| |
Ersqu hbieb halli tisimghu
Storja vera, fil-maghluq;
Fejn il-hati tintemm hajtu
Imdendel, b'gismu mitluq.
Sew widnejkhom, nixtieq tifthu
Biex f'mohhkom ma' taghmlux hsara;
Kurzità darba jien kelli
Li' l-forka, immur nara.
Dan ic-cans darba jien kelli
Li' l-forka ‘mmur inzur,
Ghamilt kuragg lili' nifsi
Biex il-forka nara ‘mmur.
Kont qieghed nahdem xi kotba
Lestejt kollox u mort bil-kwiet;
Sa' ma wasalt , hdejn il-forka
Kemm ghaddewli, hsibijiet.
Ghalkemm xewqti ridt naqtaghha
Fuqha ghamilt, l-indikazzjoni,
Li sa nghid wettaqtu kollu
Ghalkemm dejjem, b'kumbinazzjoni.
W'issa la' taghjtkom il-bidu
Oqoghdu daqsxejn attenti;
Ha' nghidilkom, x'rajt b'ghajnejja
Fost biza’, w'hafna turmenti.
Kienet gurnata sabiha
Sitta t'April, kien ix-xahar;
Fettilli nitlaq mill-kcina
Dan ftit qabel nofs inhar.
Kien il-waqt, li naqta' xewqti
X'kont il-forka qatt ma' rajt;
Kif dhalt gewwa l-bard qabadni
Lili ‘nnifsi, mpressjonajt.
Ghajnejja tfajt, fuq il-forka
Ghid' ta' xejn hawn titlob l-ghajjut;
Bir-reqqa kollox bdejt nosserva
Ghidt, ara l-bniedem biex imut.
Ha' nibda’, niddiskrivijha
Ghax kont bhala, qatt ma' rajt;
Emmnuni, li kif dhalt gewwa
Ta' l-ghageb, hassejtni nblaght.
X'hin tal-forka, tlajt it-tarag
Sabiex lilha sew inzur;
Hekk kif rajt, il-liver hdejja
Bdejt insir, minn kull kulur.
Gietni xewqa, b’idi ‘mmissu
Mill-ewwel lill xewqti qtajt;
Missejtu xi ftit caqlaqtu
Maz-zaqzieqa, tieghu kemm bzajt.
Fuq fin-nofs, ghandha imdendel
Katina hoxna mhux hazin;
Kull wiehed li daq il-forka
Tista’ tghid li hu miskin.
Hassejt lil, qalbi tinafas
B'dak kollu li rajt hemm gew;
Min jaf dawk li daqu l-forka
Qabel ghalquhom, kemm sofrew.
Minn wara dik l-esperjenza
F'kamra ohra, ergajt dhalt;
Rajt kull access, li jintuza
Hsieb kurjuz, f'mohhi dahhalt.
Ghax il-kurzità ghelbitni
Ftaht armarju, w'xejn ma qistha;
Ingassa bid-demm imcapsa
U f'ghonqi lilha ‘lbistha.
L-ingassa issikkajt naqra
Il-ftit li xejn li mhux iz-zejjed;
Waqaf nifsi, kont sa nifga
Kwazi ghaddejtni, digà mejjet.
Inzajtha minn ghonqi nghaggel
Hsibtni mejjet digà lest;
Qbadt maskra, li juza l-bojja
Go rasi lilha, ilbest.
Rajt cinturin, f'qaddi lbistu
Ghax hekk xtaqt u ma' qist xejn;
Ghandu zewg cineq fuq wara
Biex maghhom, jorbtu l-idejn.
Kull ma jintuza, bqajt nipprova
Biex nilbishom, bdew jghannuni;
Ersaqt fejn, jiffagwllawhom
Biex bhalhom, maghha jorbtuni.
Rabtuli jdejha - u saqajha
Sallbuni, f'erbgha bicciet;
Galthom jaqbdu, l-frosta fidhom
Biex nipprova id-daqqiet.
Fuq dari qlajt daqqa wahda
Biex nara, x'ihnu l-effett;
Tremend, l-ugigh li hassejt f'dahri
Qishom qattghuni, b'xi stallett.
