|
|
Gewwa l-Isla fi zmien
l-Ordni
kien hemm dverna ghall-bahrin
fejn, dawn fiha filghaxija
kienu jidhadtu flimkien.
Gorg il-Bdot, kien guvni Malti
imzejjen bl-akbar kuragg
kien ibahhar b'hila kbira
qatt ma beza' mir-rambagg.
Darba kif god-dverna dahal,
il-bahrin dlonk ferhu bih
"meta gejt? Xi priza ghamilna?"
kulhadd beda jistaqsih.
Gorg, b'dik il-helwa dahka
maghhom kompla ta' habib
imbaghad ried imur hdejn Marta
li d-dar taghha kienet qrib.
Qallhom: "Dina I-ahhar safra
ghax ser niehu l-istat tieghi
irrid niehu 'l Marta b'marti
u fejn immur nohodha mieghi.
Hawn il-hbieb dlonk lilu gharfu
x'fatta Marta giet traduta
mill-qarrieq kavallier Fairat
u fl-abbissi giet mixhutha.
Tistghu tahsbu x'fatta baqa'
Gorg il-Bdot ghal din il-bxara
lilhom sellem telaq jigri
ghad-dar taghha halli jara.
Kien bil-lejl, beda jahsiba
ghandux jidhol ghall-gharrieda
fl ahhar dahal, lila hataf
u titkellem bilfors riedha.
"Ghidli" qallha "vili nfami
'l ghala lili ttradejt
wara tant li kont habbejtek
tkellem, 'l ghala lili nsejt?..."
"Ah! mahbub ta' qalbi Gorgi"
Marta lilu rrispondiet
"'l ghala tant qieghed tahqarni
min qalomlok dal kelmiet?"
Ghal kemm Marta bdiet tant tibki
Gorg kif kien hekk inkurlat
lila qabad, fl-art sabbatha
hareg jgri rrabjat.
Hekk kif kien jifrah b'missieru
Gorg dlonk gie arrestat,
talli fera kien lil Marta
gie bil-ktajjen ikkatenat.
U min ordna l-arrest tieghu?
Ah, kien dak l-istess Fairat!
din ghal Gorgi kienet piena
li zammitu f'demmu fgat.
Frattant Gorg minn dar missieru
ghal abbord fis gie mehud
u man-numru tal-forzati
dan l-imsejken gie mghadud.
Fuq il-bank, bil-moqdief f'idu
gismu mbiccer b'dak is-swat
Gorg il bdot kellu jsib ruhu
bhala l-jun tant irrabjat.
Fairat kien ghalih demonju,
li ghalih hu kien kagun tieghu
izda Gorg ma qatax qalbu
illi ghad jiltaqa mieghu.
Beda jahseb dlonk kif jahrab
biex jithallas minnu zgur
imma dan kien impossibli
li jistrieh minn tant dulur.
Hekk kif kienu sema u ilma
qam grigal ghamlet tempesta
Gorgi gabar sahtu kollha
qata rbit u ruhu lesta.
Sabiex jahrab u gol-bahar
ma' bicca arblu baqa' jzomm
mentri shabu kollha gherqu
jidghu f'qalbhom u bil-fomm.
Wara lejl kumbatt mal-bahar
Gorgi lemah bergantin
ajjut lilu beda jitlob
u dan resaq lejh fil-hin.
Kif gie mtella Gorgi gharaf
lil Mikiel il-kugin tieghu
illi dan b'imhabba kbira
beda tant ikompli mieghu.
Meta Gorgi stejqen sewwa
beda jahseb dlonk f'Fairat
ta' kemm gaghlu dan isofri
joqtlu halef irrabjat.
Frattant Marta hasset mohhha
meta rat id-duzunur
illi fuqha tefa' Fairat
u bdiet tisthu kull fejn tmur.
Meta bdiet tintaqa mieghu
kienet tgheddu b'Gorgi taghha
kienet tghidlu li ghad ihalsu
talli mexa vili maghha.
Ghadda z-zmien u lejla wahda
Marta qalet li 'l Gorgi rat
din il-bxara lil missieru
marrat tat baqa' skantat.
U hekk kien, ghax dik il-lejla
Gorgi gie biex jiehu ahbar
ried jaf fejn kien joqghod Fairat
x'hin sar jaf rega' fis mar.
Fairat kellu 'l ohtu Elena
li kienet kuntrarju tieghu
xebba onesta, ghal tjubitha
xejn ma kellha x'taqsam mieghu.
Lejla wahda hdejha dahal
Fairat jixxengel u xurban
beda tant jitloba tbusu
b'hafna cajt, donnu bahnan.
Ohtu fis batitu jorqod
dak il-hin semghu hoss kbir
fuqhom dahal Mikiel u Gorgi
biex li ghandu jsir isir.
Fairat harab salva rasu
Gorgi ddispra ghax ma sabux
Mikiel karkar kull ma ghogbu
l-isfel telqu, u ma damux.
Qabel hargu Mikiel qabbad
il-palazz, u tah in-nar
meta telghu abbord qallu
b'dak li ghamel u b'kull ma sar.
Qallu wkoll li mieghu karkar
'l Elena u Fatma lsira taghha
Gorgi telaq fis ghal hdejha
biex bl-ahrax johoda maghha.
Izda hekk kif lemah 'l Elena
hass galbu tingibed lejha
din bdiet tkellmu tant bil-hlewwa
li ma xtaqx johrog minn hdejha.
Gorgi ghal Elena hass imhabba
li bhala ma kien hass qatt
mar fil-pruwa jippassigga
ghax ma ried juri lil hadd.
