The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Kelma lil ibni

Poeżija miktuba minn
Kevin Tanti

 
 
 

Min jaf x ‘għad jgħaddi minnek?
ninkwieta ma nafx x’ġej
min jaf kemm għad toħroġli?
ninkwieta ma nafx fej’

min jaf ma’ min tiltaqa’?
ta’ min ħabib se tkun?
min jaf kemm għad tittardja?
nistenna kemm se ndum

min jaf għadx narak tilħaq
u tagħmel xi suċċess?
min jaf għadx tinkwetani?
teqridni inti stess

min jaf għadx int tkun tħobbni
bħal ma inħobbok jien?
min jaf għadx iġġellidni
mal-qraba jew ġirien?

min jaf x’għad jgħaddi minnek?
nistaqsi lil Mulej
min jaf hemmx bżonn ninkwieta
la darba ma nafx x’ġej?


 

Top - Fuq        Back - Lura