The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Il-Karnival Malti

Poezija miktuba minn
Ninu Attard "il-Bukkac"
Dedikat lil Karmenu Isso

 
 
 

Il-karnival fiz-zmien ta' dari
Beda fl-elf hames mija hamsa u tletin
Zmien il-kavallieri ta' San Gwann
Kien u jibqa' l-isbah festin

Kienet tkun sena ahjar min ohra
Dam zmien biex jitrawwem
Zmien li tiekol tixrob u tixxala
Qabel ma jigi is-sawm

Kemm f'Malta u f'Ghawdex
Dan l-attivament baqa' jsir
Min ftit ta' granet qabel
Ma' jigi l-ghid il-kbir

Tibda tisma' xi daqq u Ghana
Kant daqq u zfin
Mil-baned xi zewg marci
B'hekk ma' tarax ghaddej il-hin

Kull fejn thares maskarati
Issib xi wiehed lilek ihejjem
Tara karrijiet u karozzini
Karettuni u anke bhejjem

Missieri il-belt kien jhodni
Kont iz-zghir dejjem ma' saqajh
Bin nies ma kontx nista', nara
Kien itellani fuq spallejh

It-temp kien bla kopja
Daqqa xita bard jew ksieh
L-aqwa li nara kollox
U lejn id-dar immur ferrieh

Karmnu Isso kien jaghmel xi karru
F'Hal-Luqa u il-belt lilu juri
Dar-ragel kien ghalimni
Kif bil-karti naghmel il-fjuri

Mijiet ta' fjuri bdejt naghmel
Ghax sirt veru ppratikat
Dak iz-zmien li kont tifel
Ukoll kont nilbes ta' maskarat

Kont nilbes hwejjeg ikbar mini
Xi qafla flok cinturin
Qmis qalziet u sidrija
U l-mustacci imgebdin

Xi maskra tghallimt naghmel
Bil-kulur kif irrid jien
Biha kont nigri fit-toroq
Imbezza' lil bniet u is-subien

X'memorja qed ingib bhal issa
Kienu mumenti sbieh ghalija
Meta lili kienu jaghrfu
Flok jibzaw jidhqu biha

Qabel Karmenu jispicca il-karru
Nibda' nitlob li jghazluni
Biex fuqu niehu parti
Ommi u missieri kienu ihalluni

Parti min figura kont incaqlaq
Xi id jew sieq inkella ras
Min fejn konna naghdu
Kullhadd jati kas

Kemm konna inkantaw fuq il-karru
Ghal dax-xoghol mahluqin
In-nies kienu jghidu dan sa' jirbah
Il-Karru tal-Halluqin

Zaqqna vojta nixfin grizmejna
Niebghdu nghidu hdimna ghal-lasta
Fl'ahhar Karmenu kien jismana
U jgibielna xi Kinnie u pasta

Kemm kienu iz-zejnu il-karozzini
Bil-fjuri tal karti kull kulur
Iz-zwiemel nodfa u imzejna
W'il-veru kienu ta valur

Il-bdiewa wkoll kont tara
B'xi hmara u karettun
Warrani xi gidja jew moza
Bi xniexel u il-fjuri bhal flawtun

Karmenu jghasses karrijiet ohra
Fuq karta jiehu xi noti
Pjazza Liberta konna nidhlu
Biex jigu moghtija il-voti

Fdak il-hin tal-voti
Ma' Karmenu mhemmx cajt mieghu
Kullhadd kien jibda jitlob
Li jirbah il-karru tieghu

Nies ta' kull eta kont tara
Jippartecipaw fil-parati
Ghax il-karnival huwa festa
Ta' xalar u maskarati

Dmugh iqattar b'din nostalgija
Il-memorja ingedduha
Qed niftakar li qatt ma' rbahna
Inhoss li ghandi qalbi migugha

Sa' tintemm din il-poezija
Il-bazi tal-festa mini intqal
Zgur li qatt ma jintesa
Daz-zmien tal-karnival....

Top - Fuq        Back - Lura