The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Ħalluh jibki

Poeżija miktuba minn
Kevin Tanti

 
 
 

U beka r-raġel bħal tarbija
mingħajr ma wera il-mistħija
xtaq jesprimi dak l-iebes uġiegħ
li kien qed jinġema’ ġewwa fih

B'ħarsa kurjuża ħarsulu n-nies
mingħajr ħadd minnhom żgur qatt ma qies
x’ kien qed iħoss b'dawk fuqu l-għajnejn
b'swaba ppuntati lejh ta’ l-idejn

Kellu dritt jibki bla jgħid għaliex
dritt nsiru nafu żgur ma kellniex
ħalluh ħalli jibki, lilu twaqqfux
bil-ħarsa wisq kattiva tiksrux
 


 

 

 

 

 

Top - Fuq        Back - Lura