Daqq ohra ma' flahtx ghaliha
Stordejt bqaght diehel fil-bibien;
Imma qabel, hrigt il-barra
Mort biex nerfa’ il-pizien.
Li jintuza bqajt nipprova
Dan dejjem, bil-volontà;
Biss bil-galbu u prudenti
Im'hi tiehdok, bis-serjetà.
Tal-forka, nzilt it-tarag
Hawnhekk, jigi isfel nett;
Fejn hemm kaxxa, twila w'sewda
Din, tahbat il-katalett.
Xtaqt lill, dan ukoll nipprova
Ghall ftit, hin ghamilt go'fih;
Bdejt nahseb , li f'qabar qieghed
Fejn qatt ma’ jispicca l-qiegh.
Sibt bandiera ir-rumblata
Li' kienet kbira mhux hazin;
Din tintuza, bhala luttu
Ghal dawk li jghidu mghalqin.
Qbadt indur ma' l-ahhar kamra
Biex nara, sew fejn qeghdin;
L-ismijiet, ta' dawk l-imsejkna
Li ' hemmhekk, gew meqrudin.
Mel' issa sa nibda’ storja
Kemm kemm, zghira differenti;
Ha' nghidilkom, dawn min kienu
Oqoghdu, daqsxejn attenti.
L-ewwel wiehed kien Guzeppi
Grech kunjomu, minn Naxxar;
Akkuzat, li lil huh qatel
F'Malta qanqal, gha mill-kbar.
Sabiex tajjeb nispjegalkhom
Trid tiehu, bilfors fit-tul;
Salvu Grech min huh Guzeppi
L'ghajta harget, gie maqtul.
Hamsa t'April, elf tmien mija
Is-sena, hamsa w'ghoxrin,
Sar delitt, ta' liema bhalu
Li kien kexkex lill Maltin.
Nhar it-tmintax minn ta ' Mejju
Lill Guzeppi kellhom jghalquh;
Jien innocenti, jien mhux hati
Dall-kliem stqarr, fuq l-ghaziz huh.
F’rokna ta' l-isptar centrali
Kien jinsab, ragel vagabond;
Lill qassis, tobba w'servjenti
Qalhom lil Salvu jien qtilt kont.
Mort nara, lil huh jitghallaq
Smajtu jghid li ma' kienx hati;
Hafer lil min lil huh qatel
Rajtu mdendel, rajtu jbghati.
Din l-istorja wasal tmiema
Li kienet kollha turmenti;
Fuq Salvu li kien il vittma
U Guzeppi l-innocenti.
Pawlu Laus, Giovann Fedele
Kbira kellhom hbiberija;
X'jahseb Laus, jahsbu Fedele
Dan, stint tal-psikologija.
Grezzja Grech tfajla sabiha
Go toroq, hziena pogguta;
Lil Laus u l'Fedele thobbhom
Ghalkemm kienet , prostituta.
B'ix-xoghol, tal-prostituzjoni
Tghajjex lilha, w'lilhom ukoll;
Grezzja jisimha, Grech kunjoma
Maghrufa, bhala : Zol-In-Zol.
Tlettax, t'April, mix-xahar kellna
Elf tmien mija, tnejn u tletin;
"Zol-In-Zol" hawn giet, maqtula
Minn dawk, li suppost mahbubin.
Xahar wara, ghaxra minn Mejju
Guri, t-tnejn, bdew ghaddejjin;
Tal-kaz l-ghamlu, nstabu hatja
U kellhom jigu, imdendlin.
B'mus tal-lehja, rasha qatawlha
Harbu jigru, ghal' ghonq it-triq
Tal-guri, u l-qtil hemm dati
Mhux maghrufa , dawk ta' tghalliq.
X'qalet , il-persekuzzjoni
Lil Malta mghamlitx unur;
Talli kienet prostituta
Li gralha xerqilha zgur.
Ma kienx ta’ min, jithassarha
It-tort taghha, dak li gralha;
Il-hatja ghandhom, jiddendlu
Mal-ligi, hadd ma jixxala.
