It-Tnejn, 28 ta' Lulju, 2003     
      

Ahbarijiet mill-Awstralja
ma' Lawrence Dimech OAM J.P.

Dawn l-ahbarijiet jidhru wkoll fil-gurnal "l-orizzont", fil-pagna mill-Awstralja,
li tidher kull nhar ta' Tnejn.

Burokrazija sfernata?
   

 Maltin-Awstraljani li jakkwistaw il-passaport Malti mill-ufficju tal-Kummissjoni Gholja fl-Awstralja wara li jibghatu corma ta' dokument li jigu mitluba, qeghdin isibu li fil-fatt l-applikazzjoni taghhom ghall-passaport u cittadinanza doppja ma jfissru xejn meta dawn imorru Malta.
 
Zewg persuni, b'kazi partikulari li tkellimt maghhom qaluli li meta applikaw ghall-passaport Malti minn Canberra, kienu taht l-impressjoni li l-applikazzjoni taghhom kienet tfisser li ghandhom id-dritt u qeghdin jigu ezaminati wkoll bhala applikanti ghac- cittadinanza doppja.
 
Wara li jipprezentaw kull dokument mitlub lilhom mir-rapprezentanti tal-Gvern Malti (li jigu minn Malta apposta bi gradi ferm gholja) id-dokumenti jigu ezaminati b'reqqa kbira biex jigi zgurat d-dritt taghhom skond il-Kostituzzjoni ta' Malta.
 
Izda dan kollu, xejn ma jiswilhom. Jidher li l-Gvern ta' Malta mhux qed jirrispett id-decizzjonijiet lill-istess nies li jibghat huma stess f'Canberra f'ambaxxata li tqum lill-poplu Malti eluf kbar ta' liri kull sena.
 
Meta dawn il-Maltin mill-Awstralja jinzlu Malta friski b'passaport li jkun mahrug minn idejna dawn l-istess ufficjali governattivi Maltin f'Canberra, jmorru biex japplikaw f'Malta ghal xi licenzja tas-sewqan jew karta ta' l-identita' dawn jigu mitluba jmorru f'Misrah Kastilja biex jakkwistaw certifikat li juri li fil-fatt ghandhom tassew cittadinanza doppja.

Minghajr dan ic-certifikat, il-Malti-Awstraljan ma jista' jaghmel xejn avolja b'passaport validu u b'timbru frisk frisk ta' l-istess Gvern Malti.

Din il-burokrazija tibbrilla meta tiftakar li dawn l-emigranti jkunu diga ipprezentaw l-istess dokumenti f'Canberra ftit gimghat qabel. F'pajjizhom Malta jigu mitluba l-istess dokumenti halli ssir il-verifika forsi ahjar, iktar intensiva, forsi iktar bir-reqqa.
 
Dawk fl-ufficju tac-Cittadinanza f'Malta jidher li ghandhom l-istruzzjonijiet taghhom. Il-Maltin ta' l-Awstralja jghidulhom u jinsistu maghhom li dawn id-dokumenti diga gew ezaminat mill-istess kollegi taghhom f'Canberra u ghalhekk ma gabuhom maghhom Malta u wisq izjed minn hekk hadd ma qalilhom f'dan il-process. Mill-gdid ghalhekk ikollhom imorru jiggerrew il-belt u jikkomunikaw ma' l-Awstralja biex jakkwista mill-gdid id-dokumenti.
 
Din is-sitwazzjoni ilha hafna snin tezisti u ghalhekk irrid naghmilha car li mhux qed nipprova nitfa' ombra kera fuq dawk li fil-prezenti jinsabu f'Canberra jirrapprezentaw lill-Gvern Malti.
 
Ghad li ilhom snin jilmentaw dwar din il-burokrazija goffa, dawk li jinzlu lura mill-Awstralja b'passaport gdid fjamant mahrug minn Canberra, l-ufficju tac-Cittadinaza f'Misrah Kastilja jkompli jitlob li jinhareg dan l-imbierek certifikat. Mhux haga kbira li hemm xi aspett "legali" rari u mistur li jiggustifika dan l-iskomodu kollu ghall-Maltin-Awstraljani.
 
Ninsab cert li illum fil-Kummissjoni Gholja Maltija f'Canberra hemm ambjent ferm ahjar li jista' jifhem li dawn l-iskomodi zejda applikati mal-Maltin ta' l-Awstralja (jista' jkun ma' xi cittadini Maltin li jghixu f'pajjizi ohra) hemm bzonn li jigu ezaminati mill-gdid taht lenti iktar gusta u prattika.
 
