The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Lill Gorg Chetcuti

Miktub Poezija minn
Charlie "Zubina" Mangion
17 ta' Awissu 2003

 
 
 

Fl-annu elf u disa' mija
Is-sena kienet disghin;
Zaghzugh mimli, bl-energija
Kemm ahjar, ma' twieled xejn.

Il-gimgha minn April kellna
Id-data kienet ghoxrin;
Gorg Chetcuti, minn hal-Qormi
Kemm ma' hamlux id-destin.

Il-gurnata minn tal-gimgha
Hi imharsa mill-Maltin;
F' wahda minnhom tilef hajtu
Fil-fabbrika ta' l-ghagin.

Zaghzugh ta' 16 il- sena
Taz-zoghzija hu bukkett;
Gorg Chetcuti, minn hal-Qormi
Kien imlaqqam, tal-buskett.

Hu kien l- izghar, fost tmien ahwa
Tal- familja, kien fissud;
Ma'dan il hoss, tat-tracedja
F'hakka t'ghajn, hareg l-ghiddud.

Gorg, kien qed inaddaf makna
Illi biha, l-ghagin jaghmlu;
Kul min s'ghama, b'did-dizgrazzja
Bilfors gismu, xewk xewk qamlu.

Il-mahluq qatt ma' kien ghaqli
Dejjem halla lill min jirfsu;
Il-bniedem dejjem ivvinta
Biex jeqred lilu in-nifsu.

Ghax il bravu dejjem wera
Illi huwa , ubbidjenti;
Ghax tal-hajja l' ironija
Dejjem kiela l-innocenti.

Hekk kelli nibda' l-istorja
Tal-biza, harxa u mwera;
Fejn lill qlub, sa tnissel dieqa
Ghax fuq kollox storja vera.

Storja vera, u tal-biki
Li bhala ma' smajtu qatt;
Allura issa, l-istorja
Nistaw nghidu li hu fatt.

Jghinad illi t' toroq kollha
Ghall wita inzul u tlajja,
Li kien jaf min x'hiex, sa' jghaddi
F'guf ommu, jivvomta l-hajja.

Li kien jaf, x'sa tieh id-dinja
L'ommu jghid biex ma' twelldux;
X'hin tisimghu din il-grajja
Bhali tghidu tort m'ghandux

Kif tisimghu din il-grajja
Qalbkhom bhali trid tinfena;
Fuq guvnott, l' hu il gmiel tieghu
Fl' età ta' 16 il-sena.

Kien ghadu kif jibda jahdem
Kien ghadu kif jibda l' hajja;
Imma l' mingel, malajr hasdu
Il- mewt dan li thalli w' rajja.

Ghall x'is-sitta ta' filghaxija
Gorg il makna kien inaddaf;
B'xi haga accidentali
Startjat, u minnha inhataf.

Qabditlu il-pala t' idu
Bejn ix-xfafar ir-rumblatu;
Ta' xejn kien li l' ghajjut ghajjat
Ghax lill Gorg lahqet qattatu.

Kellu l' siehbu jahdem mieghu
F' kamra ohra dan kien qieghed;
S'ghama l'Gorg, ghall l'ghajjut jitlob
Mar b'girja ghall hdejh jitrijed.

Kif ra' l- Gorg f'dik il mizerja
Bla' qad jahseb, jew iqqis;
Flok ma' mar jitfilu l-makna
Mar ic-cempel, ghall qassis.

Inutli nghamlu d'domandi
Ghax l' ghasafar l-ahqu harbu;
Hemm fatt wiehed, Gorg temm hajt
Billi xafra, ferqitlu qalbu.

Fil- post waslet il- gustizja
Biex il- kaz jinvestigaw;
Kull min ra' lill Gorg imqatta
B'dik ix-xena is-skantaw.

Gelardu l' ghaziz missieru
Bhas-soltu mar' jistennieh;
Dan il- jum ma' kienx bhas-soltu
Mur ghidlu, x'kien hemm ghalih.

Aljenat jisma ir-radio
Jistennieh, mix- xoghol jispicca;
Biex lill Gorg, id- dar iwwaslu
Imma l' kontra giet il- bicca.

Ghax ra' certu muvvimenti
Li lilu, hasbuh hazin;
Ra' qassis, u l' pulizija
U l- karozza tal- mejtin.

Jersqu,fejn kien jahdem ibnu
Qal xi' haga gara zgur;
Prova johrog mill karozza
Sabiex, x' gara jara jmur.