Hawn ergaghna, fl-istess annu
Is-sena, wiehed u hamsin;
L-erbgha l-gurnata, ix-xahar Lulju
Mid-data, tlieta u ghoxrin.
Baldacchino, "l-Furficetta"
Maria, propja jisimha;
Maqtula, go bir mitfugha
B'dirghjjha nieqsa minn gisimha.
Hamet Mabruk imwieled f'Susa
Go' Malta ha l-maghmudija;
Maghruf , b'Pawlu Azzopardi
Li kien gej, minn art Arbija.
Fis-sebgha w'ghoxrin , t'Awissu
Ghall-guri, l-Pawlu resquh;
Akkuzat bi qtil makabru
Hawn, lilu hati sabuh.
B'dsatax, il-daqqa ta' sikkina
Li tal-mewt, gabu l-gravità;
Id-diviza, bl’attenzjoni
Li Pawlu ghadu taht l-età.
Izda hawn , il-prim imhallef
Injorah, lill avukat;
Ezegwita, is-sentenza
Mahfra, m’ghndux l-akkuzat.
Hekk dan Pawlu Azzopardi
Gie mghallaq, skond is-sentenza;
Qabel tela’ , fuq il-forka
Regghat intalbet, il-klemenza.
Widnejn torox, li ma' thawx kazha
Mohhom aktar, kien fuq l-akkuza;
Il-kaz kien , krudil makabru
Ghalhekk, m’ghandu l'ebda skuza.
Iss' isimghu, din il-grajja
Listess grat go Malta, taghna;
Fl-ewwel ta' Frar zmien Valentino
Dan kien gara, gol-Floriana.
Certu Wenzu Demartino
Gol-Floriana, kellu d'dar;
"Peppu ta' Tuttu, l-qaddej tieghu
Li kien, jghozzu, b'habib mill kbar.
Darba mieghu, fetah qalbu
Ghax kien, jghoddu b'generuz;
Qallu kemm ghandu gojjelli
U' fid-dar kemm, ghandu flus.
Peppi, l-Wenzu kien ihobbu
Imma xorta kien tradieh;
Id-dejn rikbu, ghax jilghabhom
Hawn halla x'xitan jaghmieh.
Peppu kellu hbieberijja
Ma "Zeppi l-Karkar" mill vicin;
Biex jghinhom, fil-hsieb qarrieqi
Marru, ghal "Ganni l-Gigien".
Dak li hasbu, wettquh kollu
Ftehmu, marru ma' tilfux hin;
Serqu l-flus, u il-gojjelli
Qabel, biss qatlu, l'Katarin.
Il-Gigien, ha il-proklama
Ghax hazin, daqs it-tenewt;
Ta' Tuttu, u siehbu l-Karkar
Kulma hadu, biss il-mewt.
Mal-proklama, il-flus gawda
L-offra l-gvern, u l-misruqin,
Lill Peppu, kixfu it-tifel
Li ra' kollox, dak il-hin.
Fit-tnejn u ghoxrin, ta' Dicembru
Elf tmien mija , tnejn u sittin;
Ta' Karkar, u Zeppu t-Tuttu
Gew imdendla, go' Kordin.
Lit-tifel tefghuh f'kantina
Bicca xoghol, aghmlu bl-ghaddoc;
Ghamlu gest, ta' delinkwenti
Imma, dnub ma' jorqodx.
Fl-erbgha w'ghoxrin, minn t'Awissu
Elf tmien mija u sebghin;
Karmnu l-Midneb, daq il-forka
Hawn min jghid, hadha ta' xejn.
L-iskrittura ta' l-akkuza
Hi' ukoll xi ftit dubjuza;
Imma l-midneb, gie mghallaq
Kif u skont, l-att ta' l-akkuza
Akkuzat fuq, Mikiel Schembri
Li qatlu, ghaliex kien spjun;
Waqt il-qtil, issemma’ l-Midneb
Dan il-laqam kien, kagun.
Mikiel mejjet taht it-tiben
Tas-sejba kagun l-irwejjah;
Indunaw bih, zewg hassada
B'hekk sid, l-ghalqa gie imsejjah.