Ma Mikiel il-kugin tieghu
kien induna fil-mument
ghalhekk lilu baghtu hdejha
biex jarah b'xi mod kuntent.
Elena 'l Gorgi kienet qalet
kif hu jigi hu Fairat
minn omm wahda, Gorgi dbikkem
baqa' jhares bhal skantat.
"La tahsibx li Fairat hija"
kompliet tghidlu "le muhix
daka bin Marija ommok
ghaliex din ma qatluhix."
"Din Marija zewg tfal kellha
wiehed miet l-iehor Fairat
li serqulha minn ckunita
u lilu izjed qatt ma rat."
"Missier kien hadu b'ibnu
edukah u sew rabbieh
Kavallier ta' l-Ordni ghamlu'
biex fl-unuri hn jghollih."
"Billi ommi kienet armla
miasierek ha grazzja maghha
maghha tejjeg, hadha b'martu
bla ma ra d-disgrazzja taghha."
''Ah! Mulejja x'jiena nisma',
imma kif dan jista' jkun?"
ghajjat Gorgi kollu mbellah
jippassigga bhal mignun.
"L-akbar ghadu huwa hija?...
Hija stess?.... Kiefer destin!
Ghala, ghidli sa dal-granet
int hallejtna mifrudin?"
Safrattant il-kiefer Fairat
xambekk talab lis-Sultan
a armat telaq ghal Gorgi
sabiex joqtlu tant ferhan.
Mieghu dan bejn sema u ilma
kien intaqa beda n-nar
Mikiel lesta l-bahrin flokom
biex iwiegbu bl-isparar.
Ix-xambekk u l-bergantin
wara ftit gew zaqq ma' zaqq
bdiet battalja l-aktar kbira
bla gustizzja minghajr haqq.
Il-bahrin tal-bergantin
qabzu fis fuq ix-xambekk
li dan kien kmandat ta' Fairat
biex joqtluh meta raw hekk.
Izda Gorgi beda jghajjat
"la tmissuhx ghax daka hija
dak min ommi, ersqu lura
lilu ahfru minn kull htija."
Kulhadd skanta bi klierm Gorgi
u fil-pront dawna obdewh
qabdu jaghmlu xoghol iehor
u lil Fairat hallewh.
Meta dawna tornaw Malta
San Giljan marru flimkien
izda Fairat kif jithallas
beda jahseb f''dak il-hin.
Bl-ebda mod rna seta' jemmen
dak Fairat lix-xellerat
illi Gorg il-bdot bin ommu
li b'halibha stsss reddat.
Dahhal f'rasu li hija hlieqa
sabiex dawna jidhku bih
u min Gorg din kienet gejja
sabiex dana jidhak bih.
Ghaldaqstant fis ghal belt telaq
mieghu gabar xi suldati
bihom telaq lejn id-dwejra
sabiex lilhom is-salt jaghti.
Gorgi u Elena xejn ma basru
b'daka kollu li kien gej
bdew jifirhu b'imhabbithom
fl imghoddi ma hasbu xejn.
Hekk kif kienu qed jifirhu
Fairat gieb l-izbirri mieghu
lil Mikiel, lil Gorgi u l-Elena
hadu mjassra bl-ordni tieghu.
Fl-ahrax habs dawn gew mixhuta
lil Mikiel baghtuh Sqallija
dana harab u gie Malta
ma' Censu ghamel hbiberija.
Mieghu ftihem biex iharbu
lill-imseken Gorgi il-bdot
din l-affari irnexxitilhom
u l-kalzrier baqa' bil-lot.
Hekk kif Gorgi mill-habs hareg
ma' Mikiel fit-triq iltaqa'
sema' l-qniepen ta' San Publju
mewt ihabbru skantat baqa'.
Ried jghaddi gewwa l-knisja
sabiex 'l Alla jizzihhajr
talli kkonciedielu 'l grazzja
li mill-habs heles malajr.
Hekk kif dahal lemah tubru
u ma' dwaru 'l qassisin
fuqu tebut kien hemm jidher
u xi xemgha mixghulin.
Malli Gorgi sema' l-isem
tal-kadavru li kien fih
mieghu tghannaq beda jibki
zoptu miet hemm minnufih.
Kienet dik l-imsejkna Elena
li mietet qalbha maqsumha
fejn mal-mahbub Gorrgi taghha
taht it-trab din giet mirdumha.
Fairat ghex u kompla kiber
tant fil-gid u kemm fl-unuri
li hu mgholli ghal mewt t'ohtu
l-ebda darba ma mar juri.
Izda, issa tal-mewt tieghu
ma kienitx bosta fil-bghejd
u dil-mewt kienet qalila
li lil kulhadd tat x'ighid.
It-tifel ta' Marta kiber
mieghu kiber odju kbir
kontra dak l-infami Fairat
ghalhekk haseb x'ghandu jsir.
Lilu sab fi triq imwarba
bi stallett mejjet hallih
izda dana mill-gustizzja
arrestat gie minnufih.
Process ghadda, u mill-Qorti
dan ghall-mewt gie kkundannat
lilu ghalqu quddiem Marta
li fl-art waqghet x'hin hekk rat.
Resqu n-nies biex iqajmuha
meta rawha f'dak l-istat
izda Marta kienet mejta
lesta wkoll ghal taht it-trab.
Mikiel siefer biddel ismu
sabiex jehles zgur mil-lot
hekk spiccat l-istorja kollha
tal-qalbieni Gorg il-bdot. |