|
|
Jiena rrid nghidilkom
storja
Jew ahjar nghid li hu fatt
Forsi hawn minn bih ga semgha
U x`ohrajn ma semghuh qatt
Dan il-fatt li ser nghidilkom
Gheziez huti Maltin w Ghawdxin
Gara hafna zmien twil ilu
Fuq hames miljuni snin
Il-fatt hu fuq firx`art kbira
Mill-Afrika sa Sqallija
Bil-foresti w`annimali
U b-xmajjar kienet mimlija
Skond l-istorja li qrajt jiena
Kienet dizgrazzja kbira grat
Fejn kien sehh terremot qawwi
Dik l-art kbira sparixxat
Qilliet l-Ocejan Atlantiku
Mill-Istrett ta Gibiltą
B`sahha kbira din l-art gherqet
L-ilma gie bil-kwantitą
Ghalkemm bil-qawwa tieghu kollha
Bcejjec ta blat mikxuf halla
Dan mhux biss kif nahseb jiena
Din kienet ir-rieda t`Alla
B`hekk ta din il-gzira taghna
Is-sisien gew mahluqin
W`ghalkemm ma kienux mill-ewwel
Jeddijet taghna l-Maltin
Issa hawn irrid nghidilkom
X`inholoq mill-ewwelnett
Malta, Ghawdex u Kemmuna
Il-Gzejjer, Filfla w Kemmunett
Mill-bidu tal-fatt li gara
B`haxix ,sigar varjat mimlija
B`hekk il-hlejjaq li kien baqa
Setghu jghixu bla tbatija
Imma x-xemx tant kienet tahraq
S-sigar mietu l-haxix nixef
Ir-rih tajjar it-trab kollu
Sakemm il-blat kollu nkixef
B`hekk il-povra annimali
Minn xiex jghixu ma kienx hemm
Bil-guh u l-ghatx f`dik is-shana
Hajjithom hekk kellha tintemm
B`hekk issa l-gzejjer gew vojta
Ghal hafna w`hafna snin
La kien baqa annimali
U l-anqas kien baqa bnedmin
Ghaliex skond kif tghid l-istorja
Il-Fenici l-ewwel fi gziritna
Sa minnhom sawwarna lingwa
Li Maltin lilna ghamlitna
Jghinad li huma l'antenati
Sew tal-Maltin u l-Ghawdxin
Hekk teskludi din l-istorja
Li parti minnhom gejjin
Il-Fenici kienu razza
Ta nies qosra w`qawwijin
Din ghalina mera cara
Ghax hekk ahna l-Maltin
Jibnu kienu l-aqwa vapuri
Ghax kienu l-aqwa gwerrieri
Ahna dan ghaddejna minnu
Ghalhekk nafu x`jigifieri
Ghalhekk lil-Malta l-Fenici
Tawha l-isem ta Mallet
Tista tghid ghal tmien mitt sena
Dejjem b`dana l-isem baqghet
Imm' imbaghad gewnah l-Griegi
U kif riedu huma ghamluh
Dak l-isem ma kienx joghgobhom
F`Melita lilu bidluh
Issa Melita tfisser ghasel
Li Malta bih kienet mimlija
Allura l-isem minn banda
Kien jixraq hafna ghaliha
Mal-Fenici thalltu nies ohra
Minn Sqallija u minn Sardinja
Forsi anke mill-Afrika
W'postijiet ohra tad-dinja
Il-Kartaginizi ghazlu l-Malta
Bhala pajjiz ghal-tul hajjithom
Wara l-gwerra mar-Rumani
Ghax Ruma kienet ghelbitom
Ir-rih nefah u t-trab tajjar
Hafna waqa fuq art baxxa
Il-bahar ha s-sehem tieghu
Imma l-bniedem ukoll tpaxxa
Minn dawn in-nies li gew Malta
Fosthom bdiewa wkoll kien hemm
Ghalhekk mit-trab li kien salva