Karmnu l-Midneb bniedem jasal
Kien xi ftit, qalbu hazina;
Hdejn il-mejjet sabu l'pipa
Bicca minn qmis, u sikkina.
Is-sikkina, instabet f'mohhu
Mill-kumplament, kienet miksura;
Il-mejjet kwazi, immermer
Ma' kienx jingharaf, mill figura.
Kull min hu intelligenti
Jithasseb minghajr ma jrid;
Guri mill bidu sa' l-ahhar
Li fih, zvolga kull tahwid.
Ghal kemm Karmnu instab hati
Tnissel dubju li mhux veru;
"il-kaz stramb" ghadu jissejjah
Fih jidher li hemm, misteru.
Darba fit-Torri ta' Zuta
Gherja f'had-Dingli, fuq l-gholjiet;
Jghammru fih, "Anna" u "Toni"
Gie mibdul, f’razzett , ghall kwiet.
Tmienja ta' Frar, elf u tmien mija
Mis-sena, tnejn u disghin;
"Anna" w'zewgha ghall kwiet jghammru
Boghod mill-ilsna, u l-ghajnejn.
Boghod mill-ghajn, anke mill-ilsna
Xewqithom kienet li kieku;
"Toni" kien ta' ghalih wahdu
Imlaqqam, b'Toni ta' Tkieku.
Fuqu ghamlu, l-attenzjoni
Ta' Malta l-aqwa briganti;
Kienu l-aqwa, delinkwenti
Fost kollox, ftit injoranti.
Min isejhilhom briganti
Ma ' jkun jibdel, l-ebda t-ton;
Dawn kienu, "t-Tullier" u "n-Nusa "
II "Mannaggja" u " Gianon "
Ghamlu pjan sabiex lil Toni
Ta' kif ghandhom jisirquh;
Il-pjan twettaq, serqu l-flus
Fuq kollox , anke qatluh.
Imma x-xitan, deffes dembu
Lill dawn, l-erbgha x'fatta ghama;
"il-Mannaggja" kien inqabad
Biex jinheles, ha l-proklama.
"It-Tullier" "Gianon" u "n-Nusa"
Mil-"Manna]]ja" mikxufin;
Sena wara ghaddew guri
Id- dikjarati li hatjin.
"It-Tullier "Gianon" u "n-Nusa"
Ghall mewt giethom, is-sentenza;
L-avukati ta' tnejn minnhom
Harguhom fuq xi n-noccenza.
Dawn kienu, "Tullier" u "n-Nusa"
Li taghhom, feccet it-tama;
Dan bil-patt, u l-kundizzjoni
Jixhdu, f'guri, ghall proklama.
Il-"Gianon" biss li ha l-forka
It-tlieta l-ohra helsuha;
Il-"Gianon" b'dan sar jaf wara
Li shabu lilu, qelbuha.
Imma b'dak li sar jaf wara
Ghall "Gianon" dan ma' jiswiex;
Ghax l-ghada il lazz libsulu
U il-mewt ma' helishiex.
Dan guri baqa’, jissemma
Ghal hafna, u hafna snin;
Dottor Mizzi Prim Ministru
Fid-dsatax, sebgha w'ghoxrin.
Gerald Strickland segretarju
Li kien jorbot, u iholl;
Meta Mizzi, b'dal-kaz semma’
"Strickland" tilef il-kontroll.
Dan kien guri, ta' misthija
F'elf tmien mija, erbgha w'disghin;
Il-vittma, certu "Bonanno"
Zmien kellu ezatt sebghin.
"Bonanno" miet ix-xatt merraq
B'Ruzar il-Lajs l-akkuzat;
Il-gagbini, kienu tlieta
Fejn gidbu, gideb sfrenat.
Il- "Hatar " u il-" Mannaggja"
Maghhom, kellhom lil "Pacik" ;
Kienu ghodda, tal-gustizzja
Il-bocca jressqu mal-lik.
Ghax kapaci jibnu storja
Jghazlu l-vittma min sa jkun;
B'li jwettqu, miskin min jehel
Dawn jitwemnu, bir-ragun.
