It-Tnejn, 1 ta' Settembru, 2003     
      

Ahbarijiet mill-Awstralja
ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Maltin fix-xena ta' l-ispettaklu
   

 F'din il-pagna kemm-ildarba ktibt dwar il-Maltin li ghamlu isem fil-qasam ta' l-ispettaklu fl-Awstralja. Huwa hafna dawn l-artisti li mhux biss spikkaw izda tant ghamlu success li jistghu jigu msejjha bhala superstars f'dan il-kontinent. Ghalkemm xi whud minn dawn l-artisti ma twieldux f'Malta izda huma ta' demm Malti, ta' dixxendenza Maltija. Kemm -il darba semmejt lis-soprana, Amelia Farrugia. Fil-prezent qed tiehu sehem fil-parti ta' Eurydice f'Orpheus in the Underground fl-iState Theatre f'Melbourne. Ingnatius Jones, li kien responsabbli mic-ceremonji tal-ftuh u l-gheluq ta' Sydney 2000 Olympic Games li qed jidderigi l-produzzjoni kellu tifhir lejn Amelia Farrugia u qal li hija "sexy and sassy" u ddiskriviha bhala attrici fi stil ta' bejn Gina Lollobrigida u Marliyn Monroe. Minn naha l-ohra Amelia issa titkabbar f'binha, Ben ta' 14-il xahar u tghid li hi iktar ferhana ghax saret omm, minkejja li Ben hu xi ftit imqareb.
 

Fost il-hafna successi nsibu wkoll xi ahbar hazina. Il-kummidjanti brillanti, Shaun Micallef li rnexxilu jakkwista program regulari "The Micallef Show" fuq n-Network Nine, stazzjon ewlieni kummercjali, liema program kien sar ferm popolari, f'daqqa wahda dan is-show gie mwaqqaf meta nbidlet l-iskjeda tal-programmi. Ir-raguni mghotija kienet dik li dan il-programm ma rnexxilux jattira bizzejjed telespettaturi fil-hin kompetittiv tad-9.30 pm, kull nhar ta' Tlieta.

 

Ghalkemm Adam Scicluna ilu jkanta professjonalment ghal sena biss, diga rebah l-JOK Encouragement Award. Dan sar waqt ic-ceremonja tal-MO Awards. Fl-istess    waqt  huwa gie nnominat ukoll bhala   l-ahjar   "Male Vocal Performer" tas-sena.

F'artiklu li deher fis-Sydney Morning Herald, il-vici tieghu giet diskritta bhala wahda li ghandha tigi nnutatha sew. Adam qalilna li l-hajra ghal muzika wiritha minn missieru, George Scicluna minn tas-Sliema, li kellu banda tar-rock&roll.

Huwa studja l-kant ghal hames snin u akkwista wkoll Baccellerat fl-Edukazzjoni u diploma fil-Public Performance. Dam  sitt snin  jghallem l-Ingliz u d-drama. Ha parti f'madwar 25-il produzzjoni ma' kumpaniji ta' dillettanti u rebah ukoll xi talent quests. 

 

Kemm ilu li qaleb bhal karriera professjonali kanta bhala solista f'hafna okazzjonijiet fosthom fl-Opera House ta' Sydney, ir-Riverside Theatre ta' Parramatta u l-Hills Centre. Kien parti wkoll mill-Michael Crawford Shows NSW Tour u kanta f'hafna klabbs madwar NSW.
 
L-isem Michael Falzon sbroffa fix-xena ta' l-ispettaklu f'Melbourne meta dan il-Malti rebah l-unur li jinterpreta l-parti ta' Galileo fil-muzikali "
We will Rock You" ta' Ben Elton & Queens li qed isir fir-Regent Theatre f'Melbourne.
 
Falzon deher fil-films
Computer Boy u f'xi episodju ta' Xena: Warrior Princess. Huwa qal qalbu bdiet thabbat sitta sitta meta kellu jidher fi prova fil-presenza tal-kitarrista Brain May u d-drummer Roger Taylor u Elton John biex gie maghzul ghal din il-parti mportanti. Michael Falzon kellu jkanta kanzunetti li kitbu huma fil-prezenza taghhom stess.
 