Huma minnu hadu sehem
Issa bdew dan it-trab jahdmu
B`xi ghodda li giebu maghhom
Urew kbira esperjenza
Kemm l-ghaqal w`il-hila taghhom
Anke hawn hawlet id-dinja
Tista tghid li gietom l-ghira
Il-fjur issa beda jfewwah
Ghalkemm fid-daqs taha zghira
Is-sabiha gzira t`Ghawdex
Isimha tawha ta Gutzu
Hemm insibu monumenti
U l-istorja tal famuz luzzu
Il-vapuri tal-Fenici
B`ras ta ziemel kien jingharaf
Kien ta qawwa ,kien ta sahha
Mhux li tghid malajr jiggarraf
Issa lil-Maltin ta` Ghawdex
Ghamlu hsieb u bidluh fis
Dik li kienet ras ta ziemel
Floka ghajn ghamlu t'Osiris
Meta wiehed imur Ghawdex
U jidhol gewwa l-Ggantija
Ghandu jara gebla kbira
Tnax il-pied bi sbatax fija
Din imwaqqfa mill-Fenici
Ilu eluf kbar ta snin
Bla ghajnuna ta l- ingenji
Bis-sahha biss tal-bnedmin
Issa nidhlu fi zmien iehor
Meta twieled il-Bambin
Sadattant Malta w Ghawdex
Kienu bil-Barbri mimlijin
Ta Tarzu kien jismu Pawlu
Li kien joqtol hafna nsara
Ghaliex lilhom kien jakkuza
Li lil-Lhud qed jaghmlu l-hsara
Meta kien sejjer Damasku
Biex ifittex aktar insara
Dija qawwija giet fuq wiccu
ghall xi-jiem ma setax jara
Vuci semgha w lilu kellmet
"Ghax qed tippersegwidani?"
Minnufih hawn hajtu nbidlet
Lilu nnifsu ghamel nisrani
Dik kienet sejha mis-sema
Hu nduna x'kien id-dawl
Hawn Minn seqer sar hamiema
Dak li llum, huwa San Pawl
Issa li Pawlu sar nisrani
Fil-pront il-Lhud arrestawh
Issa l-Pawlu fil-habs tefghu
W`hemmhekk bdew jikkastigawh
Festus ghal-mewt tah sentenza
Akkuzah li Pawlu t'tradih
F`Gerusalem ma xtaqx li joqtlu
Ried lil Cesri lilu jghaddih
Fuq l-ahjar vapur li kellu
Lejn Ruma lil-San Pawl bghatu
Imm`Alla kellu hsieb iehor
Maltempata Malta tefghatu
Tlett xhur shah San Pawl dam Malta
F`dawn ix-xhur hafna gid wettaq
Dar Malta kollha w`ippriedka
Fi hdan Gesł lil-kulhadd ressaq
San Pawl f`qalbu l-Malta rabat
Habb lil-Maltin u l-Ghawdxin
F`Malta kotor il-ferh f`qalbu
Tieghu bqajna l-ewlenin
Publiju gvernatur ta' Malta
Ghamdu fil-palazz gol-Furjana
Dana mhux biss sar nisrani
Imm' wkoll l-ewwel isqof taghna
Wasal iz-zmien li l-Malta jhalli
Ghax ghal-Ruma kien id-destin
Din il-migja tieghi f`artkom
Kien miraklu mill-Bambin
Uliedi jiena se nhallikom
Qal dan Pawlu lil-Maltin
Sa l-ahhar minn tad-dinja
Tibqghu l-ghaxqa tal-Bambin
San Pawl issa minn Malta telaq
zmienijiet koroh ghaddejna
Mhux ghal-sena jew ghal-ghaxra
Ghal eluf ta snin batejna
Ghaddejna minn that Kmandanti
Li kellhom il-gzejjer taghna
Imma dejjem hlisna minnhom
Ghax il-Bambin dejjem maghna
L-Arab ta Mohammed f'Malta
