| Taqliba
kbira f'Wollongong |
|
|
|
George Bartolo,
l-persuna l-iktar sinonima mal-komunita' Maltija fl-inhawi ta'
Wollongong, li ghal dan l-ahhar 40 sena kien b'xi mod jew iehor
fit-tmun ta' l-ghaqda George Cross Falcons iddecieda li ma
jergghax jikkontesta l-posizzjoni ta' President fl-ahhar laqgha
annwali generali li saret fic-centru stess li din l-ghaqda
ghandhom f'Lake Avenue Cringila NSW.
Fl-ahhar rapport tieghu lill-membri, George Bartolo (ritratt)
semma li ghalkemm il-kumitat sejjah zewg laqghat specjali ghall-membri
u matulhom spjega bir-reqqa l-posizzjoni prekarja li tinsab fiha
l-Ghaqda xorta ma' nbidel xejn u xorta l-Maltin ta' Wollongong
ma' humiex jaghmlu l-ebda sforz biex l-ghaqda tkompli u c-Centru
jibqa' miftuh.
Huwa semma wkoll il-proposta li saret fl-ahhar laqgha li kienet
taghmel appell lill-membri biex jaghtu donazzjoni ta' $50 jew
iktar, biex johorgu lill-ghaqda mill-krizi finanzjarja li tinsab
fiha. "Din spiccat fix-xejn" qal George Bartolo "ghax tlett
membri biss hargu $50 kull wiehed u l-istess membru li ghamel
il-proposta l-anqas hu stess ma ghamel kontribut finanzjarju".
Dwar il-proposta l-ohra kienet li jinkera l-bar. George Bartolo
qal li b'dan il-mod ic-Centru jista' jitilfu l-indipendenza
tieghu u biex tikri il-bar trid tikrieh b'min ta' l-anqas $300
fil-gimgh biex idahhal l-ispejjes u taghmel xi haga zghira
tal-qliegh ghal xi spejjes li jistghu jinqalghu. Ic-Centru ilu
li nbena 35 sena u spejjes ta' mantuntanza qed jikbru.
George Bartolo semma li hu baqa dejjem jahdem biex jara kif igib
l-Ghaqda l-quddiem. |
|
|
Hu semma kif wara hafna tahbit sab
insurance
bi hlas aktar moderat milli kien instab qabel, ghamel kuntatt ma' kumitat
tan-nisa mill-Ukraine biex forsi jibdew jiltaqghu darba
fil-gimgha matul il-gurnata fic-Centru u jibdew ihallsu l-kera.
Huwa rranga appuntament mad-Dipartiment ta' Age and
Disablility, u dawn se jigu biex jispezzjonaw ic-Centru. |
|
|
Due to web
space restrictions this image has been removed
030825_BartoloGeorge.jpg |
|
|
|
Hemm possibilita' li jkunu jridu jaghmlu xi alterazzjonijiet
specjalment fit-toilets bi spejjes ghalihom u jibdew jaghmlu
uzu mic-Centru, meta ma jkunx miftuh. B'hekk jibdew dehlin
flus mill-kerjiet u jinholqu opportunitajiet tajbin li dan
ic-Centru jkun jista' jkompli jibqa miftuh.
Chris Micallef, l-eks tezorier, spjega li ghalkemm l-Ghaqda
u c-Centru ghadhom sejrin izda l-posizzjoni finanzjaraj ma
hi soda xejn. Hu ta' spjegazjoni dettaljata kemm qeghdin
jidhlu flus u fejn qeghdin jintefqu.
Wara s-soltu diskorsi amministrattiva saret l-elezzjoni
annwali ghal dis-sena u gie elett dan il-kumitat gdid.
President George Bajjada
Segretarja Barbara Bajjada
Tezorier Lennie Fenech
Membri tal-kumitat John Grech, John Wicker u Moses Muscat.
Il-kumitat suppost ikun ta' disa' imma sitta biss kienu
lesti li johorgu ghall-pozizjonijiet li kellhom jintlew.
Wahda mill-problemi li ghandu quddiemu c-centru tal-George
Cross Falcons f'Cringila hi li l-bicca l-kbira tal-Maltin
ta' Wollongong, f'dawn l-ahhar snin kollha xterdu u marru
joghqodu lejn Shelharbour, u jidher li ghalkemm kulma trid
25 minuta bil-karozza biex tiffrekwenta c-centru, jsibuha bi
tqila biex jigu.
L-eks President, George Bartolo qal li fil-fehma tieghu l-membri
tal-Klabb u l-komunita' Maltija ta' Wollongong ingenerali
biss tista isalva lill-klabb "ghax jekk nibqghu sejrin
bl-apatija li waqajna fiha, l-qerda ta' dan il-monument li
bnejna ahna se nkunu ahna stess li neqirduh".
George Bartolo spicca billi irringrazzja l-kumitat li kellu
mieghu ghas-sapport u dedikazzjoni li tawh u lil dawk il-membri
li b'xi mod ghejnu lill-klabb f'dawn l-ahhar tnax il-xhar. |
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030825_GeorgeCrossClub.jpg |
|
|
Ghadd ma'
membri tal-George Cross Falcons Club
f'wahda mill-laqghat li kellhom. |
|
|
|
|
|
|
|
|
Il-Hamrunizi fl-aqwa taghhom |
|
|
|
Il-festa ta' San
Gejtanu fl-Awstralja tigi ccelebrata bil-kbir f'zewq
lokalitajiet. F'NSW il-festa ma ghadhiex tigi celebrat
fil-knisja u n-nahat ta' St Patrick's fi Blacktown izda qed isir
kompletament fic-Centru spazjuz li l-Hamrunizi ghandhom
fis-subborg ta' Marsden Park fejn dan l-ahhar inbniet ukoll
kappell fejn tinazamm l-istatwa tal-qaddis patrun. Dis-sena
it-temp ukoll kien favurihom u mijjiet ta' Maltin honqu c-centru
biex jattendu ghall-quddiesa specjali minn Fr B. Sant MSSP li
ghamel ukoll il-panegirku fuq San Gejtanu.
