|
|
Ejja nilgħabu flimkien
ħallini,
Li tieħu pjaċir bija
urini
Dan id-dritt illi ngawdih
tiċħadlix
Ma’ xogħolok jew ħbiebek
tibdilnix
Ngawdu ‘xulxin kemm nistgħu,
jasal żmien
meta jkun qasir il-ħin
li flimkien
ngħaddu ż-żmien jien u inti
issa l-ħin
taħlix żmien, għad tistaqsi
min kien? Min?
|