The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

X'tiehu bid-Dagha Habib?

Poezija miktuba minn
Charlie "Zubina" Mangion
12 ta' Frar 1977

 
 
 

Jekk l'Alla tmaqdar
Dizgrazzja ggib;
Titbieghedx minnu
Mur lejh fil-qrib.

Fqajjar jew ghani;
Ma' jimpurtax.
Mahfra titolbu
Li ma' tergax.

U' qatt issemmi
' Lismu fil-batal;
Ghaliex ghalina
Hu, sofra w'bata.

Bl-imsiemer nifdu
Idejh riglejh;
Jinhtieg immela
Li nersqu lejh.

Minn ihobb l'Alla
Zgur ma' jmaqdrux;
U min bih jidghi
Dan ma' jhobbux.

Ghaliex fil-batal ?
Mela nsemmuh,
U lill min jidghi
Qatt ma'nwaqqfuh.

Jien ukoll bhalkhom
U naf nistmerr;
Hu hsieb ta' ruhek
Fittex mur qerr.

W'ghall knisja ghaggel
Mur sib qassis;
U stqarr minn qalbek
Naqqas mill piz.

Ghidli x'ser tiehu
W'ghidli ghal fejn;
Lill Alla ssemmi
Ghall ta' xejn b'xejn.

Ghax semmejt l'Alla
W'iddispjacik;
Mel'issa itlob
Mahfra jaghtik.

Dan kulhadd jafu
Li' Alla jhenn;
U' l hadd ma' jara
Jixtieq fl-infern.

Mel' isma minni
Tibqax tistenna,
Ha; tgawdi ' l Alla
W' saltniet il-genna.

Bid-dagha li tidghi
Ruhek ittabba;
U dbieghed minnek
T'alla l-imhabba.

Semmghu lil Alla
Izda fit-talb;
Bil-qima kollha
U biss bil-qalb.

Bid-dmugh f'ghajnejja
Qed inkellimkhom;
U f'qalbkhom staqsu
Alla x'ghamlilkhom ?

Il-qalb hanina
'T alla tweggghawx;
U razznu 'l sienkhom
Biex ma' tidghawx.

U' ssibux skuzi
Twahhlux fin-nies;
Intom li tidghaw
Ghalxejn bi'qziez.

Ftakru li Kristu
Tant hu hanin;
Li jsalva kollha
Jrid il- bnedmin.

Minn 'f kristu jemmen
Biss fuqu jparla;
U gid biss jaghmel
Ghall- grazzja t'Alla.

U' min kontr' alla
Tbieghed bid-dnub;
Ghandu jiftakar
F 'Gesu mislub.

Mela' lejh nersqu
Nifdu l-ispejjez;
U' fhogru mmorru
Fi' hdan il-knejjes.

Fejn l'Alla nsibu
Qed jistenniena;
Biex bl-hena 'l qalbna
Bis-sliem jimlielna.

Ejjew inkeccu
Lill dak li f'ghalla;
U mahfra niehdu
Mill hanin Alla.

Ejjew bil-qima
Ninxtehtu ghandu;
Missier u Iben
U Spirtu s-Santu.

Top - Fuq        Back - Lura