| Unur
misthoqq lil Mark Caruana |
|
|
|
Kull sena,
l-Ghaqda Kulturali Maltija ta' NSW taghti l-Premju Kulturali,
liema premju jigi mghoti waqt serata addattata fil-Jum
Nazzjonali Malti tat-8 ta' Settembru. Ghas-sena 2003, dan l-unur
prestiggjuz inghata lil Mark Caruana (ritratt) li hu maghruf
sewwa mal-qarrejja ta' din il-Pagna mill-Awstralja. Meta kellimt
lil Mark, propju ftit mumenti biss wara li sar jaf li gie
onorat, qalli li kien sorpriz bl-unur ghax hafna mix-xoghol
tieghu huwa fil-qasam tal-welfare u l-edukazzjoni, u r-ricerka
fl-istorja ta' l-emigrazzjoni bikrija hija biss delizzju.
Izda Mark Caruana,
emigrant ta' 57 sena mwieled tas-Sliema huwa sinonimu ma'
l-istorja ta' l-emigrazzjoni lejn l-Awstralja. Jahdem
fis-skiet u b'determinazzjoni. Illum ir-ricerka tieghu hija
mfittxa sewwa.
Fl-1973, huwa wasal
l-Awstralja u mill-ewwel sahhruh l-esperjenzi ta'
l-emigranti bikrin ghax dawn kienu wisq differenti minn
tieghu, fattur li qanqal fih interess specjali biex ikun
jaf ghaliex.
Mark Caruana qalli
"maz-zmien l-interess tieghi fl-istorja ta' dawn
il-pijunieri kiber minn xi haga li sahhritni ghal
thassib serju li l-esperjenzi u l-istejjer umani marbuta
ma' l-avventuri u s-sogru tal-pijunieri jistghu jigu
mitlufa
ghal kollox ghall-generazzjonijiet futuri. Kien hemm bzonn
ghalhekk ta' operazzjoni ta' salvatagg biex jigu dokumentati
u rekurdjati l-mumenti storici ta' biki, ferh, trijonf,
dieqa, izolament u fuq kollox, qlubija liema bhala, li saret
sinonima ma' l-emigranti Malti".
Fil-mixja lejn l-orizzonti
storici, Mark Caruana kien iltaqa' ma' Tony Apap, emigranti mill-Fontana, Ghawdex li gie
|
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030908_CaruanaMark.jpg |
|
 |
|
l-Awstralja fl-1916, il-perjodu doloruz maghruf bhala l-Maltin ta' New Caledonia sa kemm
fl-1983 kien l-instigatur tal-kommemorazzjoni tac-Centenary
of Organised Migration from the Islands of Malta, okazzjoni
unika li saret f'Sydney Opera House.
Huwa
hadem spalla ma' spalla ma' George Griffiths u flimkien
komplew l-istharrig u l-ezami ta' kull nitfa li skoprew.
Ippruvaw ukoll iqanqlu kuxjenza ghall-istorja ta'
l-emigrazzjoni billi ippublikaw ghadd kbir ta' artikli f'The
Maltese Herald. Dahal ukoll Dr Barry York, li kellu tahrig
formali fl-istorja. In-nixxiegha saret dulluvju; il-huggiega
saret vampa.
Maz-zmien,
Mark Caruana tghallem l-intricci kollha mehtiega ta' l-oral
history
(l-istorja minn fomm il-poplu) u f'kollaborazzjoni shiha
ma' Dr Barry York gabru 'l fuq minn 130 intervista fuq
cassette u video, ma' l-emigranti bikrin ta' qabel
it-Tieni Gwerra Dinjija.
Mark
fissirli "ara ma tahsibx li dan hu xoghol iebes biss. Nikseb
minnu sodisfazzjon kbir u ghamiltu d-delizzju ta' hajti"
Kompla jghidli li l-intervizti storici jaghtuh l-aktar
sodisfazzjon ghax juri l-wicc veru tal-pijunieri emigranti,
fejn ghandek tiskopri, li l-esperjenza umana
kollettiva ta' dawk
il-Maltin li |
|
|
|
hadmu
fil-kannamieli u dawk li hadmu x-xatt ghandha l-istess
importanza u kontribut ugwali daqs dawk li okkupaw pozizzjoni
ufficjali".
Fil-prezent,
Mark qed jahdem bi shab fuq ricerka originali ghal kollox, dik
ta' l-istorja u l-kontribut tal-Maltin fi New Zealand. Ghamel
zmien twil jahdem b'zelu u missjoni bhala
welfare officer fi hdan id-Dipartiment ta' l-Immigrazzjoni u ghadu jahdem sal-lum
bhala crisis welfare worker (part-time) mal-Family Crisis
Service ta' NSW.
Jahdem full-time
bhala Multicultural Community Information Officer
mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u Tahrig. Fi kliem iktar
semplici, ix-xoghol ta' dan il-Malti huwa li jghin
lill-ghalliema jifhmu l-kultura ta' l-immigranti u refugjati.