Wiehed jistenna li dan l-imbierek certifikat ikun jista' johrog mill-kancellerija ta' Malta f'Canberra biex b'hekk ma jkunx hemm iktar giri fil-vojt, strapazz u burokrazija zejda.

 
 
Lejla Ikla Maltija
 

 Il-gimgha l-ohra ktibt dwar dawn l-Iljieli Maltin u semmejt dik li saret fil-Melita Hall fil-kumpless sportiv tal-Melita Stadium f'Granville NSW. Tony Borg li kien l-organizzatur ta' din il-lejla ghal Parramatta Melita Eagles FC flimkien mal-membri tal-kumitat qalli li kien hemm sala mimlija bhal balla. "Kieku s-sala kienet tesgha iktar minn 200 konna nimlew ghal darbtejn tant kemm kellna nies li riedu jigu".

Staqsejtu xi kwalita ta' ikel gie servut u dan beda jghidli li kien hemm tumpana, kusksu, purpetti tal-makku, sfineg, gbejniet friski, brungiel ahmar, bzar ahmar, tadma kapunjata, patata mollija, zebbug, fazola, xbejniet tal-bzar u hobs biz-zejt Kien hemm ukoll galletti, buskuttini; bizzejjed insomma biex tiftah l-apptit anke jekk tkun qed taqra ahseb u ara ghal dawk prezenti.
 
Kienet lejla success. Ringrazzjament specjali jmur ghal Sylvia Borg u Ronnie Grima li sajru l-ikel Malti waqt li s-Sibt fil-ghaxija kienu mghejjuna minn Louis Bigeni.
 
L-organizzatur Tony Borg kellu ringrazzjament specjali ghal dawk kollha li kienu ta' ghajnuna. Qalli wkoll li jidher li l-Melita Eagles regghu mill-gdid lura fejn kienu qabel bhala l-aqwa organizzaturi ghal dawn l-attivitajiet.

 
 
Mietet Barbara Vella
  

 Il-mewt, wara marda twila tas-sinjura Barbara Vella, (ritratt) mart Lino Vella l-editur ta' The Maltese Herald, l-gazzetta nazzjonali unika ta' kull gimgha li tohrog ghall-Maltin fl-Awstralja hasdet lill-komunita' Maltija ftit gimgha biss wara mewt ohra ta' mart li Speaker ta' l-Assemblea Legislattiva ta' NSW, l-Onor John Aquilina.
 
Barbara Vella nee Platel li kellha 72 sena twieldet Bolton l-Ingilterra, minn familja ta' seba'. Emigrat lejn l-Awstralja fl-1956 u ftit wara ltaqghet ma' Lino Vella u zzewwgu fil-katidral ta' St Mary's f'Sydney fl-1957. Huma ghandhom zewgt itfal, Paul u Annettee t-tnejn mizzewwga u hames tfal tat-tfal.
 
Barbara kellha sehem kbir fit-tmexxija ta' The Maltese Herald u dejjem hadmet spalla ma spalla ma' zewgha biex tibqa tohrog din il-gazzetta unika nazzjonali. Kienet attiva ferm fil-komunita' Maltija u serviet f'diversi ghaqdiet l-iktar bhala Segretarja ghal hafna snin tal-Melita Eagles FC Ladies Auxiliary Committee. Kienet kapacissma u mfittxa bhala segretarja legali.
 
Barbara Vella mietet fl-isptar privat ta' Baulkham Hills NSW, nhar il-Gimgha 18 ta' Lulju 2003 wara li ghal dawn l-ahhar sentejn hakmita marda, pulmonary fibrosis. Hija halliet jikbu t-telfa taghha lil zewgha Lino, lil uliedha Paul u martu Melinda u t-tlett uliedhom Kieran, Jillian u Venessa. Lit-tifla Annette li toqghod f'NZ u zewgha Ian u wliedhom Jordon u Eden.
 
Barbara Vella kienet qed tistenna bi hrara lit-tlett hutha nisa, Sheila, Estelle u Jean jaslu mill-Ingilterrra izda sfortunatament halliet din id-dinja qabel ma' waslu l-Awstralja. Il-funeral sar fil-knisja kattolika ta' Santa Agata f'Pennant Hills NSW.

Ibaghtu l-kummenti taghkom fuq email ghand
lawdimech@optusnet.com.au

  

Arkivju

   
 

Home  |  Maltese Ghana  |  Maltese Music  |  Maltese Folklore  |  WebRadio

 

Copyright © 2003 l-orizzont. All rights reserved.
Design, implementation and hosting by allmalta.com.