| Kangaroos u hsara |
|
|
|
Meta
nasal wasla sa Malta u nizel l-Marsa hdejn hbiebi ta' l-Union Press
nigi mghoti merhba ftit jew xejn differenti. "Ara l-kangaroo" jew
"ara ta' l-Awstralja rega' gie jarana." Insomma l-Awstralja u
l-kangaroos huma sinonimi. Ghalkemm jien ninsiti u jirnexxili
nikkonvincihom li jien mhux Malti ta' l-Awstralja izda Malti bhalhom
u daqshom izda tal-kangaroo tibqa' ghaddejja.
Dan l-ikona Awstralja li kulhadd jiddentifika ma' l-Awstralja qed
tikkawza b'kemm jiswew $A16-il miljun hsarat fil-karozzi kull sena,
fl-Awstralja.
Skond stharrig li hareg dan l-ahhar instab li l-hsara li jikkawzaw
l-annimali fi hbit mal-karozzi lahqet it- total ta'$A12-il miljun u
tlett kwarti minn din il-hasara hija htija tal-kangaroos. F'dawn
l-ahhar tnax il-xahar kien hemm 11,000 sewieq li wahhlu fil-hsarat
lil garbu ma' hbit ma' kanagaroos. Kull hsara qamet bejn wiehed u
iehor $3,000.
Wara l-kangaroos, l-iktar hsara li jaghmlu fil-karozzi huma l-klieb,
il-qtates u il-baqar. Ghalhekk jidher li s-sewwieqa fl-Awstralja
ghandhom ferm iktar perikoli quddiemhom specjalment f'dawk it-toroq
twal u monotoni. Skond l-istharrig, fix-xitwa huwa l-iktar zmien
meta dawn l-annimali johorgu bil-lejl.
Jien zgur li wara din l-istorja se jkunu hafna dawk li se
jispezzjoni l-karrozza wara li nzurhom fil-Marsa. Jew forsi jkolli
nzomm iz-zjarat tieghu ghal fil-ghodu fis-sajf! |
|
|
|
|
|
|
|
Klassijiet tal-Malti |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030811_HPAll clases MLS5.jpg |
|
|
Ma
nixba qatt nikteb dwar il-klassijiet tal-Malti f'din in-naha
tad-dinja. Ninnota kemm huma herqana u determinati dawk li jridu
jitghallmu l-lingwa u jsiru jafu iktar dwar il-kultura Maltija.
Nammira wkoll l-isforzi kbar li qed taghmel l-Iskola tal-Malti li
hija parti mill-Maltese Community Council ta' NSW biex tmexxi
klassijiet f'diversi subborgi ta' Sydney meta f'NSW id-distanzi huma
enormi.
Ftit gimghat ilu gibtilkom ritratt tal-klassi ta' l-adulti, illum
akkwistajt ritratt iehor ta' ghadd ta' klassijiet flimkien li jsiru
fis-subborg ta' Horsley Park fil-punent ta' Sydney. Kif dejjem
ninsisti minn din il-pagna dawn il-klassijiet ghandhom jigu mghotija
ferm iktar inkuraggiment mill-Gvern ta' Malta. Dawk li jmexxu dawn
il-klassijiet jinsistu li mhux qed jitolbu karita' izda jridu jaraw
lill-Gvern jew dawk l-intraprizi Maltin li qeghdin jaghmlu hafna
negozju mal-komunitajiet Maltin biex jidhlu shab bis-serjeta u fuq
bazi kontinwa f'dan l-attentat biex il-kultura Maltija tkompli
tinfirex fl-Awstralja fejn kulhadd jaf li hemm Malta ohra. |
|
|
Ritratt juri ghadd ta' studenti li qeghdin jitghallmu l-lingwa
Maltija f'Horsley Park NSW fosthom Andrew Dimech (espert fl-IT.),
imwieled l-Awstralja li xtaq jitghallem il-Malti biex ihossu iktar
komdu waqt iz-zjara tieghu, bhal issa f'Malta.. |
| |
|
|
| |
| Il-banbiera Maltija
fi Queensland |
| |
|
Due to web space
restrictions this image has been removed
030811_LapitaPaul.jpg |
|
|
Jekk
hawn Malti li ma jitlef l-ebda opportunita' biex ixejjer il-bandiera
Maltija, dan hu Paul Lapira minn Queensland li mhux kuntent li jiehu
parti fit-tigrija annwali imsejjha Gold Coast Airport Marathom li
dis-sena kienet il-25 wahda izda talli jigri b'zewg bandieri
mdendlin ma' daru, l-bandiera tal-pajjiz fejn twieled u dik
Awstraljan u Paul Lapira meta ghandu 75 sena.
