigbor l-ahbarijiet minn kull parti ta' dan il-kontinent fejn tferrxu l-Maltin. Naghti kull hajr lill-gazzetta nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja, The Maltese Herald u siehbi Lino Vella, l-editur, li jhallini naghmel uzu mill-hafna kuntatti li ghandu biex inkun nista' nferrex l-ahbarijiet mill-komunita' Maltija 'l barra mill-Awstralja, kemm f'Malta u mad-dinja, kollha permezz ta' l-internet.

   
Minn South Australia

 Illum immorru ghalhekk lejn l-iStat ta' South Australia fejn inzammet gurnata kulturali Maltija b'rabta' mal-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen organizzata ghal hdax- il darba mill-kumitat ta' l-istess isem fil-parrocca tal-Holy Trinity f'Para Hills South Australia.

Kienet gurnata ta' kiesh (13 deg) izda kienu hafna dawk, specjalment Maltin minn Birzebbuga li attendew ghall-quddiesa tal-festa li giet iccelebrata mill-kappillan tal-parrocca, Fr Peter Monopoli.

Il-knisja kienet imezejjna ghall-okazzjoni u rajna wkoll il-vara l-gdida ta' San Pietru, replika tal-vara li hemm fil-knisja ta' B'Bugia liema vara intbaghtet lejn South Australia mill-Banda San Pietru ta' B'Bugia. Il-vara tqeghdet ukoll fuq bradella gdida, mzejjna b'kull xorta ta' fjuri mghotija b'donazzjoni mill-benefatturi.
 
Il-vara intrefghet mir-rapprezentanti tal-klabbs Maltin bhal Maltese Seniors Citizens, Maltese Community Radio, St Peter Festa Group u St C
atherine Society ta' SA u emigranti Maltin minn Birzebbugia. Il-vara harget b'purcissjoni mill-knisja fost il-kant ta' l-innu ta' San Pietru, d-daqq tal-qniepen u marci u l-hsejjes tal-murtali, sintendi permezz ta' cassette recorder biex kollox isir skond it-tradizzjoni u l-kultura taghna l-Maltin. Wara l-purcissjoni, kulhadd mar fis-sala li kienet imzejna ghall-okazzjoni. Kien hemm ukoll ikel Malti. Ta' min jghid li l-fundaturi ta' din il-festa huma Emmanual u Gejtana Grima.
 
Minn Canberra
 Il-hatra ta' Gvernatur Generali fl-Awstralja kienet ilha ezaminata taht il-lenti minhabba l-kwistjoni tahraq li nqalghet dwar il-Gvernatur Generali, l-eks Arcisqof Peter Hollingworth. Dan il-GG kellu jirrizenja wara akkuzi serji li kien jaf li kellu qassisin jabbuzaw mit-tfal meta kien Arcisqof ta' Brisbane. Jidher issa li t-tensjoni li kien hawn ikkalmat wara r-rizenja ta' Hollingworth u l-hatra gdida tal-Major General Michael Jeffery. Dan l-eks suldat ta' 65 sena, veteran tal-Gwerra ta' Vjetnam kien diga Gvernatur ta' Western Australia (1993-2000). Huwa nghatha l-gurament tal-hatra fis-Senate Chamber tal-Parliament f'Canberra. Ghal din ic-ceremonja kien hemm prezenti r-rapprezentant tal-Gvern Malti fl-Awstralja, l-ET Dr Ivan Fsadni u martu Rita li aktar tard attendew ghar-riceviment ta' l-okkazjoni fejn gew ipprezentati lill-Gvernatur Generali l-gdid.
 
Minn Western Australia
 L-isem ta' Reno Aquilina huwa maghruf ferm fost il-Maltin ta' dan l-iStat tant li dan l-ahhar onorawh b'okazzjoni specjali li dejjem hadem fosthom. Ix-xoghol komunitarju ta' Reno Aquilina hafna drabi kien konness mal-Maltese Association ta' W.A. Fost dawk li marru jaghtuh gieh kien hemm Felix Calleja ta' 82 sena wiehed mill-membri originali ta' l-Ghaqda u eks President. Joe Calleja, illum mejjet u Fr Cini, illun jinsab f'Toronto, Canada kienu fundaturi tal-Maltese Settlers Association, l-isem originali tal-Maltese Association of WA.
 
