|
|
Mar’ unika int Marija,
għax twelidek eċċezzjoni
int twelidt safja u pura
‘Mmakulata Kunċizzjoni
Mid-dnub kont ippriservata
sa minn qabel dak twelidek
mid-dnub Alla lilek ħeles
grazzja kbir’ Alla ta lilek
Tneħħa kien id-dnub tan-nisel
bit-tislib ta’ Sidna Ġesů,
iżda fil-każ ta’ Marija
eċċezzjoni kbir’ għamel Hu
Applika Kristu minn qabel
il-meriti tal-passjoni,
ħeles qabel lil dik Ommna
‘Mmakulata Kunċizzjoni
U la ħabbek Kristu Alla
Kif nista’ jiena ma nħobbokx?
la rabbejt lil iben Alla
Kif nista’ lilek ma ngħożżokx?
|