Min warajh, f'ecc pulizija
Fuq spaltu, taptaplu tnejn;
Fejn int siehbi, ibqa qallu
Halli nitkelmu, daqxejn.

Uza' certu ntelligenza
X'hin ra' lill gelard , jinfixel;
Mill l-ewwel, hebritu qalbu
Li dan kien, missier it- tifel.

Qasira l' konverzazjoni
B' sens u ghaqal tah, l-ahbar;
Kif stejqer min dik il- hasda
Flimkein, marru ghandu d' dar;

Meta flimkien, id- dar waslu
Quddiemhom, xirfet il- mara;
Rat' wiccu, isfar lelluxa
Bla' sabar, staqsiethom x' gara.

Hawn gelardu, nfaqa jibki
Rega hassu hass' hazin;
Min that lilsien, qal lill martu
Carm' lill Gorg , tlifnieh miskin.

Hawnek, omm gorg, qabdet twerzaq
Malajr, hargu il- girien;
F'daqqa wahda pandimonju
In-nies giet, minn kullimkien.

L' omm u l' missier, fid-dilirju
Ghat- telfa, ta' l- ghaziz binhom;
Anke hutu, rgiel u niesa
Qalbhom sa' tohrog, minn gisimhom

It- telfa ta' dan itfajjel
Hi kiefra, u mprikattiva;
B'hekk il- mewt, hi bla' kuxjenza
Fuq kollox, hija kattiva.

Anke huh li hemm l-Awstralja
Kien ofrilu, jitla hdejh;
Met' gharfuh, bit-telfa tieghu
Ma' ridx jemmen lill widnejh.

Charlie, hass it-telfa tieghu
Ghall xi' zmien tilef is-sabar;
Ta'lirham, b' sena hadimlu
Ktieb li ghandu fuq il qabar.

Issa l' Gorg, ghamlulu d-difna
F' tal-familja, lilu difnuh;
Intom illi itfal, ghandkhom
Dan il kaz, ara tinsuh.

Charlie, w'hutu rgiel, u niesa
Hbieb qraba, w'neputijiet;
Gorg midfun, jistrih fil- genna
Sa' dat-tant missieru miet.

Kien il- vigarju ta' Kristu
Illi nissel dan il- kliem;
Dwar is-serq, li il-mewt tghamel
Ghax zmienhom, ma' kienx dejjiem.

Kien il { Papa Gwanni Pawlu }
Waqt il l-laqgha, tal-qdusija;
Kient l-omm ta' Gorg Chetcuti
Illi uriet il-qlubija.

Jieqaf id-daqq u jinqraw dawn il-vruz.

Hija haga kwazi mpossibli li timla
L-vojt li tkun halliet warajha
It-telfa ta' xi gheziz li d-destin
Kiefer ikun hasad minn din id-dinja,
Izda kelma ta' sabar u tama dejjem
Tghin u tkun ta' farag, specjalment
Jekk din tkun gejja,
Mill-vigarju ta' Kristu,
Gwanni Pawlu II


Ikompli id-daqq u l-ghana.

Il-Papa iprova jsabbar
Litfal, irgiel, w'ommijiet,
Imma hi m'nejn hi il- kelma
Il- vojt zgur li qatt, ma' mliet

Inutli illi niprova
Go' qalbi aktar inzomm;
Jien cert illi, kliem il- Papa
Ta' farag kien, ghall kull omm.

Guvnott ta' 16 il-sena
Illi miet, tragikament;
Go' makna li l-ghagin tghamel
Imqatta, intorttament.

Iz-zaghzugh kien, Gorg Chetcuti
Illi kien, jghamel hidmietu;
Listess makna illi naddaf
Kellha tkun hi, li temmietu.

O' ajma, x'ugieh go qalbi
Kemm il darba, nstama d'ghal kliem,
Ghalkemm, Gorg miet u halliena
B'daqsek mhux, sa jfisser tmiem;

Dawk il- qlub l-aktar, miguwa
Mill l-ghajn tibqa g'gelbem dema;
Ahn' ghalik minn hawn, nitolbu
Ghalin' int titlob, mis-sema.

U hawn hekk waqfet d'il-grajja
Illi kieteb iz-Zubina;
Iss' ghalih, min hawn nitolbu
Hu min hemm, jitlob ghalin.

O' sinjur kbira, saltnatek
Lill Gorg, mieghek kompli kenn,
Flisem tal-missier, ta' liben
U Spirtu s'Santu , Amen.

Top - Fuq        Back - Lura