Tal-gustizja, tlett gagbini
Darba, il-maskra nkixfitilhom;
Il-ligi, jghidu tiggebed
Ghalhekk reghgat, hafritilhom.
"San Frangisk" laqam ta' Wenzu
Mal-Lajs l-aktar li kien, fdat;
Mil-pacik,- hatar - mannaggja
Jixhed falz, minnhom sfurzat.
Ghall dil-farsa, baxxa rasu
Minnhom bicca kbira, kellu;
Il-ftehim ghamluh, fid-depot
Fil-bitha ma' genb rixtellu.
Tal-komplott, il-Lajs sar hati
M'nejn jghaddi ma' kellux triq;
L-imhallef, qata s-sentenza
Ruzar il-Lajs, ghat-tghallieq.
Zeppi Vella, t' 20 sena
Iz-zina qatt mar-rifjuta;
Kien zghazugh, kemm xejn marradi
Fl-R.M.A dahal, rekluta.
Sebgha piedi u nofs, tul kellu
Persuna sahha u piz;
Kien go sptar, hareg mar jixrob
F' glieda qatel, bahri Ingliz.
Gorg Goodwin, l-Ingliz kien jismu
Ta' Tereza kien habib;
Zeppi kien jizvoga maghha
Tieghu kienet, l-aktar qrib.
Tereza il-prostituta
Bhal Zol-In-Zol u l-furficetta;
Dawn kellhom hafna klijenti
Hobzhom kien, minn Strada Stretta.
Tereza mlaqma l-Imtajra
Ma' sieheb Goodwin, qeghda gewwa;
Gorg Goodwin, u Zeppi Vella
It-tnejn barra jistennewha.
Sieheb Gorg, issa kien lesta
Qabel hareg, il-glas newwel;
Siegha Gorg, u siegha Zeppi
Ghamlu sforz biex jidhlu l-ewwel.
Hawn Zeppi, li kien fis-sakra
Lil Goodwin, ma' prenda xejn;
Gorg Goodwin, sejjah lil siehbu
U ma' Zeppi gew fl-idejn.
Zeppi pront silett sikkina
Ghax li jigieldu, jafu, jidhru;
Zeppi bl-ghaddoc beda jxejjer
U lil Gorg, laqtu go' sidru.
Gorg, kien ta' tmintax il-sena
Zeppi kellu ma' l-ghoxrin;
Spicca l-gmiel, sahha u zina
Taz-zaghzagh, dak kien destin.
Guri ghal mewt, ha sentenza
Zeppi f'gholoq bl-inoccenza;
Il-prim gurat ghamel bhalu
Ghal Zeppi talab klemenza.
Il-gvernatur, ma' tahx mahfra
Ghalxejn ghamlulu petizjoni;
Ghax il-bahri Ingliz bhalu
Ried jaghti, l'Malta l-ezzjoni.
Fdal-waqt ghamlu forka gdida
Zeppi mbikkem tela’ fuqha;
Hu kellu jkun, l-ewwel Malti
Illi l'din il-forka jduqha.
Issa, hawn kaz differenti
Lilu mhux ta' min jinjora;
Kull min hu , midhla tal-knejjes
Bilfors, sema’ b'Ninu Xkora.
Ghall xi whud dan Ninu Xkora
Kien kiefer, u xejn ma' jqies;
Imma mbaghad, lil Ninu bidlu
Minn monstru, f’martri qaddis.
Fuq kollox, dina l-istorja
F’imhuh kemm ghamlet ostakli;
Jghidu Ninu, haj indifen
W'beda jaqla’, il-mirakli.
Huma hafna dawk li qalu
Li lejh, ghandhom ammirazzjoni;
Fejn Ninu, mill mard fejjaqhom
Lejh kibret, il-vokazzjoni.
Hawn dahal it-tentazzjoni
Ta' qilla u l-aktar xrar,
"Xkora" qatel lill Zubbatu
Tieghu kien, ghadu mill kbar.
Zubbatu, tradixxa l-Xkora
X'ried lil bintu, johodilu;
Xkora, nkorla meta nduna
Fuq l-ghamillu pattijielu.