Huwa wkoll Community Justice Mediator.
Huwa ghamel hafna
snin bhala President tac-Centru Malti La Valette u fi 1979
dahhal ghall-ewwel darba f'dan ic-centru rikrejattiv ghotja ta'
servizzi umanitarji mill-Gvern Federali u Statali. Huwa wiehed
mill-fundaturi tal-Maltese Welfare (NSW) u l-Ghaqda Kulturali
Maltija. Hu membru wkoll tal-Past Pupils of Don Bosco NSW.
Mizzewweg li Antoinette nee Micallef minn tas-Sliema u ghandhom
tlett itfal, Adrian, Marise u Christine u ilu joqghod 30 sena fi
Blacktown NSW.
Mark Caruana huwa
l-14-il persuna li giet moghtija l-Premju Kulturali minn twaqqaf
dan l-award fl-1991. Ir-rebbieha l-ohra kienu: Joe Galea, Joseph
Darmanin, Valentine Barbara, George Chetcuti, Lino Vella, Carmen
Camilleri, Lawrence Dimech, Jim Borg, George Bartolo, Frank
Zammit, Lucy Calleja, Antoine Said Pullicino u Vince Simiana. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Sittin Anniversarju |
|
|
|
Emmanuel
Sultana mill-Furjana u Mary nee Ciancio mill-Hamrun ghalqu sittin
sena miz-zwieg taghhom meta fl-1943 izzewwgu fil-knisja ta' San
Gejtanu l-Hamrun. Bdew il-hajja mizzewga l-Hamrun u wara li kellhom
l-ewwel zewgt itfal, marru joqghodu l-Bajja ta' San Gorg, Birzebbuga
fejn damu hemm sas-sena1964 meta mbaghad emigraw ghall-Awstralja.
Xtraw l-ewwel dar taghhom f'Leichhardt NSW u ghadhom joqghodu hemm
sal-lum.
Il-koppja
Sultana ghandhom hamest itfal, Godfrey, Hubert (mejjet) Ronald,
Dennis u Alexander. Huma nanniet ta' disgha u buznanniet ta' tlieta,
u ta' tnejn ohra dalwaqt. Huma bdew ic-celebrazzjonijiet tas-sittin
anniversarju b'quddiesa ta' ringrazzjament li ghaliha attendew
uliedhom u l-familji taghhom. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030908AnnivSultana.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030908SultanaWedOld.jpg |
|
|
Emmanuel u Mary fl-1993 u meta zzewwgu fl-1943. |
|
| |
|
|
| |
|
Dwar il-marda ta' dimenzja |
| |
|
Fost
il-komunita' Maltija, specjalment l-anzjani taghna, dejjem ikollna
attentati biex ikunu iktar infurmata dwar d-drittijiet taghhom u
anke dwar sahhithom. Ghalhekk, minn zmien ghal zmien, isiru
sessjonijiet ta' informazzjoni bhal dik li giet organizzata dan
l-ahhar fic-Centru tal-Hamrun f'Marsden Park NSW. Dan il-jum ta'
informazzjoni li kien organizzat mill-Anglicare, Chesalon Aged
Services tan-nahat ta' Hawkesbury u Nepean, kien principalment dwar
il-marda tad-dimenzja. Il-kelliema ewwlenija kienet Anne Sammut li
hija l-Education Officer ma' Alzheimers Australia u hija esperta
f'dan is-suggett, fejn fissret b'sengha kbira l-kawza ta' din
il-marda, l-effetti taghha u l-ghajnuna li l-Alzheimers Australia
tista toffri li dawk mahkuma minn din il-marda.
Il-laqgha
ghall-Maltin ta' dawn in-nahat imbieghda ta' Sydney kienet immexxija
minni u kien hemm prezenti wkoll Dr George Boffa u Maria Grima
mill-Mental Health Maltese Committee; Sam Vella u Rita O'Dwyer mill- |
|
|
Due to web space
restrictions this image has been removed
030908HamrunDimentia.jpg |
|
|
| Maltese Community Council of NSW u Helen Bartlet li ikkordinat
il-jum ta' informazzjoni. Dan kien jinkludi wkoll sessjoni dwar minn
fejn tista' takkwista l-ghajnuna kollha mehtiega dwar din il-marda u
affarijiet ohra li huma rilettati maghha. |
| |
|
|
| |
|
Il-programmi bil-Malti |
| |
|
Ftit
ilu ktibt dwar il-programmi bil-lingwa Maltija fuq r-Radju SBS.
