|
|
Kont nghix m'ommi,
w'ma missieri
Taht il-hakma kolonjali
Ligi wahda, minghajr raguni
isimawni sew, xi' grali
T' eta zghira w' innocenti
Nigri imgewwah ma' triqat
Minn tilghar, htaft hobza w'kilta
Malajr sibt ruhi arrestat
Ersaqt quddiem it-tribunali
Bil-ktajjen ghax l-anqas vdawni
L'Imhallef kisser il-pinna
Is-sentenza, jeziljawni
Fuq vapur marbut bil-ktajjen
Bhal brigant mitfuh go stiva
Ghall xhur shah sema' u bahar
F'din il-hajja mprekattiva
Dejjem nahdem u swat naqla
Jekk nieqaf ghal biex nistrieh
L'arguzin in-nerv ivenven
Minn jieqaflu gwaj ghalieh
Fl'ahhar wassluna fejn xtaqu
Dejjem bsaqajja marbutin
Gejt mitfugh go tinda ghal berah
Moghoddi b'wiehed mill-hallelin
Bdew ihaddmuni go foresta
Naqta ssigar ghall gejjieni
Nibni l-linji ghall ferrovijji
X'futur kelli jistennini
Kelli naghmel dak li jejduli
Ga-la-darba kont miskin
Jekk nirrifjuta bil-guh norqod
Inkella s-swat bil-frostin
Mur ghid l'ommi w'lil-missier
Kemm kelli insofri tbatijja
Sraqt hobza ghall biex nikola
Kont bil-guh ma' kelliex htijja
Iz-zmien ghadda inderri kelli
Dejjem nahdem ghall bararnin
Mhemx tama li-nara l'pajjizi
Familti minni mbieghdin
Sirt it-tifel ta' art imbieghda
Ferhet bijha bir-ragun
Haddmitni xoghol kella ghalijha
Ghax taghha sirt il-blanzun
U biex tidher aktar sabieha
Lilha dawwalt mid-dlamijiet
Biex ikollha aktar statura
Taghha sawwartom il-bliet
Sirt missier kabbart l'uliedi
U gmielu kiber il-progress
Kibret il-generazjoni
L'abbilta u ssuccess
Fil-bzonn taghha lili ssibni
Ghaliex wiehed mill-pajjuniera
Issa sirt t-tifel taghha
Anki inxejjer il-bandiera
It-tfal kibru Alla jberikhom
Minn kulhadd gew imfahhrin
Ghaliex tfal ta' pajjuniera
Minn ta-qabel imnisslin
Dawl u dlam, maltemp u bnazzi
Iz-zmien ghadda bhal buffura
Allejati bl'abbundanza
Pajjiz mimli bil-kultura
Warajja gew ucuh godda
Mibghuta biex jaghmru mieghi
Dawn ma gewx bil-ktajjen bhali
Kollha gew bis-sahha tieghi
Issa wara hafna anttinati
Tibdil mal-milja taz-zmien
Iz-zmien bi zmienu ghabbineni
Xieraq illi nkun naf minn jien
Ckejken gejt f'din l'art imbiegheda
Sintendi ghax eziljawni
F'dinha l'art li qieghed fiha
Jidfnuni fejn itturrufnawni
Memorji biss baqaw mieghi
U l'biki jidwi go widnejja
Sirt it-tifel ta' omm ohra
Bil-katina ma' riglejja
Fejnhom ommi u missieri
Dawk li warajja hellejt
Maghhom dejjem kont ghall qalbi
F'qalbi ghadhom lilhom le nsejt
F'dan iz-zmien minn jaf xsar minhom
Ahbar taghhom qatt ma' taghwni
Kull meta staqsejt ghalijhom
Qaluli li abbandunawni
Sirt il mahbub ta' omm ohra
Taghha sirt il vuluntier
Fejn tfittixni dejjem maghha
Ghax issa m'ghadnix strangier
Issa zmien ghadda, u hawn posti
It-tama biss fis-serhan
Minn ghajr isem, minn ghajr titli
Sirt nissejjeh Awstraljan. |