|
|
Thajjart niehu li stat
tieghi
ghax guvni bhal ohrajn.
izda xtaqt li niehu xebba
li nharisha minn kull ghajn.
Ma rridiex jekk twila bosta
ghaliex zgur ma naghmlu xejn,
ma ghall' inqas ikun fiha
ftit tul taghha xi qabstejn.
Ma rridiex qasira u hoxna
ghax ma fiha l-ebda sura
din tkun trid takkuna gholja
biex fil-hrug taghmel figura.
Minn gol-belt jien le ma' ridta
ghaliex din thobb ir-rambagg
ghal zewg passi naghzel wahda
tifla sewwa mill-mandragg.
Ma x'jien nghid? kemm jien iblah
din tkun thobb tilbes l'indjana,
l'ahjar haga nibghad nohtob
xi xebba minn gol-Furjana.
Ma qieghed naghmel hmerija
ghaliex din thobb t-izzuffjetta
ghal zewg passi naghzel wahda
mic-centru ta' Balzunetta.
Ma min jaf naghmlux xi haga
kull sitt xhur tkun trid zarbun
le, le, le, raga bdieli
naghzel wahda mill-Hamrun.
Imma hej dawn jatu bl' armi
ma rridx nigi f'xi taghsida
l'ahjar haga nibghat nohtob
tifla sewwa mil-Imsida.
Targa dawn kollha ambizzjusi
ma jafux x'inhija ndiema
l-ahjar haga nibqa sejjer
naghzel wahda minn tas-Sliema.
Dawna hej kollox la ngliza
spiss jitkellmu bit-taljan
ghal zewg passi naghzel wahda
mir-ramla ta' San Giljan.
Imma dawn kollhom namrati
kliemhom dejjem gieb il-hsara
min jaf kieku nibghad nohtob
xi tifla minn Birkirkara.
Imma dawn il-bicca l-kbira
fit-trizza dejjem mohlija
ghal zewg passi nibqa sejjer
naghzel wahda minn Hal Lija.
Imma hej ghal-laring dawna
lir-ragel jaghmlu bahnan
jikkmandawh isaqqi s-sigar
sew bhal dawk ta' Hal Balzan.
Ghaldaqstant minn dawn l-irhula
inhossu jaqbadni l-bard
min jaf kieku nibghat nohtob
xi wahda minn H'attard.
Ta' H'attard is-seracini
hekk nismaghhom jghidu bosta
l-ahjar haga nibqa sejjer
nohtob wahda minn gol-Mosta.
Targa dawn kollha ballata
jghannulek, lejl u nhar,
raga, bdieli I-ahjar naghzel
tifla sewwa minn Naxxar.
Imma dawn ihobbu l-bini
uff kif gbajt haqq il-minghum
kif jien hawn nibqa sejjer
bil-hsieb tieghi Hal Gharghur.
Dawn ghat-tewm issibhom biezla
dik ir-riha tisturdini
min jaf kieku naghzel xebba
toqghod qrib lejn is-Salini.
Dawn ghal melh biss imsemmija
jien mhux ghax irid niftahar
aktar kieku tkun ghal qalbi
xebba minn San Pawl il-bahar.
Imma dawn ghal hut jinqalghu
u jien nobghod din ir-riha
eh pacenzja naghzel wahda
tifla sewwa mill-Mellieha.
Kos ga bdieli ghaliex dawna
ghadhom ta' zmien il-musbieh
tghid ninqdew jekk jiena nohtob
tifla sewwa miz-Zebbieh.
Imma n-nisa ta' dar-rahal
dilettanti wisq tal-garr,
ghal zewg passi irrih nittanta
naghzel wahda mill-lmgarr.
Mill-Imgarr le le marrida
ghaliex din ma tkunx sabiha
min jaf kieku nibghat nahtob
xi wahda minn Ghajn Tuffieha.
Fejn mort b'rasi kemm jien iblah
din ir-razza stuza u fina
l-ahjar haga nibghad nohtob
xebba sewwa mill-Imdina.
Imma dawn pallidi u muti
maghhom zgur qatt ma nintrabat
ghal zewg passi nibqa sejjer
naghzel wahda minn gor-Rabat.
Targa dawn wisq partitarji
x'uhud jatu bl-istallet,
l-ahjar haga nibqa sejjer
nohtob wahda mill-Buskett.
Tal-Buskett targa hag'ohra
xejn ma nsibhom addattati
halli mmur sa go Had-Dingli,
u s-salt ghal xebba nati.
Ma dir-razza xejn ma naghmlu
ghaliex hsiebhom fil-maktur
kif jien hawn ghal gos-Siggiewi
naghzel xebba irrid immur.
Siggiewin anqas joghgbuni
ghax ihobbu iz-zermug
ghal zewg passi nibqa sejjer
xebba nsib go Haz-Zebbug.
Ma minn dawn jien nibza bosta
ghax ihobbu d-deheb tghid ommi
l-ahjar haga nibqa niezel
naghzel wahda minn Hal-Qormi.
Targa dawn kollha ghaggiela
l-imhabba tigihom qarsa
min jaf hej naghmlu xi haga
jekk naghzel wahda mill-Marsa.
Dawn bil-faham spiss jiggemdu
ghas-sapun hajithom mahluqa
gieni hsieb li naghzel xebba
li tkun sewwa, minn Hal'Luqa.
Imma dawn ma jridux lili
ghax fil-gebel ma nahdimx
f'Hal-Kirkop tghid insib wahda
tghodd ghalija ma nemminx.
Dawna kollha rashom iebsa
ghal kull xejn lilek toffendi
l-ahjar haga naghzel xebba
li tkun sbejha minn gol-Qrendi.