Grant Galea huwa talent iehor Malti-Awstraljan. Tant hu bravu, li minhabba li jkanta u jixbah lil Dean Martin, kanta f'Las Vegas u qala' tifhir minn Nancy Sinatra. Izda ta' 36 sena, Galea mhux biss jimmita'u jkanta izda huwa wkoll attur ta' esperjenza. Deher fl-Ensemble Theatre, fis-soaps u fuq hafna programmi ta' varjeta fuq it-TV. Galea qalilna li kien ikanta fil-party tan-nanna tieghu meta agent teatrali ndunaw li ghandu vuci u personalita' ta' Dino tant li gie mghoti l-parti ewlenija f'Dean Martin & Jerry Lewis Tribute li dar mal-klabbs kollha fl-Awstralja.
  
Troy Cassar-Daley huwa wiehed mill-aqwa kantanti "
country & western" fl-Awstralja. Rebah hafna unuri u huwa mfittex hafna. Dan l-ahhar gie mghoti l-midalja tal-Millenju ghall-kontribut tieghu fil-kamp tal-muzika. Missieru huwa Malti u ommu Aborigina. Maghdud bhal "superstar" fil-qasam tieghu.

 
 
 Is-Slimizi jiccellebraw
 

 Veru li l-futball f'Malta diga beda stagun iehor izda s-Slimizi ta' NSW, ghalkemm ftit tard xorta iddecidew ir-rebh tal-kampjunat ta' l-istagun l-iehor b'Dinner Dance li sar fis-sala tal-kumpless tal-Parramatta Melita Eagles FC. Skond ma qaluli s-Slimizi kellhom sala mimlija ghalkemm ammettew li mhux kollha kienu minn tas-Slieama izda ma kienx hemm dubju li kulhadd ha pjecir u ddeverta' ghar-rebha tal-kampjunat tas-Sliema Wanderers. Kien hemm ikel tajjeb u Vince Bezzina ha hsieb il-kant u muzika.
 
F'din l-istess sala jsiru hafna funzjonijiet simli, l-ahhar li saret kienet il-festa tal-Hibernians FC meta kienu tar-Rahal il-Gdid li rebhu l-kampjunat. Ghalkemm il-President tal-Melita

 

Eagles FC Tony Azzopardi huwa Hamruniz, izda ahna l-Hamrunizi ma bbukjajniex il-Hall ghal din is-sena.

Skond ma' qaluli l-organizzaturi, George Ellul u Victor Sammut, il-qligh din id-darba mar kollu ghal Parramatta Melita Eagles FC li skond l-ahhar rapporti jidher li ghamlu hafna progress u l-problemi finanzjarji li kellhom jidher li naqsu hafna u se jiffaccjaw l-istagun 2003/4 Summer Soccer mhux b'tim ta' pljers li huma stilel izda b'tim ta' zghazagh. Il-Melita habbru li ffirmaw hames players mis-sena l-ohra u diga akkwistaw ukoll ghadd ta' players ohra. Izda kif qalli Tony Azzopardi "ma hemmx izjed neguzjar mal-plajers jew jilaghbu taht il-paga preskritta u fissa jew imorru jftixxu banda ohra"

 

Il-partitarji u hbieb tas-Sliema Wanderers li attendew ic-celebrazzjoni.

 
 

The Maltese Herald

X'qalet The Maltese Herald, il-gazzetta ta' l-emigranti Maltin fl-Awstralja, l-gimgha l-ohra:
 

 Sistema kollha toqob, sistema fi krizi

  

 Ma hemm l-ebda dubju li l-Gvernijiet Statali u l-Gvern Federali qeghdin jilghabu loghba ferm perikoluza mas-sahha tal-poplu f'dan il-pajjiz. Ma hemm l-ebda dubju wkoll li f'dan l-aspett tant importanti tal-hajja taghna, dahlet il-mishuta politika partiggjana. Niftakru li fl-Awstralja ghandna fil-Federali, l-Gvern tal-Liberali/National immexxi minn John Howard u fl-Istati l-ohra kollha ghandna Gvernijiet Laburista.
 