Paul li huwa mill-belt Valletta emigra lejn l-Awsrtralja mal-m/v
Misr fl-1949 u kemm ilu joqghod fil-Gold Coast sar maghruf bhala
atleta venteran eccentriku li dejjem iperpera l-bandiera Maltija
kull meta jiehu parti f'dawn l-avveniment.
F'din l-ahhar maratona li kienet imqassma f'hafna distanzi
(jigifieri li stajt tigri 24 km, 12, km, 10 km u anke timxi) hadu
sehem fiha 11.052 atleti u ghalhekk tista' tahseb |
|
|
x'impressjoni
halla Paul Lapira bil-bandiera Maltija tperpera wara daru. Huwa
qalilna wkoll li ha parti fis-sezzjoni ta' 10 km u tul il-girja gie
mghoti hafna applawsi u anke ghamel hafna hbieb tant li kif jidher
f'dan ir-ritratt spicca ma' zewg Awstraljani, Ian James u Rosemarie
O'Brien.
Paul Lapira qalilna wkoll li il-wasla tieghu fl-Awstralja issa hija
rrekurdjata ghal posterita' fil-Welcome Wall (Panel 17, Column1,
line 44). L-isem ta' Lapira u l-wasla tieghu f'April 1949 hija
mnaqqxa fil-bronz fil-Welcome Wall ta' l-Australian National Museum
f'Darling Harbour, Sydney. |
| |
|
|
| |
| Jum ghall-anzjan
fil-qalba tal-Maltin |
| |
|
Dak li l-Maltin
tan-nahat ta' Pendle Hill NSW kienu jsejjhulu l-klabb ta' l-Ghasfur
f'Old Prospect Road issa ma ghadux. Dan il-klabb ghandu rabta'
kbira mal-wasla tal-Maltin f'dawn in-nahat ghax ghal snin kbar
fil-hamsinijiet u anke qabel kien l-uniku zvog socjali
ghall-emigranti Maltin.
Dan il-klabb gie mixtri mill-Knisja Kattolika ta' Greystanes u
issa sar kumpless tax-xjuh izda hadd ghadu qatt ma' ndenja ruhu
li jfakkar il-konnessjoni ta' din il-blokka art ma' l-istorja
tal-Maltin emigranti f'dawn in-nahat.
Il-kumpless illum huwa maghruf bhala Genista Aged Care u
hemm joqghodu fih hafna Maltin anzjan fost post nies ta'
nazzjonijiet ohra. Kien xieraq ghalhekk li fost il-hafna Granet
Internazzjonali li jigu organizzat f'din id-dar biex iferrhu
lill-anzjani tigi organizzata wahda ghall-Maltin ukoll.
Kienet inizjattiva ta' Tony Borg u martu Sylvia biex tigi
organizzata Malta Day u tferrah lill-anzjani bhala Rita Piscopa,
Connie Abdilla, Frank Attard, Carmen Sultana, Joe Camilleri u
ohrajn.
Gie prreparat hafna ikel Malti u giet imtella wkoll wirja ta'
affarijiet Maltin li gabet maghha Lillian Taljana, t-tifla ta'
Connie Abdilla. Sa anke kien hemm Doris Caruana bl-ghonnella
Maltija waqt li Fred Borg ferrah bil-muzika tieghu fuq
il-keyboard. Kien jum ta' nostalgija, ferh u divertiment ghal
dawk l-anzjani li jghixu f'dan il-kumpless u prosit ghandu jmur
lil Tony (tad-deheb) Borg li hadem ferm biex giet organizzata
gurnata la Maltija ghall-anzjani taghna. |
|
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030811_DarXjuh2.jpg |
|
| |
L-anzjani flimkien ma' membri
tal-familja taghhom. |
| |
|
Due to web space restrictions this image has been removed
030811_DarXjuh1.jpg |
|
| |
Xi anzjani li jinsabu jghixi fil-kumpless, Genista Aged Care. |
|
|