| Kemm hemm Maltin
fl-Awstralja? |
|
|
|
Jekk fl-Awstralja
trid tkun taf dwar l-istorja ta' l-emigrazzjoni minn Malta jew xi
statistici, l-ahjar li tmur tkellem lill-habibi Mark Caruana. Hekk
ghamilt din il-gimgha u Mark kien gentili li wiegeb ghal ghadd ta'
mistoqsijiet dwar il-Maltin fl-Awstralja.
Kemm kien l-ghadd totali ta' Maltin imwielda Malta skond
ic-censimenti ta' 1981, 1991 u 2001? |
|
Sena tac-Censiment |
Maltin imwielda Malta |
|
1981 |
57,001 |
|
1991 |
53,858 |
|
2001 |
46,980 |
|
|
|
Jidher car li f'perjodu ta' 20 sena (1981-2001), il-komunita Maltija
fl-Awstralja naqset b'total ta' 10,000 ruh. Mis-snin tmenijijiet
sallum, l-emigrazzjoni minn Malta ghall-Awstralja hadet rotta
differenti u n-numru totali beda jonqos kull sena, minn eluf ghal
mijiet, u f'dawn l-ahhar snin ghall-anqas minn mitt emigrant f'sena
wahda. Illum, ghall-Awstralja mank jemigraw 60 Malti f'sena wahda.
Biex wiehed japprezza kif l-emigrazzjoni ghall-Awstralja llum saret
haga tal-passat, jehtieg li wiehed jaghmel paragun ma' 50 sena ilu,
u jgedded il-memorja ta' meta, per ezempju fis-sena 1954, telqu
ghall-Awstralja aktar minn 10,000 emigrant minn Malta u Ghawdex. Dak
kien zmien ta' emigrazzjoni tal-massa, jew emigrazzjoni bil-goff,
fejn kull vapur li jsalpa mill-port ta' Malta kellu fuqu mhux anqas
elf emigrant Malti, minn kull rahal jew belt ta' Malta u Ghawdex.
Skond ic-censiment 2001, f'liema Stati fl-Awstralja ghandek issib
l-aktar Maltin?
L-iStat fejn hemm l-izjed Maltin imwielda Malta huwa fil-Victoria
(22,450 Malta-born). Warajh jigi NSW (18,420), imbaghad Queensland
(2,840), South Australia (1,800), Western Australia (1,800), ACT
(320), Tasmania (90) u Northern Territory (60).
Statistika interessanti hija dik ta' Western Australia u Queensland.
Filwaqt li fi Stati l-ohra, l-ghadd ta' Maltin naqas, f'dawn iz-zewg
Stati l-ghadd ta' Maltin kiber. Dan hu risultat ta' movement ta'
emigrazzjoni interna minn Stat ghall-iehor, l-aktar minn NSW u
Victoria ghal WA u Qld, fejn f'WA u Q'ld hemm hajja irhas, djar
orhos, xemx aktar u ambjent li jhajjar lil min ser jirtira.
Jekk wiehed jistudja sewwa din it-tabella, jifhem ahjar dak li rrid
infisser.
|
|
Stat fl-Awstralja |
1991 |
1996 |
2001 |
Caqliq fit-Total |
|
NSW |
25,830 |
24,289 |
22,450 |
- 2,390 |
|
Victoria |
21,526 |
20,209 |
18,420 |
- 3,106 |
|
Queensland |
2,695 |
2,792 |
2,840 |
+ 145 |
|
Western Australia |
1,070 |
1,089 |
1,800 |
+ 730 |
|
South Australia |
2,057 |
1,985 |
1,800 |
- 257 |
|
ACT |
391 |
355 |
320 |
- 71 |
|
Tasmania |
92 |
121 |
90 |
-2 |
|
Northern territory |
48 |
62 |
60 |
+ 12 |
|
TOTAL |
53,858 |
50,902 |
46,980 |
- 6,878 |
|
|
Iz-zjieda ta' Maltin fi WA hija relattivament sostanzjali.
Mic-cifra totali ta' 46,980 persuna fl-Awstralja mwielda Malta, kemm
minnhom huma rgiel u kemm nisa?
Irgiel kien hemm 24,390 u nisa 22,590. Jigifieri fis-sena 2001, ghal
kull 100 mara Maltija fl-Awstralja, hemm 108 ragel.
L-eta medja tal-poplu Malti fl-Awstralja hija ta' 56 sena filwaqt li
l-eta medja tal-poplu Awstraljan hija ta' 36 sena. Jidher car li
l-komunita Maltija qeghda kull ma tmur tixjieh. Prova ta' dan hija
l-istatistika li turi li 25% tal-Maltin fl-Awstralja ghandom 65 sena
u fuqhom, filwaqt li 59% huma bejn l-etajiet ta' 45-64.
Kemm hu l-persentagg ta' Maltin bla xoghol ?
Ghal dawk li twieldu Malta u li huma 'l fuq minn 15-il sena, il-persentagg
ta' Maltin qeghda hu ta' 6%. Dan hu anqas mill-persentagg ta' nies
qeghda Awstraljani li huwa ta' 7%.
X'inhu x-xoghol li jahdmu fih il-Maltin fl-Awstralja?