Gibduli l-attenzjoni li fil-fatt il-Maltin tilfu l-programmi ta'
kull nhar ta' Erbgha fil-ghodu. Bi zvista jien inqast li nsemmi li
Melbourne xorta zammew il-programm ta' l-Erbgha fil-ghaxija
(1900hrs). Dan ifisser li fuq dan l-istazzjoni tal-Gvern Federali,
l-Maltin ta' Melbourne ghandhom total ta' 8 sieghat fil-gimgha u ta'
Sydney ghandhom 5 sieghat biss fil-gimgha. |
|
|
|
|
|
|
| |
|
The
Maltese Herald |
|
X'qalet The Maltese Herald,
il-gazzetta ta' l-emigranti Maltin fl-Awstralja, l-gimgha l-ohra:
|
|
Qajmet il-kunxjenza politika
Awstraljana |
|
|
|
Il-maggoranza
tal-poplu Awstraljan, inkluz il-Prim Ministru Awstraljan
John Howard, kienu tal-fehma li s-sentenza ta' tlett snin
prigunerija ghal Pauline Henson kienet wahda eccessiva. Din
il-mara li tant attirat attenzjoni fil-kamp politiku giet
misjuba hatja flimkien ma' David Ettridge li qarrqu
lill-Electoral Commission ta' Queensland meta rregistraw
il-partit One Nation. Wara l-elezzjoni Statali tal-1998, One
Nation gie moghti $500,000 bhala
electoral
re-imbursement.
Skond il-ligijiet ta' l-Istat ta' Queensland, il-Qorti sabet
lil Henson u Ettridge hatja b'att ta' frodi kriminali.
Huma
t-tnejn kienu rregistraw il-partit One Nation meta ma
kellhomx il-500 membru li ghandhom bzonn skond il-ligi
elettorali ta dak l-Istat. Il-partit One Nation
konsegwentament ikkontensta l-elezzjoni u rebah 11-il siggu
fil-Parlament Statali u gabu iktar 400,000 vot.
Il-guri
ta' 12-il persuna fil-Qorti Distrettwali sab li la One
Nation ma' kienx irregistrat legalment ma setghux
jikkontesta l-elezzjoni u ghalhekk il-$500,000 kisbuhom
b'qerq.

Ma
setghax jonqos li din is-sentenza kienet u ghadha fuq fomm
kulhadd. Veru li min jikser il-ligi ghandu jsofri l-konsegwenzi
izda s-severita'
tas- |
|
sentenza f'dan il-kaz kienet esegerata ghax wara kollox
Henson u Ellridge ma pprofittawx direttament minn din
is-somma.

Pauline
Henson tfaccat fil-kamp politiku meta dahlet fil-Liberal
Party fl-1995 u harget ghad-distrett Federali ta' Oxley izda
l-Liberali ssospenduha ghax ghamlet kummenti kontra l-Aborigini.
Harget bhala Indipendenti u rebhet Oxley bi swing favuriha
ta' 23%. Qajjment kjass kbir meta fl-ewwel diskors taghha
fil-Parlament Federali qalet li l-Awstralja qed tigi mahnuqa
bl-Asjatici.

Fl-1997 gie iffurmata
Pauline Henson One Nation Party minn David Ettridge u David
Oldfield. Sena wara, rebhu 11-il post fil-Parlament Statali
ta' Queensland. F'Ottubru 1998, Henson ikkontestat u tilfet
postha fil-Parlament Federali meta harget ghal Blair.
Fl-1999, One Nation tnehhiet mir-registru bhala partit u
immedjatament l-Electoral Commission bdiet proceduri biex
tiehu lura l-$500,000 li hallsitilhom.
Fl-2001, One Nation rebah 3 siggijiet fil-Parlament ta'
Queensland. Fl-2002, Henson irrizenjat bhala President ta'
One Nation. L-ahhar attentat politiku ta' Pauline Henson
kien meta ippruntat ghal NSW Upper House fl-elezzjoni ta'
2003 u ma telghetx. |
|
Pauline Henson ma
kienet mara intellettwali izda dak li kellha tghid qalitu
car u tond, qalet dak li l-partiti il-kbar dejjem bezghu
jistqarruh. Ghalhekk ghamlet hafna ghedewwa kemm fil-kamp
Liberali, National u Labor. Meta harget ghal Parlament,
hasdet lil kulhadd.
Attakkawha li hija
razzista u li kellha biss hafna idejat minghajr qatt ma
qalet kif ghandha ssolvihom. Kien hemm uhud li ghamlu uzu
minnha ghall-iskopijiet u idejat estremi li bdiet hiergha
bihom.
Pauline Henson
qajjmet il-kuxjenza politika ta' l-Awstralja. Mhix xi haga
kbira ghalhekk li kien hemm hafna konfoffi mill-oghla
postijiet kemm Governattivi u Politici biex jehilsu minnha.
Illum tinsab il-habs, maqfula qisa xi kriminali.
Din il-gazzetta ftit
li xejn qablet mal-politika ta' One Nation izda jekk il-ligijiet
Awstraljani se jitfghu l-habs lill-politici ghax ma jghidux
is-sewwa jew ghax iqarrqu, allura rridu nkunu konsistenti
u naqflu lill-maggoranza ta' dawk li jmexxuna politikament
fl-ikbar habs ghall-weghdiet li ma jzommux, u ghall-gideb
u l-esegerazzjonijiet li kontinwament jippruvaw ibellghuna. |
|
|
|
|
|