Il-ftit tal-gid lilna serqulna
Dawna kienu nies krudili
Kwazi l-fidi taghna qerdulna
Mitejn u ghoxrin sena f'Malta
Dawn il-Barbri ta' qalb hazina
Serqu w`farrku, ghamlu minn kollox
gzirtitna gabu f`irvina
Imma kif ighid qawl Malti
Li kull mibdi hu mitmum
Wara dawk is-sofferenzi
Fl-ahhar wasal dak il-jum
L-Konti Ruggieru wasal Malta
U lil-Malta ha taht idejh
Minghajr glied l-ebda taqbida
X'il-Barbri hawn ma resqux lejh
Bin Said (Sa-id) kien wiehed minnhom
Imma ghazel illi jdur mieghu
Ruggieru gharaf li kien veru
Accettah b`suldat minn tieghu
Issa l-bandiera tal-Konti
Sitt kwadri homor w'bojod fija
Qata' minnha l-ahmar u l-abjad
W'holloq taghna l' Maltija
Bin Said kien l-ewwel ragel
Li miss l-bandiera Maltija
U hawn wieghed lil Ruggieru
L'ghal dejjem jiddefendija
Waqt illi l-Konti Ruggieru
Go Malta kien ghadu qieghed
Ibrahim Hakkim ried jahbtu
Hawn minnu kellu jitbieghed
Ibrahim lil-Kbarat kellem
X`ghandu jaghmel biex jirbahha
L-iskop dan ma kulhadd firxu
Sal-Konti Ruggieru semmaghha
Bin Said kien ragel bravu
Anke kien jaf hafna snajja'
Il-Konti dan jafu kollu
Tah f`idejh il-pjan tal-plajja
Il-pjan tant kien mahsub tajjeb
W`ix-xoghol sar kif kellu jsir
Sewwa Bin u l-Maltin mieghu
Kien xerqilhom kull tifhir
Hakkim gie bil-flotta tieghu
U sab ruhu gewwa nassa
Preciz dahal fil-pjan tal-Konti
W`il-Maltin gibdu l-ingassa
Wara hafna dahk u briju
Jisparaw bdew il-Maltin
B`kanuni ta sahha kbira
L-opri tal-bahar gew mgharrqin
Dik kienet l-ahhar ta l-Arab
Malta regghet baqghet taghna
Mela Viva l-Konti Ruggieru
Ghax hu kien illi salvana
Min hawnhekk issa l-Konti telaq
Xorta l` Malta baqa jmexxiha
Mill-kwartieri li hu kellu
Stazzjonati go Sqallija
Baqghet ghal-erba mitt sena
Immexxija min-Normandizi
Dahlu mbaghad pajjizi ohra
Fosthom anke l-Germanizi
Kien l-Imperatur Charles V
Ghadda l` Malta lil-Kavallieri
Ghalkemm kienu ta qalb tajba
Fuq kollox kienu gwerrieri
F`Malta waslu l-Kavallieri
Fl-elf hames mija w tletin
Ghal hamsa w tletin sena
L-ghedewwa baqghu mbeghdin
Jean Parisot de La Valette
Kien il-Gran Mastru tal-mument
disa w`erbejn, fl'elf hames mija
`tempesta farrkitlu l-bastiment
Flotta gdida kellu jibni
Armata ta' qawwa kbira
Ghaliex ma riedx illi jhalli
Il-min jehodlu din il-gzira
Il-Maltin ghamlu hilithom
Sabiex dan l-iskop jirnexxi
Ghax riedu lil dal-Gran Mastru
Lil-Malta jibqa jmexxi
Gara dan ftit taz-zmien wara
Li lesta flotta qawwija
Hawn inqala' ghadu iehor
Kien is-Sultan tat-Turkija
Bilfors li jkolli nfessrilkom
F`kaz li ma tafux min hu
Kien jobghod il-Kavallieri
