| Delegazzjoni
tal-kummerc ghal Malta |
|
|
|
Dan l-ahhar,
l-Australia-Maltese Chamber of Commerce habbru li se
jibghatu Malta delegazzjoni kummercjali. L-oggettivi
tad-delegazzjoni se jkunu fost l-ohrajn li l-Kamra
tal-Kummerc Maltija-Awstraljana tkompli trawwem in-negozju
bejn l-Awstralja u Malta. Id-delegazzjoni se tistudja l-investimenti
diretti u l-formazzjoni ta' partnerships biex neguzjanti
minn din naha tad-dinja jkunu jistghu jilhqu swieq fl-Ewropa
u l-Afrika ta' Fuq.
Skond ma qalli Alfred Fenech, ufficjal ezekuttiv tal-AMCC,
id-delegazzjoni se tkun maghmula minn madwar tmien neguzjant
Malti-Australjan, li tinkludi l-istess ufficjal ezekuttiv u
l-President tal-AMCC, Emmanuel Pisani. Se jkun hemm ukoll
Paul Zammit, li fi zmien kien Membru Parlamentari kemm Statali u
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030915_FenechAlfred.jpg |
|
|
Alfred
Fenech |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030915_METCO.jpg |
|
|
Id-delegazzjoni mill-Metco li zaret Sydney fl-2000 |
|
|
|
wkoll Federali
u wiehed mill-aqwa
esperti fit-teknologija,
Sydney JP Borg tal-kumpanija PCS ta' Granville NSW.
Qalli
wkoll li din id-darba, id-delegazzjoni se tiffoka aktar dwar
il-possibilita' ta' negozju mal-Libja ghax meta, f'April
2004, Malta tidhol fis-suq Ewropew jistghu jinfethu hafna
opportunitajiet godda. Gew ghalhekk riservati granet shah
ta' diskussjonijiet ma' neguzjanti mill-Libja li se jigu
Malta apposta biex jiltaqghu mad-delegazzjoni.
Il-mawra f'Malta ta' dawn id-delegati se tkun mit-13 sas-17
ta' Ottubru izda whud mid-delegati wrew l-intenzjoni li
jibqghu Malta ghal xi zmien wara.
Din mhix l-ewwel darba li l-AMCC baghtet delegazzjoni lejn Malta jew
irrangat ukoll biex negozjanti Maltin jigu
|
|
|
l-Awstralja. Fil-fatt, din
se tkun it-tieni delegazzjoni tal-AMCC minn
Sydney li ser izzur Malta. L-ewwel delegazzjoni marret
fl-1999. Minn Malta gew zewg delegazzjonijiet. Wahda
mill-Maltese-Australian Chamber of Commerce fl-1998
u l-ohra mill-METCO fl-2000.
Alfred Fenech OAM, BA, JP (ritratt), li huwa espert
fin-negozju bejn Malta u l-Awstralja ilu hajtu kollha
jipprova jkabbar in-negozju bejn iz-zewg pajjizi u x-xoghol
tieghu f'dan il-qasam huwa ferm apprezzat. Huwa kellu
posizzjonijiet gholja hafna ma' l-AustTrade, l-entita'
Federali ghan-Negozju tal-Gvern Awstraljan fejn hadem
maghhom ghal 30 sena shah. Huwa dejjem kien ta' siwi kbir
ghar-rapprezentanti tal-Gvern Malti fl-Awstralja f'dan
il-qasam tant li fl-1998 gie mahtur Konslu Onorarju
(Kummerc) mal-Konsulat Generali f'NSW. |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Zwieg specjali |
|
|
|
Dan
veru kien zwieg li trawwem fil-komunita' attiva ta' Sydney. Pauline
Calleja, wahda mill-iktar tfajliet ta' talent fil-komunita' taghna
inghaqdet fis-sagrament taz-zwieg ma' Matthew Fenech fil-Knisja
Kattolika ta' Our Lady Queen of Peace, Greystanes. Ic-celebrant kien
Fr Benedict Sant MSSP. Il-geneturi ta' Pauline huma Charles u Lucy
Calleja minn Pendle Hill waqt li l-geneturi ta' l-gharus huma Marion
u Joseph Fenech minn Cecil Park.