Kien hemm prezenti ukoll John Enriquez, il-Konslu Onorarju, Dr A.V Sciberras, l-President tal-Maltese Professional and Business Assocaition, Louis Vink u membri ohra ta' din l-Ghaqda. Reno Aquilina gie mghoti gharfien ghax-xoghol fejjiedi tieghu ghall-hafna snin, xoghol li dejjem ghamlu voluntarjament.
 
Reno Aquilina hadem hafna wkoll biex jara t-twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali ghall-Maltin ta' l-Awstralja izda dan il-Kunsill Nazzjonali qatt ma gie stabbilit ghalkemm il-mexxejja Maltin ta' Western Australia dejjem kienu minn ta' quddiem biex din il-holma ssehh.
 
Minn Melbourne
 Jesmond Grixti ( ritratt) huma kompositur tal-muzika li fil-prezent qieghed jispicca Ph.D fil-komposizzjoni mill-Universita ta' Melbourne. Hafna mix-xogholijiet tieghu diga' qeghdin jigu mfittxa u qed ikunu inkluzi f'hafna avvenimenti muzikali f'din il-belt ta' l-Awstralja.
 
F'Melba Hall dan l-ahhar, smajna wahda mix-xogholijiet tieghu "String Quartet" waqt li l-Melbourne University Choir kantaw "Gejja l-Banda" waqt kuncert f'Osmond Chapel. Xogholijiet ohra tieghu gew ipprezentanti mill-Melbourne University Orchestra. Darbtejn fis-sena, l-Universita' taghzel studenti eccezzjonali biex jaghtu l-kontribut taghhom waqt kuncert fil-Melbourne Town Hall u x-xoghol ta' dan il-Maltin gie maghzul ghal din is-sena.
 
Ix-xahar ta' Settembru se jara wkoll ix-xoghol ta' dan il-brillanti kompositur Malti bhala parti mill-Asian Music Festival ghax ir-"Recorder Quarter" tieghu se jigi nterpretat fil-belt ta' Tokyo, l-Gappun mid-Dutch Malle Symen Quarter wara stedina specjali mill-kumitat esekuttiv Gappuniz.
 
Jesmond Grixti qieghed jiddedika x-xoghol tieghu lil Mrs Janatha Stubbs li, l-Fundazzjoni taghha qed jaghti l-appogg generuz ghax-xogholijiet ta' dan il-Malti.

 
Minn NSW
 Fit-8 ta' Settembru, l-Ghaqda Kulturali Maltija ta'NSW tonora persuna bl-ghotja tal-Premju Kulturali. Dis-sena l-unur mar-ghand l-istoriku Mark Caruana li jidher hawn jircievi t-trofew minn ghand Charles Mifsud, il-President ta' l-Ghaqda Kulturali (fuq ix-xellug) f'Lejla Letterarja li saret fic-Centru La Valette fi Blacktown NSW. Jidher ukoll Adrian Caruana, iben ir-rebbieh. Dwar Mark Caruana ktibna fil-harga tal-gimgha l-ohra.

Due to web space restrictions this image has been removed
030922_pic1.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
030922_pic2.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
030922_Fsadni.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
030922_JesGrixti.jpg

Due to web space restrictions this image has been removed
030922_Premju.jpg

 
Mill-istampa
 Il-gurnal ta' nhar ta' Hadd, Il-Mument, li huwa l-vuci tal-Partit Nazzjonalista ta' Malta inkluda artiklu f'forma ta' kritika kontra l-gurnal nazzjonali ta' kull gimgha tal-Maltin fl-Awstralja. F'dawn l-ahhar gimghat f' The Maltese Herald qrajna hafna ittri lill-editur dwar dan l-attakk li deher f'Malta fis-17 ta' Awissu 2003. The Maltese Herald gabet dan l-artiklu kontriha kelma b'kelma, fil-harga tat-2 ta' Settembru u sintendi fl-istess harga wiegbet ghal dan l-attakk ukoll. The Maltese Herald tas-16 ta' Settembru 2003 kompliet f'dan l-editorjali:-

 

The Maltese Herald

 
 Mewga ta' simpatija
 

 Meta tkun ilek tmexxi gazzetta ta' kull gimgha ghal 43 sena shah tidhra tassorbi l-kritika, kemm dik kostruttiva u anke' dik bla sugu jew kif jghid l-Ingliz, below the belt. Il-kritika li dehret kontra taghna fil-gurnal tal-Partit Nazzjonalista "Il-Mument" irnexxilha turina bic-car li ghad hawn minn jarana bhala xewka fis-sinsla ta' darhu.
 
