The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Is-Serqa l-Kbira

Somma ta' £126.740 Flus id-Dockyard
Hold-Up, Il-Guri u s-Sentenza

Miktubha Poezija minn
G. B. B.

 
 
 

IL-HOLD UP li minnu sejjer
Hawn nitkellem f'dal-ktieb taghna,
Mahsub kien style Al Capone
Jew ahjar, l-Amerikana.

Hdejh Ganon, siehbu Mannagga,
It-Tullier jew ix-Xuxana;
Il-briganti li fl-imoghddi
Kienu werwru l-gzira taghna.

F'salt jintfew, jidhru bhal zero
Ghad li dawn nies mill aghar,
Jidhru hdejhom qishom vavi
Ghax tal-lum il-gangsters kbar.

Ghal skud dari joqtlu bniedem
Bhallikieku kien haruf,
Izda l-lum il-gangsters taghna
Jittantaw serq ghal-eluf.

Ta' dan xiehda ser naghtikom
B'dan li hawn jien nikteb sejjer,
Li bhal din is-serqa kbira
Qatt ma nbasret f'dawn il-gzejjer.

Kien fil-ghodu, fix-xemx tisreg
Minn April tnejn u ghoxrin,
Truck tan-Navy bil flus b'kollox
Misruq gie f'telghat Kordin.

L-ahbar kergha f'Malta kollha
Xterted din f'lehha ta' berqa,
Gewwa l-hwienet, barra u gewwa
Kullhadd jghid fuq din is-serqa.

U kien hawn minn ippretenda
Li l-affari kienet qwappa
Ghax maghmula bl-akbar sengha
Irnexxiet u l-halliel skappa.

B'motor boat min jghid li harbu
Min qal taru bl'ajruplan
Min jghid haga min jghid l-ohra
Izda l-fatt kien hekk, hu dan:

Il-kaxxier b'eluf ta' liri
Mill bank telaq bl-ghassa mieghu.
Bla ma qatt dahallu f'rasu
Li hemm kar akkuda tieghu,

Tnejn minn nies fuq motor cycle
Bl-uniformi dawn liebsin,
Zammu t-traffku, tawh rott ohra
Miz-zewg truf ta' dwar Kordin.

Daqs mil boghod mill bieb tat-Tarzna
Nies armati b'tommy guns,
Misturin bil maskri f'wiccom
Qabzu fuqu bla tawh chance.

Il-kaxxier b'minn kellhu mieghu
Mnizzla gew mill hallilin,
Hadu t-truck b'heffa li taghggeb
U mn'hemm telqu mahrubin.

Kif l-ahbar ta' din is-serqa
Inaghtat, il-puluzija
Tahdem bdiet, sa l-ajruplani
Hadu sehem f'din it-tfettxija.

Il-misruqa truck instabet
Dik inhar f'truf Haz-Zebbug
L-ilsna hziena qalu: l-koffa
Vojta sabu bla zarmug.

Imma dawk l-ificcu kellhom
Lill halliel jew hallilin,
Ghad li kellhom ga xi xamma
Dahqu b'dawn, baqu siektin.

Ghax in-nies li tippretendi
Illi tifhem f'kull ma tara,
Kellha bzonn tifhem bi kliema
F'dawn il-hwejjeg taghmel hsara.

Mhux le' hekk il-puluzija
B'ghaqal kbir trid timxi din,
Taf kif ghanda tahdem, tfittex,
U tarresta sew fil hin.

Kif taraw il-puluzija
Ta' hilithom xiehda taw,
Il-flus sabu fl'art midfuna
U l-min seraq arrestaw.

Bdew biex xandru di l-proklama
Li din xterdet minnufieh,
Li min jaghti taghrif tajjeb
Hames t-elef hemm ghalieh.

M'ghaddiex zmien in-nies bdiet tpacpac
Beda l-kliem mill ghonja fqar,
Min ighejd haga, minn jivvinta
Bla ma hadd jaf sewwa x'sar.

Min ighejd arrestaw sitta
Bdew isemmu l-ismijiet,
Izda in-nies tal-puluzija
Baghqat tahdem fost is-skiet.

Fejn Bieb Rohon, hemm sqaq dejjaq
Kollu gebel ftit mahmug
Li kif tohrog minnu tibda
Trieq ir-Rabat - Haz-Zebbug.

Fejn razzett tan "Nabbu" mlaqqam
Li jinsab f'din li sqaq sew
Sewwa sew fejn it-truck sabu
Lil-gangsters hemm hallew.

F'ghalqa qrib nstabet kaxxa
Bi tmient elef erbgha mija,
Ma din sabu ukoll xi xkejjer
B'flus tal-fidda dawn mimlija.

Dawk li l-ewwel qalu s-serqa
Kienet gwappa tant ghollew
Lil min seraq, qalu: bdabad
Ghal fejn hemm it-truck hallew?

Gara dan ghax fin-nofs sabu
Kerettun li jimpedihom,
Bezghu ukoll li l-ajruplani
Li lemhuhom jnizlu ghalihom.

Kien li kien, gara li gara
Skuza hadd ma jista jsib,
Dawk li jafu bosta, qalu:
Lix-xitan m'ghandux halib.

