|
Fit-tieni gwerra
tad-dinja
Il-lieva go Malta bdied
Ghax Mussulini ta l-Italja
Jiggieled maghba ried.
Ghax ried li l-Malta jiehu
Minn taht idejn l-Inglizi
Imma baqa f`wiccu
Avolja mieghu kellu l-Germanizi.
Jien lill-Malta ddefendejtha
Ghax lili suldat haduni
Poggewni go fortizza
Nispara l-kanuni.
Kienet ghodwa fir-Rebbiegha
Kmieni kmieni ghal xi s-seba
Qat`ajruplani Taljani
Gew biex jghatuna xeba
Imm`ahna bil-kuragg kollu
Bdejna ghalihom nisparaw
Il-bombi taghhom tefghu fil-bahar
U lejn pajjizhom rritornaw
Ma lahqetx ghaddiet siegh`ohra
X`hin regghu ppruvaw
B`qat`ajruplani ohra
Gew lilna jattakkaw
Ahna ergajna koppi
L-istess trattament tajnihom
Bla hniena bdejna nisparawlhom
U fl-ghala sema zammejnihom
Ta kuljum baqghu jghamluwa
Tant hu hekk ghal-sena shiha
Imma ghalkemm Malta gzira zghira
Ma rebhuhiex baqghu bir-rieha
Xi nghidu ghall-Air Force taghna
Kellna biss tlett ajruplani
Armati b`nies qalbenija
Kif werwruhom lit-Taljani
Issa Hitler bir-rabja kollha
Qallu nqala min hemm halli mmur jiena
Dak veru wriena snienu
Ghax attakkana minghajr hniena
Imm`ahna ma bzajniex minnhom
Qatt ma ridna illi ncedu
Ghalkemm qtajja t`ajruplani
Bil-bombi lill-Malta rieghdu
Il-kotra tgheleb il-qawwa
U ahna minn dawn ma kellna xejn
Imma bil-kuragg taghna
Ghelibna lilhom it-tnejn
Sen`ohra niggieldu mal-Germanizi
Ghaddejna f`aks u guh
Imma l-pajjiz taghna
Qatt ma gie mirbuh
Ir-Re Gorg sitta ta l-Ingilterra
Ra x`kuragg ghandom il-Maltin
Bil-George Cross lilna zejjen
Lil kull Malti cittadin
Kien hemm zmien li ahna hsibna
Li fl-ahhar se nsibu l-qiegh
Imma bqajna nikkunbattu
U l-qiegh qatt ma sibnieh
Kienet gwerra qalila
Niggieldu mal-Germanizi
Sofrejna u batejna
Imma li nirbhu konna decizi
Bil-ghajnuna ta l-Inglizi
U l-kbira dedikazzjoni
Malta harget rebbieha
Zammejna t-tradizzjoni
Issa l-bandiera taghna
Bil-George Cross hija mzejna
Unur kbir ghal-pajjizna
U hlas sabih ghalli batejna |