Minn cifra ta' 19,470 Maltin li jahdmu, 34% fil-mija jahdmu xoghol
li jitlob sengha (a skilled occupation), 26% li jitlob xi sengha
(semi-skilled) u 26% fejn wiehed ma jehtieg ebda sengha (unskilled).
Maltin li ghadhom kwalifiki universitarji bhal lawrija (bachelor
degree, post graduate degree) jew diploma (graduate diploma jew
advanced diploma) huwa ta' 5%.
Kemm huma dawk il-Maltin li kisbu cittadinanza awstraljana ?
Ic-censiment 2001 wera li 75% ta' dawk li twieldu f'Malta kisbu
cittadinanza awstraljana.
X'inhu t-twemmin tal-Maltin fl-Awstralja?
93% qalu li huma Kattolici, 0.9% Anglikani u 0.2% Pentekostali. Kien
hemm 1.8% li ma wegbux din il-mistoqsija; 2.2% li qalu li ma jhaddnu
ebda religjon u 2.3% li jhaddnu religjonijiet ohra.
Kemm kienu dawk il-Maltin li wiegbu li jitkellmu bil-Malti fid-dar?
59% qalu li d-dar jitkellmu bil-Malti. 38% qalu li jitkellmu
bl-Ingliz u 0.9 jitkellmu bit-Taljan u 1% jitkellmu b'ilsien iehor
li mhux il-Malti, Ingliz jew Taljan.
Kemm kienu dawk li qalu li bl-Ingliz jitkellmu ftit jew li ma
jitkellmu xejn?
10% wiegbu li ma jitkellmux tajjeb bl-Ingliz jew ma jitkellmu xejn.
Min-naha l-ohra, 88% qalu li jitkellmu Ingliz tajjeb.
L-ahhar mistoqsija hija dwar l-identita taghna. Bl-Ingliz, il-mistoqsija
kienet: What is your ancestry?
87% qalu li jiddentifikaw bhala ta' nisel Malti, 3% bhala ta' nisel
Ingliz; 2% bhala ta' nisel Malti u Ingliz u 8% ta' dixxendenza ohra
li mhix Maltija jew Ingliza.
Nota: Il-persentaggi huma mqassra ghal figura jew tnejn, jigifieri
jekk il-persentagg kien 7.2%, f'dan l-artiklu ktibtu bhala 7% biex
ma ntaqqalx il-kitba b'hafna cifri dettaljati.
Nispera li dan it-taghrif jaghtu xi hjiel ta' l-ghadd ta' Maltin
fl-Awstralja.
Nirringrazza sincerament lill-habibi Mark Caruana li ghadda wkoll
dan it-taghrif lill-qarrejja ta' din il-pagna. |
|
|
|
|
|
|
|
Il-Hamrunizi
fl-Awstralja
Ftit jiem ohra u
gewwa il-Hamrun issir l-festa tal-padrun San Gejtanu. Jien twelidt
ghad-dell tal-kapnari. Ma kienx hemm koppla dak iz-zmien. Ghalhekk
dwar San Gejtanu nikteb b'herqa kbira. Izda tghiduli x'ghandu
x'jaqsam dan ma' l-Awstralja? Iva hawn fejn halla l-karrkura x-xitan
ukoll niccellebraw il-festa ta' Gejtu taghna kemm f'Melbourne kif
ukoll f'Sydney. Il-Hamrunizi fil-fatt huma ferm organizzati ghax
f'Sydney jew ahjar f'Marsden Park NSW ghandhom lil Hamrun
Association of NSW bic-centru socjali taghhom.
Lura lejn Melbourne fejn il-festa ta' San Gejtanu dis-sena taghlaq
25 sena minn meta giet inwaqqfa. Kif qali habibi, Gejtu Deguara qatt
ma' basru li meta l-mejjet huh Pawlu u martu Carmen, it-tifla ta'
Toni l-Lafoy flimkien ma' Anthony Hili u s-surmast George Aquilina
ddecidew li jiffurmaw l-ghaqda biex jiccellebraw il-festa ta' San
Gejtanu kienet se tikber u issir wahda mill-aqwa festi tradizzjonali
Maltin barra x-xtut ta' Malta.
Il-Hamrunizi ta' Melbourne ma jaghmlux l-affarijiet b'nofs lehja.
Is-sena l-ohra kellhom mistiedna ghal brijju tal-ballu tal-festa lil
Mark Tonna u Debbie Xerri waqt li dis-sena se jgibu lill-banda
Maltija The Maltese Queen of Victories Band minn South Australia u
l-kantant Joe Galea minn NSW.
Il-festa ta' Melbourne tigi organizzata fil-granet tat-8, 9 u l-10
ta' Awissu bil-festi ta' gewwa jsiru fil-knisja ta' Santa Teresa
f'Essendon. Is-sibt isir il-ballu fil-Mirage Reception & Convention
Centre f'Somerton fejn jkun hemm madwar 600 mistiedna. Il-Hadd imbad
isir il-quddiesa u l-purcissjoni li tohrog ukoll fi Triq Florence
sal-bitha ta' l-iskola. Fil-Hall ta' l-iskola mbad ikun hemm kuncert
muzikali. Sintendi ma tkunx festa Maltija jekk ma jkunx hemm il-baned
Maltin u l-ikel tradizzjonali. |
|