L-ghada nstabu flus, flus aktar
U nkiser hawn is-skiet,
Sirna nafu li l-puluzija
Li taqbadhom irnexxiet.

Dak l-instab u l-arrestati
Inghejduh bi precizjoini,
Kif intqal fil qorti taghna
X'hin ghaddew kompilazjoni:

Il-habrieki Sup: Calleja
Bin-nies tieghu la pajzana
Illi ghandna nies kapaci
F'din il-hidma xiehda tana.

Dana resaq geww l-Qorti
B'din is-serqa mixlijin,
Biex isir thaqqieq bir-reqqa
Dawn in-nies li hawn gejjin:

Cassar Gerald mill Furjana
Ma f'Hal Qormi ghandu d-dar,
Tas "Senduq" imlaqqam dana
Ghandu parti f'kull ma sar.

Salvu Fenech iz-Zebbugi
Dan imlaqqam "Kartabus"
Zaghzuh jahdem gewwa r-raba
Li bhal shabu gie meqjus.

Ta' "Mintiera" M. Cardona,
Bhala driver impiegat,
Li sehem kellu f'din is-serqa
Maghhom ghadda magistrat.

Joe Cachia, mastrudaxxa
Ta' "Litanja" jew "l-Indjan"
Bin Luretu gie bhal shabu
F'din is-serqa mixli dan.

Gambin Ganni ta' "Kulajru"
Driver, mixli maghhom dana,
Li sehem kellu f'din is-serqa
Illi reghxet Malta tghana.

Kien hemm maghhom wiehed Ghawdxi
Certu Ganni Buttigieg
Izda l-dan tawh il-proklama
Ghax ghal haqq dan kien jinhtieg.

Li semmejna gew mixlija
Li f'April tnejn u oxrin,
Serqa wettqu bi vjolenza
Xi mil bghod minn bieb Kordin.

Magistrat kien Doctor Grima,
Stharreg xiehda, lok, strumenti
Wara dan l-Attorney General
Bghat ta' dawn l-inkartamenti.

Ghaddew sebgha xhur ghal Guri
Gew il-gangsters imressqin,
Bhala mhallef Dottor Harding
U l-gurati maghzulin.

Dott. Reynaud quddiem il-Qorti
Jixli mar lill dawn b'hatjin,
Fisser car dak li gara
Minn da l-hamsa li gejjin:

Cassar Gerald, Salvu Fenech,
John Gambin, Joseph Cachia,
Li b'Manwel Cardona maghhom,
Ghamlu s-serqa imsemmija.

Ghal Cassar deher Dottor Magri
Xerri ghal Fenech, u Gambin
Ghandu l-Flores, hemm; Ganado
Ma Caruana lkoll tajbin.

Cassar, Fenech u Cardona
B'Studebaker kienu marru,
Jistennew it-Truck armati
U l-insteraq fuqu garru.

Dawn lit-truck fejn il-pitkali
Huma marru jistennew,
Saqu wrajh it-triq tal-Marsa
Fejn Kordina lill dan ghaddew.

X'hin dehrilhom li l-lok tajjeb,
Triq it-truck bil kar ngumbraw,
B-armi f'idom, maghmmed wiccom
U zewg tiri hawn sparaw.

Guz Cachia bosta drabi
Kien intaqa ma dan-nies
Kellhu dan jzomm it-traffku
Biex is-serqa issir bil qies.

Huwa kien li ftihem maghhom
Kif u fejn il-flus jahbuhom;
Thom taghrif fuq din is-serqa
U kif dawn il-flus jaqsmuhom.

Gambin Ganni kien li qallhom
Kif it-truck ikun skurtat
Thom dettalji ferm precizi
Ghax fid-Dockyard impjegat.

Dan mhux darba t-truck l-insteraq
Bhala driver kien isuqu,
Kien jaf sew kemm tkun is-somma
U kemm nies ikollhu fuqhu.

Bhal mhu soltu d-domanda
Saret hawn lid-difensuri,
Wigbu dawn ebda eccezzjoni
Hadd gha issa m'ghandu x'juri.

Wara dawna il-mixlija
Stqarru l-huma m'hux hatjin
Hawn il-Qorti ghajtet l-ghazla
Tal gurati ssir fil-hin.

Wara tliet tijem ta' guri
Tal mixlija l-avukati
Id-difisa bdew; warajhom,
Qam l-Imhallef lill gurati.

Jindirizza, biex il-punti
Minn tal-ligi jfhmu sewwa,
Spicca dan, ghal verdett taghhom
Il-gurati dahlu gewwa.

Meta hargu, l-verdett dawna
Lill-Imhallef presentaw,
Ghaldaqstant din is-sentenza
Inaghtat, kif ser taqraw.

Cassar Gerald, bil-hard labour,
Hdax il-sena u nofs Kordin,
Fenech hdax, ghaxra Cardona,
U l-barra mar Gambin.

Guz. Cachia laqqat hdax il-sena
Ghax dawn biss kienu hatjin,
In-nies harget tara l-GANGSTERS
Lejn il-habs flimkien sejrin.

Ikun gid jekk dak li qrajna
Li jinzamm bhala tifkira,
L-izzom boghod min dak il-vizzju
In-nies kollha ta' di l-gzira.

Top - Fuq        Back - Lura