|
Habib kelli li l-habs
wehel
U darba ghamiltlu zjara
Dan il-kliem lili qali
Meta lilu jien mort nara
Waqt li dal-kliem qali
Bid-dmugh niezel minn ghajnejh
X`kien qed ihoss jiena stajt nifhem
Ghax wiccu heba bejn idejh
Biex inpaxxi l-hbieb tieghi
U nurihom sincerament
Li jiena veru habib taghhom
Ksirt is-seba kmandament
Ma haristx lejn il-familja
U t-trobbija li rabbewni
Dik il-kura li kkurawni
U mhabbithom dejjem urewni
Kif kien mimdud fuq is-sodda
B`ghajneh miftuhin
Beda jitbissem u jidhak
Fis-siegha w`il-hin
Lis-saqaf tac-cella tieghu
Fi stampa jarah jinbidel
U jara lilu nnifsu
Meta kien ghadu tifel
Bil-qieghda f`hogor missieru
Jilghablu ma xaharu
Mill-banda l-ohra missieru
Qieghed jgharaxlu dahru
Hemm ukoll jara
Lill-ommu ddur bih
Dak il-hin minn ghajnejh qabzet
Demgha kbira minnufih
Dik l-istampa bdied tinbidel
Ghax issa dahal f`dik l-eta
M`ghadux naqra ta tifel
Irid ighix fil-liberta
Is-saqaf beda jiddallam
Fuq hajj`ohra waqa l-hsieb
Ma jridx johrog ma missieru
Irid jibda jmur mal-hbieb
Telaq mid-dar u mar ghal rasu
Ma riedx min jghatih parir
F`dik ic-cella issa nduna
Xi zball ghamel kemm kien kbir
Jiddispjacini hafna ghal-ommi
Ghax b`dan zgur qalbha ksirtilha
Ta kuljum jien hsiebi fiha
U kultant nibda nghajtilha
Dak il-hin gietu ndiema
W`is-saqaf tac-cella ccara
Gharkuptejh fuq l-art nizel
U beda jitlob bil-hrara
Minn dak il-jum l` quddiem
Baqa jitlob lill-Bambin
Li dik l-indiema tieghu
Ma tkunx biss ghal dak il-hin
Go qalbu beda jhoss certa heffa
U tant hassu ferhan
Nesa li ghadu fic-cella
Li tefghu fiha x-xitan
Wehel il-habs ghax kien seraq
U mhux ghax ghamel xi delitt
Ghalhekk ta kuljum jitlob
Biex subajh izommu dritt
Issa l-hin beda riesaq
Biex ikun hallas dik il-htija
U lura ghand ommu jirritorna
U jghix hajja ghaqlija
Wara li mill-habs hareg
Beda jghamila mal-qassisin
Issa dal-habib tieghi
Jinsab patri Kapuccin. |