The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Storja fuq Zeppi Abela (Il-Fenka)

Miktubha Poezija minn
Mikiel Abela - Il-Bambinu
Mehuda mill-ktieb "Il-Bambinu - Ghana u Poezija"
Mahrug mid-Dipartiment tat-Taghrif Partit tal-Haddiema 1988

 
 
 

Il-Bambinu se jghid storja,
hudu naqra interess,
ghax sentenza tal-mewt ghandek,
ma tafx meta lilek tmess.

Meta titwieled tarbija,
is-sentenza titwieled maghha;
ma tkunx taf liema gurnata
li tispicca 1-hajja taghha.

Id-destin jitwieled mieghek
u m'ghandu l-ebda rispett,
la miljunarju fil-palazzi
jew bidwi fl-icken razzett!

Issemmulix infern u genna,
ghaliex dawk mhux affarija;
staqsu lil min rahom xi darba
jekk hux veru jew hmerija.

Dan li ghadni kif ghidtilkom,
ghax hlomt holma bil-mejtin:
li qieghed il-Buskett nghanni
ma' Zeppi "l-Fenka", il-kugin.

Jien ghannej inhobb niccajta
biex inferrah 'id-dilettanti,
imma meta nikteb storja
trid tkun naqra interessanti.

Zeppi, missieru hu missieri,
ghall-ghana hrigna flimkien;
ta' qalb tajba, cajtier bhali,
sentejn icken minni fiz-zmien.

Fil-Buskett, il-holma tieghi,
kollu rajtu car u tond,
qed nghannu fil-competition
fuq suggett l-ispirtu pront.

Xmara nies kollha dahkana,
donnhom raw haga specjali,
jghajtu 'l Bambinu u 'l Zeppu;
l-ghana kien qisu murtali!

Fil-pront stenbaht, spiccat il-holma;
kif stenbaht, ma nafx ghaliex,
ippretendejt lil Zeppi fejni,
u qbadt nibki fuq il-friex!

Ghalkemm kugin, nistmah bhal hija,
illum mejjet, Alla jahfirlu;
dak il-hin hadt decizjoni:
li fuqu storja naghmillu.

Kien ghannej ta' klassi gholja,
vuci cara go grizmejh;
jista' jghanni, jiekol, jixrob,
jghaggeb lil min ikun hdejh!

Thares lejh, igieghlek tidhak,
mhux ghax ighid il-hmerijiet;
jitkellem, kemm joqghod serju,
donnu ghandu s-sharijiet!

Ghalkemm kien f'sahhtu daqs ziemel,
qatta' hajtu bix-xoghol u c-cajt;
miet ta' tlieta u sittin sena,
ma kellu ma' hadd xi jghid.

Kemm morna gewwa lukandi,
in-nies jidhku x'hin jarawh,
u tiskanta li t-turisti
fl-ewwel darba jiffansjawh!

L-ghannejja u l-kitarristi
li Malta hawnhekk qeghdin,
lil Zeppi kulhadd ihobbu,
anki dawk '1 hemm imsifrin.

Kull darba li kont insiefer,
kulhadd lilu jsemmili;
jghiduli, "la tmur lejn Malta,
la tinsiex, ghalih sellili!"

Hafna nies li jhobbu l-ghana,
mhux minn dawk li jigru wrajna,
peress li ahna kunjom wiehed
u anke flimkien trabbajna,

Kienu jahsbu li Zeppi hija,
anki dawk l' hemm imsifrin;
nghidilhom: "daqs hija nhobbu,
imma Zeppi l-kugin!"
Ta' sentejn, kien miet missieru,
kien qisu l-ggant Gulija;
missieri qal: "kollox naghmel
biex ma jbatux it-tfal ta' hija."

Tmint itfal halla ltiema,
ma kienx hemm xebbiet u rgiel:
Gamri, Toni, Kitty u Mary,
Anglu, Zeppi, Guza, Mikiel.

Zeppi, iz-zghir, xi sentejn kellu,
lil missieru ma jafux;
missieri ghamel minn kollox
biex kemm jistghu ma jbatux.

Ghalhekk li Zeppi jahsbuh hija,
ghax flimkien imrobbijin;
missieri ta' dixxiplina,
daqs uliedu mahbubin!

Ghiduli, gheziez qarrejja,
hux ghal Zeppi bilfors taghli;
trabbejna taht missier wiehed,
u kellu johrog ghannej bhali!

Meta ktibtlu "l-Angolina"
biex aktar minni nghollih,
ghaliex dik il-veru cajta;
in-nies jiehdu pjacir bih.

Forsi hawn min qieghed ighidli,
cajta goffa naqra tqila;
dak il-kliem bil-fors trid taghmlu
ghalbiex tohrog it-taqbila.

Se naghmlilkom mistoqsija;
ahsibha, u oqghod attent:
kemm il-bniedem hawn fid-dinja,
hawn xi hadd bla mankament?!

Issa nkomplu l-istorja,
ghax fuq Zeppi s-suggett.
Niffriskalkom il-memorja
li ghannejna fil-Buskett.

Hafna nies ghadkom tiftakru
fil-Buskett kemm ghana sar!
Jien u Zeppi nibdew fl-ghaxija,
nibqghu sejrin sa l-ghada f'nofsinhar!

ll-Buskett kien fl-aqwa tieghu,
ghalbiex tisma' erba' ghanjiet,
mill-Bambinu, Zeppi "l-Fenka",
bit-teachers taghna Pawlijiet!

Ma rridx ninsa l-bravu l-iehor
fil-Buskett u fil-Vitorja,
lil Fredu Spiteri "l-Ghawdxi";
imma dak ktibtlu l-istorja.

Il-konkors fil-Buskett spicca,
u ahna gejna mwarrbin!
Mill-hamsa li semmejtilkom,
tal-ghana, tlieta mejtin.

Fil-Buskett, lejliet l-Imnarja,
dak ghall-ghana kien mahluq;
eluf ta' nies kollha ferhana
jarawna telghin hemm fuq!

L-ghannejja taz-Zejtun waqfu,
la tahsbux li kien tort taghna;
ghax intuza ghat-turisti,
spicca kollox, spicca l-ghana!

Naghlaq l-istorja ta' Zeppi;
dak l-aqwa ghaziz li kelli,
ma' Pawlu "l-Bies" u Fredu "l-Ghawdxi":
tlieta qeghdin taht il-kaptelli.

Il-kuragg naqasli naqra,
ghiduli ghandix ragun;
il-Buskett fl-ghaxija spicca
bla ghannejja taz-Zejtun!

Top - Fuq        Back - Lura