The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

L-Ahhar Mumenti ma' Habibi

Poezija miktuba minn
Ninu Attard "il-Bukkac"
10 ta' April 2002

 
 
 

Ma kienetx xi haga mistierja
Ta' kif uwrejt imhabbti
Ma-l-ikbar habib li kelli Bastjan Micallef
L-aqmu ir-Rabti

Iz-zmien l-antik mhux sa' nsemmi
Biex fit-tul ma' nohodiex
L-ahhar zmien li flimkien aghmilna
Dak zgur li ma' jintisiex

Erbatax il sena ghamilt Malta
Biex tigi lura il-hajra tghajtek
Xewqti kont qtajtli
Ghax l-Awstralja ergajt rajtek

Fiz-zmien li domna mifruda
Hdejk qatt ma' gejt 'bgita
Gejt lura u lejn xulxin ingbidna
Bhal hadida u kalamita

Il-hbieberija iktar zdiedet
U qlubna iktar tjiebu
In-nies bdew jghidu fuqna
Bhal ahwa qed ningiebu

Fl-ghana konna ghal pont niggieldu
Li ninfirdu qatt ma kenna hsieb
Lin-nies taghjna ezempju
Kif ghandom ikunu hbieb

F'darna kont gej u sejjer
Min familti kont mahbub
Bdik id-dahka jew tbissima
Il-veru kont tferraha il-qlub

Fost il-hbieb ta' Awstralja
Biex niehdu hsiebek int ghaziltna
Li ghamilna mieghak pattajtulna
Sinjuri konna w iktar aghmiltna

Bil-qalb kollha ac-cettajna
Il-kelma tajniek ahna it-tnejn
Kemm nixtiequ li ghadek maghna
U min tieghak m'ghandna xejn

Kemm flus l-abghna kilna u xrobna
Btelf jew rebh ferhanin
Mhux bhal daz-zmien tissa
Min ghajrek ahna mdejqin

Issa folja sejer naqleb
Fidi diga bil-maktur
Mahniex sa-ninsew iz-zmien tal-ferh
U l-anqas tad-dulur

Tas-sema lil-kullhadd issejjah
Kemm lil fqir anke lis-sinjur
Bqalbi mnikta dmuh f'ghajejja
Meta niftakar fl-ahhar tlett xhur

L-ewwel darba l-isptar hadtek
Ghar-rizultat ta' l-ispecjalista
Ghidtli ahbar ghandi hazina
U ghalija ghamel kulma tista

Zewg weghdied ghamelt mieghak
Li kont bezan in-notajtek
Wahda li nibqa niehu hsiebek
Sa l-ahhar nifs ta' hajtek

ghat-tieni darba ma' Mary u Doris
L-isptar int kellek tmur
Suppost dhalt ghal gurnata
U hemmek ghamilt l-tlett xhur

Sirt naf l'ohtok u ir-ragel taghha
Bintek u familta
Bkugini irgiel u nisa
Li qabel maghhom qatt ma ghamilta

Frank u Michelle u Britney
Mil-Kanada gew iz-zoruk
Bintek u Grieg Frank Ulisa
L-ahhar tislima gew jatuk

Ohtok Jessie u xi hbieb min Malta
L-isptar kienu icemplulek
Kienu dan il-mezz jaghmlu
Biex lil-qalbek iferhulek

Min kollox kont nivinta
Biex lilek inzommok ferrieh
Kullmin kien jigi iz-zurek
Is-sibek nadif u sabieh

Min xejn ma hallejniek nieqes
Jien u marti b'hekk kuntenti
Xi nies kienu jghidulek
Mieghek ghandek l-aqwa servjenti

Li ghamilna mieghek kollu min qalbna
Tpattijulna ma' stennejniekx
Il-marda ta' ugieh qawwi
Li ssofri bhija ma'hallejniekx

F-10 ta' April tas-sema sejjahlek
Eta' kellek sitta u sittin
Fl-annu li-2002
F'gheluq zmieni erba u hamsin

Funeral mil-l-isbah ghamilnielek
Qallu kien ta' sura ta' nies
Kemm il-qassisin id-dumu jezistu
Ghalik jibqa issir il-quddies

Din it-tieni weghda taghna
La l-bambin jisma lil ghajitna
Li wara mewtek nibqaw niehdu hsiebek
Sa l-ahhar nifs ta hajjitna

Ghax rispett dejjem gibtilna
U ahna nibqaw ingibullek
Ghax anke wara mewtek
Dak li jixraqlek nibqaw naghmlulek

Kull min sema dan il-kliem fuqek
Talba ghandu jghid ghalik
Grazzi lil kulmin l-isptar zarek
U lil kullmin rghefa fik

Fl-ahhar sitt ijiem ta' hajtek
mieghek kont norqod u in-qum
Ma' ridnix inhallik wahdek
F'dawk il-mumenti f'takart il-lum

Oh Bambin talba se nitolbok
Nahseblilha qed tistenna
Biex lil Bastjan u l-erwieh kollha
Tifthilhom il-bieb tal-genna.

Top - Fuq        Back - Lura