It-Tnejn, 18 ta' Awissu, 2003     
      

Ahbarijiet mill-Awstralja
ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

 Burokrazija zejda
   

 Maltin-Awstraljani li jakkwistaw il-passaport Malti mill-ufficcju tal-Kummissjoni Gholja fl-Awstralja wara li jibaghtu corma ta' dokumenti li jigu mitluba, qeghdin isibu li fil-fatt l-applikazzjoni taghhom ghall-passaport u cittadinanza doppja ma jfissru xejn meta dawn imorru Malta.
 
Zewg persuni b'kazi partikulari li tkellimt maghhom, qaluli li meta applikaw ghall-passaport Malti minn Canberra, kienu taht l-impressjoni li l-applikazzjoni taghhom kienet tfisser li ghandhom id-dritt u qeghdin jigu ezaminati wkoll bhala applikanti ghac- cittadinanza doppja.
 
Wara li  jipprezentaw   kull  dokument   mitlub   lilhom  mir-rapprezentanti tal-Gvern Malti (li jigu minn Malta apposta bi gradi ferm gholja) id-dokumenti jigu ezaminati b'reqqa kbira  biex jigi zgurat id-dritt taghhom skond il-Kostituzzjoni ta' Malta.
 
Izda dan kollu xejn ma jiswilhom. Jidher li l-Gvern ta' Malta mhux qed jirrispetta d-decizjonijiet mill-istess nies li jibghatu huma stess f'Canberra f'ambaxxata li tqum lill-poplu Malti eluf kbar ta' liri kull sena.
 
Meta dawn il-Maltin mill-Awstralja jinzlu Malta, friski b'passaport li jkun mahrug minn idejna dawn l-istess ufficcjali governattivi Maltin f'Canberra, u jmorru biex japplikaw f'Malta ghal xi licenzja tas-sewqan jew karta ta' l-identita', dawn jigu mitluba jmorru f'Misrah Kastilja biex jakkwistaw certifikat li juri li fil-fatt ghandhom tassew cittadinanza doppja.
 
Minghajr dan ic-certifikat, il-Malti-Awstraljan ma jista' jaghmel xejn avolja b'passaport validu u b'timbru frisk frisk ta' l-istess Gvern Malti.
 
Din il-burokrazija tibbrilla meta tiftakar li dawn l-emigranti jkunu diga` pprezentaw l-istess dokumenti f'Canberra ftit gimghat qabel. F'pajjizhom Malta jigu mitluba l-istess dokumenti halli ssir il-verifika forsi ahjar, iktar intensiva, forsi iktar bir-reqqa.

 

Dawk fl-ufficcju tac-Cittadinanza f'Malta jidher li ghandhom l-istruzzjonijiet taghhom. Il-Maltin ta' l-Awstralja jghidulhom u jinsistu maghhom li dawn id-dokumenti diga` gew ezaminati mill-istess kollegi taghhom f'Canberra u ghalhekk ma gabuhomx maghhom Malta u wisq izjed minn hekk hadd ma qalilhom b'dan il-process. Mill-gdid ghalhekk ikollhom imorru jiggerrew il-belt u jikkomunikaw ma' l-Awstralja biex jakkwistaw mill-gdid id-dokumenti.
  
Din is-sitwazzjoni ilha hafna snin tezisti u ghalhekk irrid naghmilha car li mhux qed nipprova nitfa' dell ikreh fuq dawk li fil-prezenti jinsabu f'Canberra jirrapprezentaw lill-Gvern Malti.
  
Ghad li ilhom snin jilmentaw dwar b'din il-burokrazija goffa, dawk li jinzlu lura mill-Awstralja b'passaport gdid fjamant mahrug minn Canberra, l-ufficju tac-Cittadinaza f'Misrah Kastilja jkompli jitlob li jinhareg dan l-imbierek certifikat. Mhux haga kbira li hemm xi aspett "legali" rari u mistur li jiggustifika dan l-iskomdu kollu ghall-Maltin-Awstraljani.
  
