The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

L-Monarkija

Kitba u Ħsieb
ta' Charles Mangion "iż-Żubina"
24 ta' Novembru 2009

 
 
 

Il-Moħħ Manuscript tal-Ħasba
sempliċita u bżulija,
fuq kollox huwa Potenti
għax jisfoga l-Monarkija.

Għaliex meta Moħħ il Bniedem
Jirristartja, linqas fdal,
għax tibda tonqsu l-Memorja
minn dak li minnu jintqal.

Għax mhux ċajta tgħid li tinsa
daqstant ieħor, k' ma taħfirx,
il biża tnissel id-dubju
l-Ippokrezija ma' tidhirx.

Għax il Menti meta joktru
Eleġilju Ħsibijiet,
jingħad li' omm il ġifa
s’issa għadha, qatt mgħaliet.

Dawn l-Eġubijiet tad-Dinja
jippossjedihom kull maħluq,
kull min jitfa’ n'Nar ġo ħobbu
tagħmillu jisfa maħruq.

Kollox jidher dinatura
kollox jinħass għax jintmess,
kollox fatta bla'pedina
kollox joktor mir-Rigress.

Kull meta titwaddab Ġebla
hekk jinħass li hu meħtieġ,
kull min b'ġebla kisser tieqa
nesa l-għandu daru tal-ħġieġ.

Anke hawn joktor Diżastru
tista’ tgħidlu, l' hu Mentali,
kbira hija ddifferenza
għax il Ġnus mhumiex Ugwali.

Hawn min mhux qed jgħati widen
għall dak illi huwa vera,
ħuf u serreb, xtarr u ibla’
basta ħajtek mhix imwera.

Fuq kollox tal-Meravilja
Ingreddibli u ta' l-għaġeb,
moħħ il bniedem hu ħasiebi
lill min f' ħajtu għandu jgħaddeb.

Hekk kienu u hekk sa jibqaw
lill ħlejqa jimbarazzaw,
aktar ma' tiqlill il-ħajja
aktarx jibqaw jiffalzjaw.

Sotterran b' suldati bojod
li warajhom hemm lilsien,
li jaf bih jgħollik sas-Sema
jaf bih jitfak ġod-debien.

Is-Sisien li kotru l-ħajja
mingħajr binja, ta' trawmiet,
tas-soċja ma' dak li jiġri
b'monoskritti, ta' l-imwiet.

Kull min uża dil-manjiera
magħndux iħossu Sapjent,
bħal Monsun, jgħaddi u jkaxkar
minn fejn hu fjak moralment.

Hawn nispjega l-għeluq tiegħi
naqra naqra, ċlikki ċlikki,
li żvelajt kollu ġarrabtu
għall xi' żmien għamilt mbikki.

Fil-Qosor għamilt Riċerka
rajt fejn hija, ddifferenza,
minn dan kollu ħriġt tagħlimha
FUQ KOLLOX KTORT ESPERJENZA.

 

Top - Fuq        Back - Lura