Fil-festi ta' barra kien hemm prezenti l-banda Maltija, Our Lady
Queen of Peace li daqqet marci brijjuzi u akkumpanjat l-istatwa
waqt il-purcissjoni. Fl-ahhar kien hemm is-soltu loghob tan-nar
waqt li fis-sala kompla l-brijju mal-kantant Malti, Vince
Bezzina.
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030825_Hamrun2.jpg |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030825_Hamrun1.jpg |
F'Melbourne, fejn kif ghidna ftit gimgha ilu l-festa tigi
organizzata mis-Socjeta, San Gejtanu hija mferxa fuq tlett
ijiem. Insibu li l-festi ta' gewwa jsiru fil-knisja ta' Santa
Teresa f'Essendon. Din is-sena, li kienet l-25 anniversarju tal-festa
kellhom bhala mistiedna specjali minn South Australia, Maltese
Queen of Victories Band SA Inc. u l-kantant maghrufa Malti minn
Sydney, Joe Galea.
Irnexxili nakkwista zewg ritratti fejn naraw l-istatwa tal' San
Gejtanu fit-toroq ta' Melbourne dis-sena, u l-brijju tal-Hamrunizi
jxejjru l-bandieri homor u suwed waqt l-kuncert li jsir wara li
tispicca l-purcissjoni f'St Theresa School Hall Essendon fejn
kien hemm ukoll Mario Sammut, DJ Moods Music. |
|
| |
|
|
| |
| Protesti
kontra Stazzjon tar-Radju |
| |
|
F'dawn l-ahhar
xhur il-Maltin ta' Melbourne u Sydney ipprotesta bil-qawwi
specjalment b'ittri lill-editur li dehru fuq The Maltese Herald,
il-gazzetta nazzjonali li tohrog fl-Awstralja ghall-Maltin ghax
l-istazzjoni Special Broadcasting Service (SBS) naqqsilna
program ta' siegha shiha li kien jinstema' kull nhar ta' Erbgha
min-nofs-in-nhar sas-siegha.
L-SBS huma maghruf ahjar fl-Awstralja bhala l-istazzjon etniku
ghax ixandar b'68 lingwa. Huwa l-uniku xandar fid-dinja li huwa
multikulturali u multilingwista. Kull sena dan l-istazzjoni
jipproduci 15,000 -il siegha ta' programmi
language specific.
Ilu jxandar mill-1975. Dan l-istazzjoni u siehbu l-SBSTV huma
propjeta tal-Gvern Federali Awstraljan.
Fuq dan l-istazzjon, fil-bliet principali ghandna dawn
il-programmi. F'Melbourne kull nhar ta' Tnejn (darbtejn),
it-Tlieta, l-Hamis, l-Gimgha, s-Sibt u l-Hadd, siegha kull
darba. F'Sydney il-programmi bil-Malti jinstemghu t-Tnejn,
it-Tlieta, l-Hamis u s-Sibt. Hemm ukoll programmi nazzjonali
(ma' l-Awstralja kollha) li jinstemghu nhar ta' Hadd u nhar ta'
Tlieta.
L-SBS nehhew il-programmi li kellna nhar ta' Erbgha. Kemm
il-Kunsill tal-Komunita' Maltija ta' Victoria
u kemm ta'
|
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030825_SBS.jpg |
|
|
maghruf jekk dawn il-protesti kellhomx xi rizultati posittivi.
Din mhix l-ewwel darba li l-mannara' waqghet fuq il-programmi
Maltin, komunita' li hija kkunsiderata' bhala wahda li dejjem
qed tonqos.
Fl-Awstralja wkoll ghandna hafna immigranti godda li qeghdin
jaslu bl-eluf mill-pajjizi Asjatici u ohrajna refugjati li qeghdin jitolbu spazju |
|
|
mhux biss fuq ir-radjijiet tal-Gvern izda mill-hafna ghajnuniet ohra li l-Gvern Federali jaghti
lil dawk li jkunu ghadhom jaslu f'dan il-kontinent. Jigri
ghalhekk li dawn il-gruppi etnici godda jidhlu
f'kompetizzjoni diretta mal-komunitajiet antiki bhal Maltin
li, l-Gvern illum jikkunsidera bhala "komunitajiet stabbili."
Irridu nghidu wkoll li l-komunita' Maltija barra l-programmi
ta' l-SBS Radio ghandhom programmi ohra mtella' minn
stazzjonijiet tal-komunita' li ma ghandhomx xejn x'jaqsmu
mal-Gvern izda huma ssusidjati mill-komunitajiet etnici
stess. |
|
|
|
| |
|
|
| |
|
The
Maltese Herald |
|
Minn din il-gimgha 'l
quddiem se nibdew ingibu dak li jkollha xi tghid The Maltese Herald,
l-uniku gazzetta ta' kull gimgha ghall-Maltin fl-Awstralja.
|
|
Suldat
bhala l-24 Gvernatur Generali ta' l-Awstralja |
|
|
|
|
|
|
|