The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Lill Wenzu Caruana

Kitba u Ħsieb
ta' Charles Mangion "iż-Żubina"
26th, March 1999

 
 
 

Jien Janice ta' Żeppi l-Kelba
li sejra ngħanni d'għall Fatt,
fuq ċertu Wenzu Caruana
li la' nafu w'ma rajtu qatt.
iż-Żubina ġie jkellimni
u l'Biografija għaddieli,
sabiex jien dan il Fatt ngħanni
Aċċettajt lis-Suġġerieli.

Tiegħi sejra nuża l-vuċi
għax tajba nzertat għal l-għana,
fatt miktub ġewwa l-Australia
fuq l-għażiż Wenzu Caruana.
d'għall fatt miktub miż-Żubina
meta dan l-Australia kien,
għalhekk dan li kiteb Charlie
fuq Wenzu sa' ngħannih jien.

Għalhekk dan li sejra ngħanni
taż-Żubina hi l-Pinna,
hu għandu fiduċja fija
hawn nfthemna, b'hekk it-tnejn qbilna.
Mel' issa dan il Fatt nibda’
li fuq Wenzu ġie miktub,
Charlie jikteb u jien ngħanni
dak illi minnu maħsub.
 

 

Iż-Żubina kiteb hekk

 

 
Lilek Wenz jien ma' kontx nafek
ħlief mhux għax kellimtek xi ftit,
ma kelniex xorti niltaqaw
min ħasdek, qata’ l-għabtit.
Għall dan kollu, illi gara
is-Sema biss tassorbih,
Lilek messitek ix-Xorti
Ta' Paċi, Hena w'Mistrih.

Wenz' fuqek dan l-għana nħoloq
dwar li rajt, mhux fuq' Passatek,
nispjega li rajt b'għajnejja
dwar Familtek Ħbieb Qrabatek.
l-Ewwel darba kien Ibnek Teddy
li ġewwa daru l-għaqani,
Bużu, w'Luriet, Gori w'Paspar
li miegħu lili l-għaqqawni.

Kien Teddy illi ċempillek
smajtu jkelmek, b'ħlewwa w' ħniena,
kelmek, Gori l-Bużu w' Paspar
Lurietu warajhom jiena.
Biex tiġi ħdejna kont tlabtek
għidli bħalissa ħin mhuwiex,
kellu ikun Ħsad il Minġel
illi niltaqu ma' kelniex.

l-Għada smajt aħbar ħażina
li Lilek ħaduk l-isptar,
minn hawnek beda l-Kalvarju
Post l-Inċens ħadu l-Imrar.
Martek Uliedek u Wliedhom
illi bdew iduru Bik,
kull wieħed illi kien jafek
issa moħħu kien biss Fik.

Waslitilna nfurmazzjoni
din lilna għamlet ferħana,
qallulna lill Ħamis ħiereġ
u ġej tisma’ siegħa għana,
Kont taf l-hawn Bużu w'Żubina
b'hekk xtaqt tisma’ erb’għanjiet,
din kienet tiegħek biss xewqa
għax l-għada, f'għali żvolġiet.

Tiegħek kienet biss proposta
din xewqa li ma lħaqtx qtajt,
Gori ċempel li ħallejtna
u l'kull min jafek ix-xukjajt.
Malħaqtx smajt, l'Bużu w'Żubina
xewqtek Wenz, li ħalliet piena,
issa mur għidlek u fhemek
li fuqek qed ngħanni jiena.

Kull min sema bl-aħbar tiegħek
li din id-Dinja ħallejt,
kullħadd għalik wera soba
jien bħalhom għalik għalejt,
Ir-rimors tal-ħajja kiefer
l-aktar b'dak li tħalli wrajjha,
issa sibt niżlha dejjiema
wara li tlajt ħafna tlajja.

Kellek stint ta' propja Qormi
bih Unur għamilt lill Qriema,
fuq kollox kont, tgħanni x'għanja
għanjietek kienet bla'ndiema.
għax kull fejn kont tersaq inti
irġulitek, sebħet xenarju,
ma' kelniex xorti niltaqaw
ġejt inżurek waqt ir-Rużarju.