Suleiman il-Manifiku
Jien cert illi hafna semghu
Bil-gwerra ta l-Assedju l-Kbir
Ghalhekk jiena nibqa' nsostni
Li jixirqilha kull tifhir
Suleiman attakka l-Malta
B`mija w' tmenin vapur
Wiehed u tletin elf ragel
Ghax ried li jeqridna zgur
B`hekk Malta hija maghrufa
Ghal-Kavallieri ta' San Gwann
Maltin qalbiena w' voluntiera
Ma nhbewx, min qilliet Suleiman
Ried li jirbah lil Sant Elmo
Kien il-hsieb ta' Suleiman
Imma l-Maltin u l-Kavallieri
Hassruhulu kollu l-pjan
Xhur shah minghajr biss qatt rebah
Sa garrab telfiet bla' qies
Dragut, Pasha, kellu jissejjah
Ghax sofra telf kbir ta' nies
Dragut maghruf ghal-hruxija
Jigi ghal-glied qatta bla habel
L-ewwel vittmi gewwa Ghawdex
Fejn lill kull min sab hemm qatel
B' hmistax il-vapur gie Malta
Li jwerwruk k`bihom tinduna
Nies fuqhom hmistax il-mija
Suleiman riedu ghall-ghajnuna
Dragut xjah u baqa bravu
zmerc marritlu din il-bicca
Wera lil-Suleiman il-pjan tieghu
D'il-fortizza, kif trid tispicca
Taqbida kbira w' harxa
Immexxijja giet min Dragut
Imma b`xorti kbira ghal-Malta
Bi gravitą hawn gie milqut
It-Torok rebhu l-fortizza
Imma l-Maltin rebhu t-taqbida
Ghax lil Dragut hawn qtilnielom
W'Malta hadet sahha gdida
Riedu l-fortizza Sant Angelo
Jeqirduha w' jaghmluha din
Hawn il-hsieb taghhom falliehom
X'kienet mimlija bil-Maltin
Jean Parisot ftakar fl-imghoddi
Kif lil-Arab f'`nassa qabduhom
Qal lil-Maltin biex jibnu wahda
W' trattament bhalu jaghtuhom
Waqt il-glieda fuq Sant Elmo
Dak ix-xoghol kien qed isir
Ben Sayid idderegihom
Ragel Malti imma kbir
In-nassa Kienet bil-ktajjen
U t-Torok biha ndunaw
Hafna minnhom qabzu l-bahar
U jkissruha ppruvaw
Kif il-Maltin raw x`qed jaghmlu
Marru ghalihom w'jiggieldu bdew
Issa t-Torok ghal-darb`ohra
Telfa kbira regghu sofrew
B`hekk il-fortizza Sant Angelo
Ma nmissitx u shiha baqghet
U fl-istess hin il-Mellieha
Ghajnuna ta' Sqallija laqghet
Dawn ghinu fl-ahhar taqbida
It-Torok gew maghlubin
Hlisna minnhom darba ghal dejjem
Malta baqghet tal-Maltin
Wara mitejn u hamsa w tletin sena
Mat-Torok il-gwerra spiccajna
Inqalana ghadu iehor
L-aghar wiehed illi qatt rajna
Kien Napuljun Bonaparte
Gab il-flotta shiha mieghu
Iddikjara gwerra f'Malta
Qal rebahha, issa tieghu
Minn Malta kecca l-kavallieri
Biex ma jxewxux lil-Maltin
Min Malta ha l'bahrin mieghu
Min familthom gew mifrudin
Sebat ijiem kulma dam Malta
Hafna bidel `affarijiet
Il-lingwa rieda Franciza
U bhal ta' Franza l-ligijiet
Beda jdur il-knejjes kollha
Serqilhom kulma kien fihom
Kalci w' kandlieri Tad-deheb u fidda
U f`kaxxaretti kbar poggihom