Ninsab cert li llum fil-Kummissjoni Gholja Maltija f'Canberra hemm ambjent ferm ahjar li jista' jifhem li dawn l-iskomodi zejda applikati mal-Maltin ta' l-Awstralja (jista' jkun ma' xi cittadini Maltin li jghixu f'pajjizi ohra) hemm bzonn li jigu ezaminati mill-gdid taht lenti iktar gusta u prattika.
 
Wiehed jistenna li dan l-imbierek certifikat ikun jista' johrog mill-kancellerija ta' Malta f'Canberra biex b'hekk ma jkunx hemm iktar giri fil-vojt, strapazz u burokrazija zejda.

 
 
 Imorru f'bini iehor
 

 L-ufficcju tal-Konsulat Generali ghal Malta fi NSW li bhal issa jinsab f'York Street Sydney se jmur post iehor fl-ahhar ta' dan ix-xahar. Ghalkemm il-lokal prezenti ghandu access mill-aqwa ghall-Maltin li joqoghdu f'Sydney ghax jinsab bieb u ghatba mas-Sydney Town Hall u ezatt ma' genb l-istazzjon tal-ferrovija izda jinsab f'bini tassew qadim u mhux addatt ghar-rapprezentanza Maltija f'dan l-iStat.
 
X'aktarx li d-decizjoni biex ghal darba ohra l-ufficcju jigi allokat ghal post iehor ittiehdet minhabba li l-bini f'York Street kien nieqes mis-sigurta` mehtiega. Sirt naf li l-ufficcju l-gdid se jkun f'Elizabeth Street, kwazi kantuniera ma' King Street, u gejt assigurat li hemm access ukoll ghal stazzjoni tal-ferrovija.

 

Ir-rapprezentanza ta' Malta fi NSW bdiet fl-1951 meta kien hemm ufficcju ckejken f'King Street izda wara l-ufficcju mar f'Caltex House f'Kent Street qabel ma tibda d-dahla ghal Harbour Bridge, bla dubju l-iktar ufficcju sabieh u lussuz li qatt kellu l-Gvern Malti. Minn dan il-lokal l-ufficcju mar f'George Street fl-1972, fl-istess bini fejn kien hemm il-Phoenician Club u wara l-Gvern xtara l-propjeta`, bini ta' seba' sulari li hadet l-isem ta' Malta House.
 
Wara li regghet inbieghet Malta House, l-ufficcju spicca f'Elizabeth Street sakemm fl-ahhar tat-tmeninijiet marru fejn jinsabu illum f'York Street. Mill-1951 sa llum kien hawn 11-il rapprezentant tal-Gvern Malti f'NSW.

 
 
 It-tfal ta' l-emigranti
 

 Minn din il-pagna dejjem niehdu gost naghtu pubblicita` lit-tfal Maltin li jaghmlu success fl-Awstralja. Joseph Felice li ghandu 24 sena gie l-Awstralja mal-genituri tieghu fis-sena 1985. Studja f'Emmaus Collage Erskine Park u Marist High f'Parramatta. Fiz- zmien li attenda dawn l-iskejjel sekundarji, kien dejjem jigi l-ewwel fl-istudji tieghu, l-aktar fis-suggetti tal-physics, economics u legal studies. Joseph imbaghad mar l-Universita' ta' Sydney (UTS) u spicca l-kors kollu. Is-sena l-ohra, minn din l-Universita` kiseb Bachelor of Business (with credit) u Bachelor of Laws (with honours).
  
Baqa' jistudja u ma' din il-lawrija zied ohra, dik ta' graduate diploma in legal practice. Ghalhekk Joseph kiseb lawrija doppja, u ta' dan haqqu prosit tassew. Fix-xoghol tal-ligi, Joseph kiseb esperjenza prattika ma' l-avukat Malti, Tony Vella ta' Parramatta, u jaf jitkellem sewwa bil-Malti.
  
Minbarra l-istudju tieghu, Joseph jahdem mas-St George Bank, l-aktar fit-taqsima ta' l-internet banking. Dilettant hafna tat-touch football, ir-rugby league u anki cricket. Il-genituri ta' Joseph huma Charlie u Antonia Felice li ghandhom tifla ohra, Catherine, li akkwistat Bachelor of Business is-sena l-ohra.
  