Lucy Calleja hija l-Principal ta' l-Iskola tal-Malti f'NSW u Joseph
Fenech huwa nkarigat mill-purcissjoni tradizzjonali tal-Gimgha
l-Kbira li ssir kull sena f'Horsley Park. L-gharus u l-gharusa huma
t-tnejn bandisti ma' Our Lady Queen of Peace Maltese Band u t-tnejn
huma attivi ferm fil-komunita' Maltija ta' Sydney. Ir-riceviment sar
fil-Manadvilla Hall Horsley Park. Huwa sejrin ghal honeymoon fi
Queensland. Nawguraw hajja felici lil dawn il-mizzewwgin friski li
jidhru fir-ritratt ma' Katharine Fenech (Matron of Honour) u Nathan
Fenech (best man). |
|
|
Due to web space
restrictions this image has been removed
030915_Pauline.jpg |
|
|
| |
|
|
| |
|
Il-Festival Kulturali ta'
Melbourne |
| |
|
Kull
sena f'Melbourne, il-Maltese Community Council ta' Victoria
jipprezenta 16-il jum ta' spettaklu kbir hekk imsejjah Festival
Kulturali Malti. Il-President tal-MCC ta' Victoria, Edwidge Borg
qalet lil ghall-Istat ta' Victoria dawn il-jiem huma bhal
riflessjoni f'mera tal-kultura u t-tradizzjoni li zviluppaw tul
is-snin u li gew imharsa tajjeb u ccelebrati mill-Kunsill Malti.
Il-President
qalet li f'dawn il-jiem jispikka t-talent Malti, specjalment
bil-participazzjoni fic-Children Art & Craft Workshops tat-tfal
li qeghdin jitghallmu l-Malti fl-iskejjel. L-istorja wkoll tigi
mghotija importanza taghha. Ikun hemm ukoll is-sehem ta'
l-Ghannejja Maltin kif ukoll varjeta ta' ikel Malti.
Fit-8
ta' Settembru fic-Centru Malti ta' Parkville giet mfakkra l-Festa
tal-Bambina b'quddiesa mill-Isqof Joseph Grech u Fr Denis
Carabott. Dan il-festival jintemm b'celebrazzjoni u purcissjoni
fil-knisja ta'St Mary Star of the Sea li jorganizzaw l-MSSP u
l-Ghaqda Reskeon.
Ikun
hemm ukoll l-Final Concert fic-Centru Malti. Il-membri
tal-kumitat 2003 huma: Joseph Borg, li huwa l-President
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030915_MusactFest.jpg |
|
|
Mix-xellug ghal-lemin, naraw lil Carmen u Bob Sercombe MP,
il-President tal-MCC ta' Victoria,
Edwidge Borg flimkien ma' Charles u Victoria Muscat minn
Canberra ACT
fir-riceviment tal-ftuh ufficjali tal-Maltese Festival 2003. |
|
|
|
ghall-ewwel darba, Marlene Xerri, Edwin Baldacchino, Chev
Joe Attard, Lillian Calleja, Jacinta Portelli, Maria Cilia,
Manwel Cassar, Joe Portelli, George Colvin u Amie Cardona. |
|
Tinghata
ghajnuna wkoll minn Helen Vassallo, Andrew Xerri, Freddie
Axiak, Ray Anastasi, Annamaria Borg u Fredu Cachia.
Il-kumitat jirringrazzja ukoll lil George Saliba. |
|
|
| |
|
|
|
|
| |
|
The
Maltese Herald |
|
X'qalet The Maltese Herald,
il-gazzetta ta' l-emigranti Maltin fl-Awstralja, l-gimgha l-ohra:
|
|
Infakkru t-8 ta' Settembru |
|
F'April
tas-sena 2004, Malta Repubblika se ssir membru shih ta'
l-Ghaqda Ewropeja (EU) skond ir-rieda tal-poplu Malti
meta fir-referendum tas-sena l-ohra ivvota b'52-48% ghal
din il-Ghaqda. Il-poplu Malti ddecieda u f'pajjiz
demokratiku, l-maggoranza dejjem tirbah. Ghalhekk
mil-lum il-quddiem l-istess poplu Malti ghandu iktar
jghozz u jiftakar f'dawk il-grajjiet storici u f'dak
il-wirt li jaghti l-identita' lill-poplu taghna.