Fuq il-vapur tieghu ghabbewhom
Ma kien se jhalli xejn warajh
Sab id-driegh ta San Gwann Battista
U c-curkett hadlu minn subajh
L-Malta hallha f`idejn Vaubois
Napuljun lejn l-Egittu telaq
Imm`Alla ma halliehx igawdi
Dak li mill-knejjes kien seraq
Mar fettxu, Orazjo Nelson
Fl-Egittu sablu l-bastiment
Dan Kif rah mill-ewwel gharfu
Kellu l-isem ta L`Orient
Baraxx ta bal fuqu spara
Kollha marru ghal go fih
Id-deheb kollu li kien seraq
Mal-vapur nizel fil-qiegh
Napuljun kien go l-Egittu
Ghalhekk hu ma gralu xejn
Nelson gharaqlu l-bastimenti
Ghalkemm lahqu skappaw tnejn
Bit-telfa l-flotta Franciza
Sfat imnaqqsa ghal-ftit frejgati
Dawk li Napuljun kien halla
Fil-port ta' Malta mbarkati
Vaubois lil-Maltin ghakkashom
Fis-sentejn li kien dam haw,
Issa waqt u il-hin wasal
Biex min dan l-ghaks insalvaw
Il-Maltin kien ilhom jahsbu
Kif se jeghlbu lil-Francizi
Ftit ghajnuna riedu jsibu
Sa Fl-ahhar dahhlu lil-Inglizi
Alexander u t-truppi tieghu
Mal-Maltin flimkien poggihom
Malt'iss ghand aktar sahha
Ghax kien jaf jidderegihom
Ghajjat lil-Francizi ta' Malta
L-Belt Valletta kollha flimkien
Meta kienu kollha gewwa
Qalhom biex jaghlqu l-bibien
Il-fortizza ta Sant Elmo
Il-Maltin kienu regghu bnew
Alexander pogga l-armata
Min fejn Malajr juzawha bdew
Il-flotta zghira tal-Francizi
Bil-mod il-mod aktar tickin
L-ikel u lima kompla jonqos
Ma setghu jgibu minn imkien
Hafna minnhom bdew jimirdu
Sahha jiggieldu ma kellhomx
Il-Francizi riedu jcedu
Imma Vaubois ma halliehomx
Il-Maltin bil-kuragg kollu
Sabu mezz kif jifthu l-bibien
Zewg irgiel issograw hejjiethom
Wiehed minnhom qassis kien
Minn hemmek spicca r-renju
Ta' Napuljun u l-Francizi
Minn Malta hargu darba ghal dejjem
U flokhom dahhlu lill-Inglizi
Alexander ball l-ewwel wiehed
Li kien l-ghaxqa tac-Civiltą
Elf tmin mija, w'tnejn is-sena
Malta bdiet tghix fil-libertą
Bdiet it-Tieni gwerra tad-dinja
X'Mussulini ried Malta jirbah
Qal lil-Hitler li tkun tieghu
Ghada fil-ghodu malli jisbah
Forsi nesa li fil-gwerer
Malta dejjem harget rebbieha
Ma rnexxielux li qal lil-Hitler
L-anqas wara sena shiha
Ibbumbardjaw l-Germanizi
Dawn kwazi bil-guh qatluna
Imma bil-qawwa taghhom kollha
L-anqas huma ma rebhuna
L-Maltin ghagibna d-dinja
Bil-qlubija w'il kuragg taghna
Lil kulhadd dejjem ghelibna
Dawk li f'gwerra dahlu maghna
Issa' ghiduli daqsxejn intom
Huti Maltin u Ghawdxin
Fuq l'ghaddejna minn dan kollu
Ghandniex ragun, l'ahna kburin?
Il-Malti ghandu ghax kburi
F'qalbu gamra ta' mhabba jhoss
Ghax ghall kuragg u l'qlubija
Giet imzejna bil-George Cross
TMIEM |