Fil-parroċċa ta' West Sunshine
miegħek hemmek ġejt iltqajt,
il Knisja bin-Nies mimlijja
ħaġa bħal din qatt ma' rajt.
l-Għada erġajt ġejt inżurek
anke għad-Difna nwasluk,
ġejt ħdejk tfajtlek xi Muniti
ftit ħin qabel ma' difnuk.

Waqt id-difna għamilt mossa
Ma xtaqtx ninfthem ħażin,
fuq Tebutek tfajt Muniti
li nużaw aħna l-Maltin.
hemmek rajt xena li tbikkem
x'ħin f'Qabrek niżluk fil-qiħ,
folla kbira tibki Lilek
waqt li Int ħadt il mistrieħ.

Issa l-anqas mar-rid ninsa
mhux sewwa l-inkun ingrat,
irrid ngħid prosit lill Joe
dak li Ħajtek minnu nqrat,
Wara d'difna il Hall morna
biex l-għali jintnesa ftit,
imma kelma ġġib lill-oħra
in-niket kompla iżżid.

Rajt lill Martek u l-Uliedek
Neputijiet, Qraba u Ħbieb,
dak il ħin xejn ma' bdejt nifhem
minn moħħi għadda, Elf ħsieb.
Ma' Luriet kont qed nitkellem
b'tiegħi għidlu l-ħsibijiet,
nitolbu permess lill Teddy
jaċċettax erba’ għanjiet.

Mort ħdejn Teddy u kellimtu
tarraftlu b'tiegħi il bxara,
għalkemm kommos, b'qalbu mnikkta
it-talba l-għaqa bil-ħrara,
Imbagħad ftit qabel ma' ħriġna
ħdejn Jo' ma Teddy ersaqt,
Jo' tgħani l-Bijografija
ta’ Missieru, u l-barra tlaqt.

Min hawn l'henn bdiet Storja oħra
li għaliha, qadt Attent,
rigward Laurie, magħruf b'Wenzu
Raġel sod mill Padiment.
Imbagħad Gori Geelong ħadni
biex iż-Żwiemel jiġru narhom,
l-Announcer mill Gallarija
kondiljanzi l-Familtu t'hom.

Minn ta' Ian grew żewġ Żwiemel
l-ewwel daħlu, iż-Żgħajr u l-Kbir,
tissemma’ minn min tissemma’
fuqek Wenz jistqarr Tifħir.
Iltqajt ma' ħafna għannejja
li fil-knisja ġew iż-żuruk,
tinduna bla' ma tistaqsi
li kienu ħafna jħobbuk.

Kull min jafek ġarrab telfa
ta' ħabib veru mill kbar,
imma l-hajja minn dan għandha
wara l-Hena, Hemm l-imrar,
l-Aktar qlub li huma mnikkta
ta' Wliedek, ninduna bdejt,
kont tmur tgħinhom wieħed wieħed
tagħhom kont l-akbar għajnuna.

Nista’ ngħid li ħassewk ħafna
kont raġel li fik x'tammira,
fost kollox Martek u Wliedek
li ħaduha tant bi'kbira.
Teddy qalli, illi ħutu
ħafna ħafna jħobbuk,
ta' dak kollu l-għamilt magħhom
tislima mill Qalb jgħatuk.

Għalija Teddy kien qofol
dwar dina l-imbierka Storja,
anke ħutu Kurraġ għamluli
xtaqt linhallilhom Memorja,
Kull min jafek fik jiftakar
waqt it-talb mhux sa jinsik,
tas-Sema postok refalek
dan refaw apposta għalik.

Il-Firda tiegħek dejjiema
mhux li tgħid sejra tintnisa,
ħasitha Martek u Wliedek
tfal tagħhom , l-irġiel u n'Nisa.
Tisma’ l-dak u tisma’ l-ieħor
dwar Wenzu jiżvolġa l-kliem,
kulħadd irrid li jgħid tiegħu
k'ma tieqafx, ma jasalx Tmiem.

Jien Janice li qed ngħannilek
l-għanjiet li kiteb iż-Żubina,
aħna għalik min hawn nitolbu
int mis-Sema ftakar fina,
Din l-istorja żvolġiet fuqek
kontra qalbi jkolli nħallik,
għannejtlek, daqs li kont nafek
tul ħajti mhux sa ninsik.

 

Top - Fuq        Back - Lura