The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Ir-Re

Miktub minn
Vincent Carabott "Il-Bukku"

 
 
 

Hawn ingbarna lkoll ferhana
Go dal-gnien kbir u sabih
Biex insellmu lill-Bambinu
Ghax ta' min jiftakar fih.

Jien nitlobkom biex tiftakru
U ngibulu ftit rispett
Ghax hu kien ir-'Re tal-Ghana'
Jiehu kollox bi'-Zufjett.

Fuq Kelinu il-Bambinu
Jien se nghanni dawn l-ghanjiet
Huwa kien ir-'Re tal-Ghana'
Bully fost il-Bulijiet.

ll-Bambinu kemm kien jghanni
Jghanni w jahdem daqs attur
Kulhadd lilu kien ihobbu
Kien ghannej u xalatur

L-Karnival kien tant jistenna
Shabu dlonk jakkompanjawh
Lejn il-Belt arah jerhilha
B'hafna jigru jisimghuh

L-ghaxqa tieghu li jiccajta
Kien ipaxxi lil kulhadd
Huwa kien ghannej mill-aqwa
Jferrah biss, ma jdejjaq qatt.

Ghannej qawwi kien Kelinu
Min kulhadd zgur kien mahbub
Meta lehnu kien isemma'
Ferh inissel f'hafna qlub

ll-Bambinu kien ihobbni
Lili mieghu kien igorr
L-ewwel il-Buskett jehodni
Il-Qajjenza w San Girgor

Min madwarna kien jingabar
Jisghobbih ghax il-hin sar
Ghax kulfejn kien il-Bambinu
Il-hin jidher li jkun tar.

Kien Kelinu ragel twajjeb
Bl-ghana kien ihobb jiccajta
Il-Qajjenza konna nghannu
Fejn it-Torri qrib ix-xtajta.

Bil-kappell u bil-kitarra
Ezatt kienu n-nies jafuh
Fiz-Zejtun monument ghamlu
Biex lin-nies jibqghu jfakkruh.

Tghidx kemm ferrah tfal u nisa
Guvintur, irgiel, xebbiet
Issa s-Sema ghogbu jsiehlu
Jghanni 'l angli fis-smewwiet

Dan Kelinu m'ghadux maghna
Izda zgur ta' min ifahhru
Ghax hu kien ta' l-ghana xempju
Kulfejn jersaq kien isahhru.

Mar l-Awstralja kemm - il darba
L-ghaxqa tieghu jghanni maghhom
L-emigranti lkoll nghidilhom
Fih jiftakru fit-talb taghhom.

Nirinngrazzja 'l tal-kitarri
Maghhom lill-prezentaturi
Biex lil hadd ma nhalli barra
Inzid lilkom spettaturi

Naghlaq billi jien nghidilkom
Li l-Bambinu superjuri
U jixraqlu ta' kull sena
Li naghmlulu bukkett fjuri.

Top - Fuq        Back - Lura