|
|
Ersqu hbieb halli
nghidilkom
x'ghamel bniedem velenuz.
nehha hajja ta' tarbija
minhabba l-vili flus.
Fl-annu elf u disa' mija,
is-sena kienet sittin,
go l-Awstralja gewwa Sydney
ma nstemghetx bicca bhal din.
F'Sydney ghamlu lotterija,
kulhadd jilghab ghax m'hemmx telf,
ghax jekk tahsel tigik tajba
ghandek cans tirbah mitt elf.
Certu Bazilju u martu Brigida
li ghandhom zewgt itfal zghar,
hadu biljett tal-lotterija
illi swielhom hwejjeg kbar.
Dawn imsieken ghall-gid ghamlu
biex forsi jsiru sinjuri,
tant hu veru rebhu l-premju
u flok ferh sabu duluri.
ll-familja kollha ferhet
meta x-xorti ffavoriethom
imma minhabba bniedem kiefer,
dizgrazzja fatali giethom.
lt-tfal taghhom tifel u tifla
fihom ghaxqa ghax helwin
ghax kienu jinhabbu hafna
kellhom jigu mifrudin.
Miskin dan kien tfajjel ckejken,
is-suggett kien fuqu stess,
ta' tmien snin veru innocenti
waqa' vittma ta' l-interess.
Kull filghodu jmur l-iskola
bil-bagaija ckejkna bhalu,
kont tisthajlu bambin ckejken,
mur ghidlu x'se jinqalaghlu.
Ftit 'il boghod mid-dar tat-tfajjel
kien hemm mara jmur maghha
kienet twasslu sa l-iskola
trikkbu fil-karozza taghha.
B'hekk ommu kienet kuntenta
illi t-tifel twassaihulha
qalet issa irbaht rebha
u dal-pjacir inpattihulha.
0 mara ma tilhaqx thallas
kemm it-tifel iwassluh,
ghax ir-rebha li rbaht issa
kemm sejra xxerridiek dmugh.
Ungeriz ta' qalb hazina
li nqala' minn taht ir-rih,
malli sema' b'din ir-rebha
hsieb ikrah beda jigih.
Mitt elf lira somma sbejha
nehdilhom hamsa u ghoxrin,
ikolli renta sabiha
biha nghaddi mhux hazin.
Leslie Presley kien l-isem tieghu,
id-demonju dahal fih,
ir-reghba tal-flus ghamietu
u dal-hsieb ried isolvih.
Sar qisu volpi mgewwah
idur mad-dar ghal xi taghrif,
it-tifel wehel ma' rasu
biex taraw kemm kien kattiv.
X'hin it-tifel mid-dar hareg
ghall-iskola ma' dil-mara,
miexi jghaggel bil-bagaija
qabdulu idu minn wara.
La tinhasdux, dal-kiefer bniedem
illi tifel tant gustuz
mar xehtu fil-karozza
sabiex b'hekk jakkwista l-flus.
Tefghu fil-bagoll ta' wara,
dabbar rasu minn hemm mar,
ghal xi hin baqa' jahsibha
kif se jcempel 'l ommu d-dar.
Sadattant l-imsejkna mara
qalet xi haga nqalaghlu,
ha mmur s'ghand ommu, xbajt nistenna
jekk mhux marid, xi haga gralu.
Ommu qaltilha, it-tifel hareg,
hawn kellha tibda t-tfittxija,
il-missier malajr gie mgharraf
u ndahlet il-pulizija.
Telefon id-dar cemplulha,
dan kien bniedem misterjuz,
qallhom biex tiehdu lit-tifel
tridu thallsu somma flus.
Il-missier malajr accetta
ghaliex hadha tant bi kbira,
qallu ghidii x'ghandi nhallas
"Gib hamsa u ghoxrin elf lira".
Qallu jekk thallas dis-somma,
lit-tifel tergghu tehduh,
u jekk terga' mill-kelma lura
il-klieb il-bahar jikluh.
Imma dan ghalxejn ma sewa
ghax inqala' hafna nkwiet,
sakkru fil-bagoll ta' wara
ma kellux arja, miskin miet.
Ghaziz ibni, x'kellu jigrilek
ma kienx biljett tal-lotterija,
gejt misruq minn gol-familja
nehhewiek hajtek bla htija.
ll-pulizija u s-suldati
damu granet ifittxuh,
wara sittax-il gurnata
tiett itfal mejjet sabuh.
Minnufih l-isptar ittiehed
biex lilu jezaminaw,
malajr giebu xi esperti
biex il-kaz jinvestigaw.
Sabu xall, qafla u kutra,
provi cari akkwistaw,
xaghar ta' kelba sabu mal-kutra,
malajr f'Leslie issuspettaw
lx-xaghar gabru b'reqqa kbira
ta' mal-kutra biex iqabbluh,
qabdu l-kelba ta' Leslie
jaqbel ma' taghha sabuh.
Lil Leslie akkuzaw b'hati
ghax il-kelba sabulu d-dar,
u spezzjonawlu I-karozza
fiha sabu I-istess xaghar.
U malajr haseb ghal rasu
ghaliex harab fuq vapur
li kien sejjer ghal Kolombu,
jekk jibqa' hemm jinqabad zgur.
Int ridt tahrab ghax qed tibza',
taraw x'taghmlu biex tiskappaw,
ma tilhaqx tasal Kolombu
ghax id-detectives indunaw.
ll-pulizija ta' Kolombu,
dawn malajr gew infurmati
b'vapur diehel fil-port taghhom,
fuqu ghandu bniedem hati.
Bl-ajruplan telqu minn Sydney,
ghaliex lilu lanqas fdaw,
biex malli l-vapur jasal,
u xhin jidhol jarrestaw.
Malli waslu telghu fuqu,
l-Ungeriz immanettjaw,
infurmawh bid-delitt li ghamel,
b'delitt lilu akkuzaw.
Guri ghadda sewwa Sydney,
U ta' qtil gie akkuzat,
biex jehies minn din l-akkuza
Leslie qala' avukat.
L-avukat tant irsistielu,
qallhom dan hati mhuwiex,
it-tifel miet b'kumbinazzjoni,
li se jmut dan ma stenniex.
ll-guri dam gimgha sejjer,
x'difiza ghamel l-avukat,
qallhom dan flus ried jakkwista
la ried joqtlu, lanqas tah swat.
ll-President l-indirizz ghamel,
dahlu gewwa l-gurati,
sabiex jaghtu l-verdett taghhom,
dak li jkun haqqu l-hati.
ll-Prim gurat il-verdett qara,
lilu sabu akkuzat,
il-President tah is-sentenza,
ghomru l-habs ikkundannat.
Wara tmien snin habs b'xoghol iebes
mar jaghmel il-kontijiet,
ghax fic-cella fuq zewg twavel
l-assassin tat-tifel miet.
Dan tmien snin il-habs kien ghamel,
il-grajja giet fil-final,
kastig ahrax ikun haqqu
min jabbuza fuq it-tfal.
ll-Bambinu kiteb l-istorja
u din mhux bic-cajt,
u t-taghrif ta' din il-grajja
mill-Awstralja akkwistajt. |