|
|
Fittixt, dort dawra
durella,
ħarist lejn is-sema fl-għoli
ma sibthomx, dawn qishom għosfru
jew inħbew waqt logħba noli?
U x’sar minnhom dawk in-nisa
li kienu jballtu qishom f’rit?
M’għadhomx jidhru, fejn qed jaħdmu?
issensjhom forsi l-konkrit?
Kemm ili ma nara merħla
mar-ragħaj timxi fit-triqat.
Ili s-snin ma nduq ħalibhom,
kienu riduh pasturizzat
Lanċa ġejja w oħra sejra
it-tfal fiż-żmien kienu jkantaw
Il-ħaddiem m’għadhomx iwasslu,
għat-turisti issa ramaw
Fejn spiċċat it-terra maġka
iddoqq in-noti tant ħelwin
M’għadiex tidher waqt xi festa
il-progress rebħilha fin fin
Il-progress kollha rebħilhom
u llum minnhom ma fadal xejn
nixtieq ngħarrex ħalli nsibhom
iżda nfittixhom ma nafx fejn.
|