Xkora, wissa lill Zubbatu
Qallu lilek, jien intemmek;
La ma tridx terhi lil binti
Ghad nahsel, idejja b'demmek.
Zubbatu ma' tghax, kaz kliemu
Halef lil bintu, johodilu;
Xkora wettaq, dak li wissa
Lil hajtu, hesrem temmilu.
Jien ghamilt, din ir-ricerka
Biex insib, il-kazijiet;
Mhux fuq kollha, irnexxieli
Hemm fejn sibt, biss ismijiet.
Ghamilt dak li hu possibli
Fost, tahbit, u hsibijiet;
Hemm fejn sibt, xi kaz bla data
Kunjom, laqam u kazijiet.
Pawlu Galea, Pirotta Gio
Ta' Bankoz, u t 'Tunezin;
Sitta ta' Mejju, elf tmien mija
Sitta w 'sebghin, gew imghallqin.
Is-sincier, Zeppi Azzopardi
Mal-gustizzja, dellu tqil;
Tmienja w ' sebghin, ta' l-istess sena
Mid-data, ghaxra t’April.
It-Taljan, d'Urso Guzeppi
F' Ottubru, data tletin;
Fis-seklu, elf u tmien mija
Is-sena kienet, tmenin.
Is-suldat Guzeppi Vella
Malta, bhalu ma' tarax;
Dan ukoll kellu jiddendel
Tlieta w ' disghin, seklu tmintax.
Ganni Borg, imlaqqam "Paddy"
F'Jannar wiehed u ghoxrin;
Fl'annu elf u disgha mija
Hawn sejjahlu, id-destin.
It-Tork, Hagi Ali Ias
Fis-seklu, sena sbatax;
Erbgha w' ghoxrin, mix-xahar kellna
Liema xahar, ma jindigax.
Taz-Ziemel, Guzepp Tabone
Fl-istess xahar, tlieta w'ghoxrin;
Sitta u ghoxrin, April kellna
Dan kaz mil l-imsemmijin.
Ta' l-erwieh, Nazju Abela
Data l-ewwel minn ta' Frar;
Jinghad li bizball gie mghallaq
Kien mizmum, b'ragel mill kbar.
Ta' Kazwina : Pace Guzeppi
Fl-istess xahar, m'hemmx sena u data;
Ma tanx kien hemm differenza
B'kollox sbatax il-gurnata.
Tlieta u ghoxrin, minn Dicembru
Tal-Buskett, Pawlu Mifsud;
Fl-annu elf u disgha mija
Dan imdendel kellu jmut.
Borg Pisani, ismu Karmenu
Dan tal-forka ukoll membru;
Tnejn u erbghin, kienet is-sena
Tmienja u ghoxrin, ta' Novembru.
Karmnu Zammit, u huh Guzeppi
Dawna mghallqa gew it-tnejn;
Hamsa ta' Lulju, elf disgha mija
Is-sena tlieta u erbghin.
Hekk kelli, niddiskrevijhom
Lill dawn l-imsejkna hmistax;
Tlabt taghrif minn go arkivju
Imma ngibhom ma' nistax.
Rajt u qrajt dawna min kienu
Dawn kollha, tnehhew b'dil-piena;
Mur ghidilhom, mur sabbarhom
Li fuqhom, qed nghanni jiena.
Biss nghidilkom kelma wahda
Li din lilkhom, tiswa vandagg;
Min behsiebu, jaghmel bhali
Veru jrid jghamel kuragg.
Emnu dan li qed nghidilkhom
Kliem bil-fatti, gideb xejn;
Jekk ikolli nerga nzurha
Zgur li nahsiba, darbtejn.
Urejtkom li din hi kiefra
Ghalhekk forka, b'isimha maghha;
Jien inhossha, mbarazzanti
Ghal min xewqtu jrid jaqtahha.
Min jiprova lili jgiddeb
Ta' dan provi ngiblu, jiena;
Ninfurmag illi, il-forka
Bicca ghodda, minghajr hniena.
Ahsbu ftit, f'din it-twissijja
Mohhkom tmorrux taljenaw;
Jekk ta' dan ghandkhom xi dubju
Morru hemm, u ipruvaw.