Il-Gvernijiet Statali qeghdin jghidu, u l-poplu zgur li jaqbel maghhom li s-sistema tas-sahha f'dan il-pajjiz qed tiffaccja sfidi kbar minhabba popolazzjoni li dejjem qed tixjieh u l-krizi l-ohra kemm fil-bulk billing u anke fl-ispjess li dejjem qed jisplodu fil-kura tas-sahha.
 
Fil-prezent ghandha battalja papali bejn il-Gvern Federali u dak ta' l-Istati. Il-Gvern ta' Howard qed jalloka zjieda ta'17% biss fin-nefqa ghal hames snin (madwar $42 billjun) li gejjin waqt li l-Gvernijiet Statali qed jitolbu mill-inqas zjieda ta' 27% biex ikunu jistghu izomm l-ispiza li ghandhom. Il-Prim Ministru sfida lill-Gvernijiet Statli li jekk verament huma kkoncernati fuq l-istat hazin tas-sahha ghandhom ipoggu flushom bl-istess rati li qieghed jissussidjhom il-Gvern Federali.

 

Waqt li l-politici taghna qeghdin jilletikaw, is-sistema tas-sahha qed tmur lura bhal granc.
  
Iktar tobba qeghdin jghidu li ma jistghux ikompli jmexxu l-klinici taghhom minhabba l-ammont mizeru li jaghtihom il-Gvern u ghalhekk hafna tobba qeghdin johorgu mill-bulk billing taht is-sistema Medicare b'detriment ghal-fqir u l-maghkus. Sa kellna tobba li introducew sistema li jekk meta tmur ghal kura thallas iktar, tiehu prijorita' fuq dawk li jhallsu biss bis-sistema tal-bulk billing.
  
L-Awstralja ghandha wkoll nuqqas serju ta' tobba, dan minhabba, fost problemi ohra, li l-Ghaqda tat-Tobba Medikali poggiet kundizzjonijiet stretti wisq biex tipprotegi l-monopolju tat-tobba lokali tant li anke tobba minn Malta ghandhom sal-lum mhux facli li jistghu jigu jipprattikaw fl-Awstralja.
  
Kull min f'dawn l-ahhar zmenijiet, ipprova jmur ghal xi kura fin-naha ta' l-emergenza ta' xi sptar pubbliku nduna bil-konfuzzjoni u frustrazzjoni li sab quddiemu. Mhux xi haga rari li tmur ghal din il-kura u ssib ma wiccek dewmien ta' hames jew sitt sieghat. Dawn in-nahat ta' emergenza huma ffullati z-zejjed tant  li  pazjenti  li  qeghdin jaslu bl-ambulanzi    f'xi     mumenti    jkollhom

 

jistennew sa 12-il siegha sa kemm jigu mdahhla.
  
Il-Gvernijiet Statali qed jakkuzaw lill-Gvern Federali li mhux qed johorgu flus bizzejjed biex jipprovdu nursing home care ghal dawk il-pazjenti anzjani li ma ghandhomx ikunu fl-isptarijiet izda fin-Nursing Homes.
  
Hemm kritika li l-kullegii mhux qed jittrenjaw bizzejjed tobba biex jidhlu fis-sistema waqt li l-kullegi qed jakkuzaw lill-Gvernijiet Statali li mhux qed jigu mghotija flus bizzejjed. Tassew kaz iehor fejn il-hmar iwahhal f'denbu.
  
Fejn taqbad taghti rasek? Nafu biss li ghandna sistema kollha toqob, sistema li hija fi krizi, sistema li ma tistax iktar tibqa' bhala l-vittma' ta' polemika politika bejn il-Gvern Federali u dak ta' l-Istati.
 
Il-poplu Awstralja li jhallas il-levy biex ikollu sistema ta' sahha adekwata mhux kuntent. Qed jitlob azzjoni, qed jitlob bi dritt li s-sistema tal-bulk billing tigi mharsa ghal dawk li ma jifilhux, ghall-pensjonanti u ghall-foqra. Qed jitlob ukoll facilitajiet ahjar fejn il-marid b'emergenza jigi kkurat malajr u b'efficjenza. Jekk il-Gvernijiet prezenti se jkomplu jillatikaw u jargumentaw, il-marid se jibqa jsofri.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.