Charlie   Felice   huwa    l-proprjetarju   ta'   l-agenzija   ta'   l-

 

ivjaggar, Malta Travel, f'Pendle Hill. Qalli li jinsab ferhan li ibnu kiseb lawrija ohra meta rahal twelidu, Hal Qormi, qed ifakkar bil-kbir ic-centinarju tal-parrocca taghhom. Omm Joseph, Antonja, hija wild iz-Zebbugin, u zijuh George Felice, huwa s-superjur tas-Socjeta` tal-MUSEUM f'Rooty Hill NSW.

 
 
 Manwel, Manwel

  

 L-Ghaqda Kulturali Maltija ta' NSW tahdem bi shih biex trawwem u tkattar il-kultura Maltija f'dan l-iStat b'hafna modi. Ghandhom kor li jkantaw bil-Malti, gruppi ta' tfal u zghazagh ikantaw u jizfnu zfin tradizzjonali Malti. L-Ghaqda Kulturali bir-ragun kollu tiftahar li hija wahda mill-iktar socjetajiet Maltin li taghti appogg shih kemm finanzjarju u anke morali lill-Iskola tal-Malti.
 
F'dawn l-ahhar snin dahlu wkoll fil-qasam teatrali biex ipprezentaw ir-rock opera "Gensna" u anke rock opera ohra simili "1919" produzzjonijiet ta' Eddie Busuttil u bl-ghajnuna ta' l-Ghaqda Teatrali Maltija "Ic-Cittadini".
 
Ghal Novembru ta' dis-sena, l-Ghaqda Kulturali dahlu biex jipproducu u jipprezentaw il-produzzjoni ricenti, "Manwel Manwel,  il-bandiera  tal-Maltin"  li ftit snin ilu giet ipprezentata

 

 

fl-imwaqqgha Opera House fil-Belt Valletta bhala parti minn lljieli Mediterranji.
 
Din mhux xi produzzjoni facli specjalment meta f'din in-naha tad-dinja hafna mill-atturi u kantanti, specjalment it-tfal, m' humiex daqstant familjari mal-lingwa Maltija u l-facilitajiet l-ohra huma skarsi wkoll.
 
L-ghazla ta' l-atturi ilha li saret u qieghed ukoll isir it-tahrig mehtieg. Ghalkemm l-organizzaturi qatt ma jsibuha facli biex ittellghu produzzjonijiet bhal dawn izda dejjem isir sforz kbir biex dawn il-grajjiet tant importanti fl-istorja ta' Malta ma jintesghu qatt. Il-palk jew ahjar it-teatru tal-popolin huwa metodu effettiv biex l-istorja tigi mhux biss rispettata izda mghallma sewwa. F'dawn in-nahat tad-dinja, dawn il-produzzjonijiet jiswew mitqlu deheb biex izommu hajja wkoll il-lingwa Maltija.

  
  
 Ghax-xjuh Maltin
 

 Kwazi sena ilu kont ktibt fuq l-izvillup kbir li kien qieghed isir f'St Dominic's il-progett ghax-xjuh li jmexxu s-sorijiet Dumnikani ta' Malta fi Blacktown NSW. Hawn hekk is-sorijiet Maltin barra li ghandhom djar tax-xjuh li toffri kenn u kura ghal 50 persuna, li kienet infethet ufficcjalment fil-11 ta' Mejju 1986 ghandhom ukoll il-kunvent taghhom. Il-kunvent kien ilu f'Pendle Hill ghal 23 sena izda fl-1988 marru fejn huma llum, f'Blacktown.
 
Dan ir-ritratt juri l-
Mulitpurpose Hall li giet mibnija esklussivament ghall-uzu tar-residenti tad-dar bi spiza ta' madwar tliet miljun dollaru u giet miftuha ufficcjalment mill-Prim Ministru ta' Malta, Dr Eddie Fenech Adami fil-11 ta' Awissu 2002.
 
Is-sorijiet Dumnikani Maltin ghandhom kumpless ghax-xjuh ukoll, Rosary Home f'Keilor Downs f'Victoria.

 

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.