Dawn ghaz-zibel imsemmija
ghalhekk zgur din tkun mahmuga
gieni hsieb li nibghat nohtob
xi xebba minn Birzebbuga.
Ghal arznell dawn imsemmija
maghhom jiena ma naghmel xejn
miz-Zurrieq qighed nithajjar
naghzel wahda ghal passejn.
Imma dawn demmom wisq biered
ma jafux x'inhija mhabba
l-ahjar haga nibqa sejjer
naghzel wahda mill-Imqabba.
Dawna ghandhom difett iehor
kull minn tara kullhatt hafi,
le, jahasra rega bdieli
ahjar xebba minn Hal Safi.
Imma dawn kollha skrupluzi
dejjem jieklu hobs u zejt
minn jaf kieku nohtob wahda
minn gol-Gudja gbin xi tghid?
Targa dawn ghan-newl jinqalghu
u bix-xoghol imhaddnin
nghid l-ahjar immur Hal Ghaxaq
naghzel wahda minn hemm gbin.
'Ma l-Axqin ihobbu l-bombli
ohrajn hsiebhom fiz-zappun
ghal zewg passi nibqa' sejjer
naghzel wahda miz-Zejtun.
Targa dawn sieqhom catta
u fix-xemx issib it-tokk
kif jien hawn ha nibqa' niezel
insib xebba minn Marsaxlokk.
Ghall arznell dawn la jinqalghu
jien inhobb wisq il kappar
mela halli nibqa' sejjer
xebba insib minn Haz-Zabbar.
Targa dawn l-anqas joghgbuni
ghaliex ibieghu ir-ravanell
lilhom tara gol belt jigru
u bl-ghajjat jaghmlu irvell.
Mill Kalkara naghzel wahda
ghaliex hemm hafna tfajliet
imma hej bil moqdief f'idhom
spiss jaghmlu il kallijiet.
Minn gol Birgu anqas ma irrida
ghaliex dawna gelledin,
ghal kull xejn johduha mieghek
ghalkemm maghhom tkun hanin.
Jekk jien nibghat nohtob Bormla
zgur jibdieli x'wahda din
ghaliex kif nimsahhom jghidu
li ta' Bormla hallelin.
Min jaf l-lsla nsibux wahda
li jien maghha ma nbatix
imma dawn kollha fahhara
u fit-triq spiss jarmu ir-rix.
Min jaf hej naghmlux xi haga
jekk immur sa Hal Tarxien
insib xebba tifla sewwa
sew kif tant nixtieqa jien.
Targa dawna nies suppervi
ikolli naghmel kull ma trid
le, le, le, ga raga bdieli
halli immur sa Rahal gdid.
Dawna in-nies kienu ghogbuni
tfal andanti tant helwin
imma hej id-difetti taghhom
hu li kollha midjunin.
Fejn fadalli immur naghzel
ghax emmnuni li ghejjejt
sabiex naghzel tifla sewwa
ma tul Malta jiena grejt.
L-ahjar haga immur sa Ghawdex
ghax hemmhekk nilqeda zgur
dawn issibhom tfal tal galbu
ma jafux x'inhu namur.
Imma hej sgur qalbi tghidli
mar-Rabtin ma naghmlu xejn
dawn ibighu ic-combini
u jobghodu wisq id-dejn.
Jekk mill-Gharb jien nibghat nohtob
dina zgur ma toghgobnix
ghaliex hsiba biss fir-raba'
u bla dubju ma tohodnix.
Min-Nadur kieku toghgobni
imma dawna stusi wisq
kull min hemm fettillu izzewweg
qatt ma sab mal mara risq.
Mix-Xewkija ukoll toghgobni
ghaliex dawn ghandhom il flus
imma hej il flus li ghandhom
izommuhom gol-karus.
Minn Sannat jekk jien niehoda
din tqabbadni il mohriet
ghaldaqstant ma tghoddx ghalija
ma nhobbhomx il hmerijiet.
Jekk iz-Zebbug immur infittex
tifla sewwa li tkun bhali
zgur li le niftihem maghha
ghaliex din thobb il majjali.
Ta Ghajnsielem m'humiex hziena
imma hej ihobbu ix-xemx
tista' timbukkali deni
li gwaj bhalu zgur li m'hemmx.
Minn go Marsalforn naghzilha
targa dawn wisq ghazzenin
minnhom xejn ma tiehu sewwa
ghaliex kollha maqlubin.
Jekk mill Qala naghzel wahda
ftit indum inghammar maghha
il gurnata kollha igergru
ma naqbilx fil fehma taghha.
Gewwa Kercem hemm fejn naghzel
tfal onesti, tfal biezlin
imma ihobbu wisq jiggieldu
maghhom zgur ma naqbilx jien.
Mela narga indawwar dembi
l-ghaliex jiesi jiena qtajt
s'issa dortlok Malta u Ghawdex
u bil-giri jiena gbajt.
Xtaqt li kieku niehu b'marti
tifla sewwa tkun modesta
targa din tkun thobb il modi
u ngawdiha qatt ma nista'.
Jekk jien nibghat nohtob
din dbati bil kallijiet
u kulltant tahraqli it tewma
u tibdieli il hmerijiet.
Jekk nohtob wahda hajjata
tkun dbati bid-dehsijet
tibda tishar filghaxija
u dbakkar mid-dlamijiet.
Is-Sefturi trajdituri
ghaliex kieku dawn jghogbuni
imma hej huma qarrieqa
u bil-ghali jeqerduni.
Mela inrodd salib ghall wicci
u l-ahjar biex nghix ghal kwiet
u nghix hajja religjuza
nidhal ajk mal Patrijet. |