It-tmienja
ta' Settembru, barra li jfakkarna fit-twelid
tal-Madonna, l-festa tal-Bambina, huwa jum ta' l-iktar
gieh fl-istorja taghna l-Maltin imxerdin mad-dinja. Huwa
jum li jfakkarna f'zewg grajjiet li ahna u d-dinja
kollha jaraw fil-poplu Malti l-qlubija u l-fedelta' lejn
il-fidi tieghu.
F'dan
il-jum, niftakru fl-Assedju l-Kbir ta' l-1565 meta
l-Maltin u l-Kavallieri ta' San Gwann irnexxilhom
ikaxkru 'l barra mix-xtut taghna l-qawwa ta' l-Imperu
Ottoman. Niftakru wkoll meta fit-8 ta' Settembru 1943,
il-flotta Taljana telqet mill-portijiet ta' La Spezia u
Genoa biex tmur Malta u ccedi fil-bajja ta' San Pawl
il-Bahar wara tlett snin ta bumbardament kwazi kontinwi
minghand l-ghadu
Nazista u Faxxista li kienu ghamlu herba minn pajjizna.
Huma
hafna minnha l-emigranti li ghadhom jiftakru dawn
iz-zmenijiet. Il-maggoranza ta' l-emigranti wkoll
trabbew bl-Otto Settembre bhala l-uniku Jum Nazzjonali.
U ghal giehna, l-Gvernijiet Maltin ghogobhom iziedu
erba' festi nazzjonali ohra. Iz-zewg assedji li niftakru
b'tant kburija kienu wkoll ta' valur kbir ghall-kumplament
tad-dinja ghax kemm kontra l-qawwiet tan-Nofs Qamar u
anki kontra l-iSwastika, pajjizna zghir imma qalbieni
kien parti kbira mill-raguni li dawn l-ghedewwa gew
imxejjna fin-nahat tal-Mediterran. |
|
Onesta' Politika |
|
F'dawn
l-ahhar gimghat, Pauline Henson mhux talli baqghet il-habs
izda tfacca hafna tbghabis u manuvrar ta' kemm il-partiti
l-kbar haddnu u stinkaw biex jingassawha mill- hajja
politiku ta' l-Awstralja. Izda l-iktar storja li kien fiha
x'wiehed joghmod kienet dik li Tony Abbott, membru
tal-Partit Liberali organizza
slush fund
taht l-isem ta'
"Australian for Honest Politics" biex iservi ta' arma ghal
dawk li riedu jinvestigaw legalment il-Partit One Nation.
Hija tassew ironija li dawn il-fondi jigu mghotija l-isem
ta' ONESTA fil-POLITIKA meta ghadhom friski f'mohhna l-episodju mudlam tal-vapur Tampa, l-kaz
tac-children overboard
u l-gideb u l-esegerazzjonijiet biex
ikkonvincuna li ghandna nibaghtu liz-zghazagh taghna
jiggieldu fl-Iraq ma' l-Amerikani u iktar ricenti dwar
il-kaz tal-kumpanija Ethanol u l-PM John Howard.
Forsi ma rridux nieqfu hawn u naghtu harsa ukoll lejn
in-naha l-ohra bil-mewt tas-Senatur Mal Colston. Hawn ukoll
l-onesta politika ibbrillat. Is-Senatur Colston kisirha bl-ahrax
mal-ALP fl-1996 ghax ma' offrewlux appogg biex
isir Deputat President tas-Senat. Telaq mill-ALP, u dlonk
ivvota mal-Liberali biex dawn setghu ibighu terz mill-gid
ta' Telstra. Wara gie akkuzat li bghabas l-allokazzjoni
Parlamentari tieghu ta' allowance ghall-ivjaggar. Il-kaz
tieghu qatt ma rifes l-ghatba tal-Qorti ghax dan is-Senatur
kien marid serjament u fil-fatt miet ta' 65 sena fil-25 ta'
Awissu.
Ikun ferm tajjeb jekk Tony Abbott u shabu l-politici
Awstraljani mhux biss jintroducu fondi biex jiddefendu l-onesta
politika izda biex jipprattikawha kontinwament u b'kuxjenza
safja. |
|
|
|
|
|
|
|