Anke wara 43 sena ta' pubblikazzjoni kontinwa, ghad hawn min irid johnoqna ghax dawn it-talin jafu sewwa li jekk johonqu ghal kollox lehen The Maltese Herald ma jkun hawn hadd izjed fl-Awstralja min jista' jiqfilhom. Ma jkun hawn hadd li jista' jikkritikom.
 
Sfortunatament, dawn huma l-persuni li dejjem jippruvaw juru wicc b'iehor. Dawn huma l-persuni li dejjem jaghtu fuq sidirhom u jippritkaw l-imhabba u l-ghaqda, dejjem jahilfu li ma ghandhom l-ebda vina politika f'gisimhom.
 
Huma dawn it-talin li hafna drabi huma perikoluzi. Dawk li fil-miftuh ghadhom il-kuragg tal-konvinzjoni politika taghhom, trid tammirhom. Dawk li jinhbew wara haddiehor, dawk li jafu biss inassu u jinqdew b'haddiehor, dawk li jitfghu l-gebla u jahbu idejhom, dawn huma l-veru ghadu.
 
Dawk li ma joperawx fil-berah izda wara l-bibien maghluqa. Dawn huma n-nies li zammewna ankrati mhux mas-snin sittin izda ma' kultura ta' imhuh maghluqa li jahsbu li ghandhom xi ntelligenza superjura izda fil-fatt huma nies bla kuragg, nies bla sinsla.
 
L-ahhar attakk kontrina irnexxilu wkoll jghaqqadna iktar. Kellna hafna telefonati ta' appogg, kellna hafna ittri u emails ta' nkuraggament, kellna f'kelma wahda mewga ta' simpatija mhux ghal dan l-attakk biss izda ghaz-zmenijiet difficli li ghaddejjna minnhom dawn l-ahhar tlett snin.
 
Izda kif jghidu, wara l-maltemp jigi l-bnazzi u lil dawk li kienu qeghdin jahsbu li The Maltese Herald se twarrab, se tispicca nghidulhom li ahna ghadna hawn u iktar ma tikkritikawna u iktar ma' tnassu u tikkonfofaw kontrina iktar taghmluna kuragg.
 
Ghadna hawn u nibqghu noffru spazju lil kulhadd ghax ahna nafu sewwa l-missjoni taghna. Naf u li ahna l-uniku gurnal nazzjonali tal-Maltin fl-Awstralja u allura ghandna d-dmir li nkunu l-vuci ta' kulhadd.
 
Lil dawk li dejjem igergru, nghidulhom biex jekk ghandhom xi balla fuq l-istonku taghhom johorguha fil-berah. F'din il-gazzetta dejjem issibu refugju. Ahna qatt ma ccensurajna lil hadd. Qatt ma' ccensurjana artikli politici ghax kienu kontra dak li nemmnu fih ahna. Dawn l-affarijiet isiru b'sobgha kbira fil-mezzi tal-kommunikazzjonijiet, gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet tat-TV ikkontrollati assolutament mill-partiiti politici f'Malta.
 
Jekk iridu jattakkawna ghax jahsbu li mhux qeghdin nuru bilanc politiku jridu l-ewwel ikunu puri. Jekk veru u b'sincerita' jridu s-servizzi ahjar iridu jaghtuna daqqa t'id. Ahna ma' ghandniex ir-rizorsi nfiniti tal-partiti politici f'Malta li meta jridu l-flus ghal xi kampanja jew ohra johorgu l-appelli fuq il-mezzi ghad-dispozizzjoni taghhom u jfawwru bwiethom.
 
Ahna l-anqas ghandna t-tmexxija f'idejna tal-pajjiz u allura nkunu nistghu nwizznu lil dawk li jersqu lejna. Le, ahna gazzetta ta' komunita' liema komunita' qed tikkumbatti biex ittawal is-siegha tat-tmien taghha. F'dan l-ambjent ghandna bzonn ferm iktar ko-operazzjoni milli attakki f'livell baxx minn dawk li dejjem applikaw dak il-qawl Malti, "jew nilghab jew inhassar".

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.