Ovjament din, it-twissijja
Ghamiltha jiena, personali;
Qeghda, ghal kull individwu
Tista’ tkun, ingenerali.
Dan ir-rakkont, jien sa naghlaq
Ghax kull bidu, ghandu tmiem;
U lil dawk li, hadu l-forka
Inroddilhom, paci u sliem.
[
Tmiem ]
|
|
|
 |
 |
|
L-aghar kastig li qatt kien hawn
f'pajjizna ghal sentenzi tal-Qorti
kien bla dubju ta' xejn il-Forka.
F'Malta l-forka originat fi zmien
il-Kavallieri u nqatghet minn piena
kapitali b'ligi Parlamentari fl-4
ta' Ottubru ta' l-1971 permezz ta'
l-Att 21. Madankollu l-piena
kapitali f'pajjizna ghadha tista'
tinghata taht l-Att tal-Forzi Armati
ta' Malta lil dawk il-membri taghha
li biex ighinu lill-ghadu jiehdu
sehem f'rewwixti, amutinament
(mutiny) Jew li ma jwaqqfux dan
milli jigri biex jaghtu ghajnuna
lill-ghadu. Min ikun mixli b'dawn
l-akkuzi jghaddi Qorti Marzjali.
Izda biex inkomplu dwar l-imghoddi
nghidu li l-ahhar sentenzi li kienu
esegwiti permezz tal-forka kienu
fil-5 ta' Lulju, 1943.
Insibu li fi zmien il-Kavallieri
l-forka kienet fuq dak il-blat
f'tarf il-Port il-Kbir, maghruf
bhala Rikazli. Fl-antik, dawk
l-inhawi kienu jissejhu 'tal-Forok'
u dawk li kienu jitghallqu,
generalment kienu jkunu n-nies
misjubin hatja ta' piraterija jew
kuntrabandu.
Aktar tard it-tghalliq beda jsir
is-Saqqajja fir-Rabat, fejn ghad
hemm il-Pjazza bl-isem ta' Pjazza
Forok. Il-mewt kienet isseh
fil-gholi biex l-issentenzjat jidher
minn bosta nhawi u permezz tieghu
jitnaffru nies ta' kondotta hazina.
Meta f'Malta gie l-Kaptan Alexander
Ball, li aktar tard sar Kummissarju,
il-Qorti kienet trasferita
mill-Imdina ghall-Belt, fil-Klistanija
u l-forka kienet issir fil-Furjana,
fejn il-lum hemm il-Monument tal-Gwerra.
Minhabba l-forka, hafna
mill-abitanti ta' l-inhawi ma kienux
baqghu jokkupaw id-djar li kellhom.
Maz-zmien inbena l-Habs ta' Kordin u
l-forka bdiet issir pubblikament
fix-Xaghra ta' quddiemu. Biex jaraw
is-sen-tenza titwettaq kienu jmorru
hafna nies. Ghalhekk sa mill-1880 l-esekuzzjoni
bdiet issir privatament u d-dfin
kien isir fic-cimiterju tal-Blata
l-Bajda fejn il-lum hemm is-Sede
Centrali tal-MUSEUM.
Fl-1876 beda jintuza c-Cimiterju tal-Habs
ta' Kordin. Interessanti jinghad li
meta beda d-dfin f'dan ic-Cimiterju
ndifnu tnejn min-nies li kellhom
sentenza tal-mewt fl-istess jum,
waqt li l-ahhar difna wara mewt bil-forka
wkoll sar ghal tnejn rnin-nies li
mietu fl-istess jum u li nzertaw
ahwa.
|
 |
|
Mill-1876 sa l-1943, inghataw
il-forka 18-il ruh. Dawn kienu
l-ahhar nies li mietu mdendlin.
L-ewwel tnejn kienu Gio Maria
Pirotta mlaqqam Ta' Tunes' u Pawlu
Galdes 'Il-Bancoz'. Huma nqatlu
fls-6 ta' Mejju 1876. Imbaghad fl-10
ta' Frar 1878 insibu lil Giuseppi
Azzopardi mlaqqam 'Is-Sincier'.
Warajh, Giuseppe D'Urso,
'It-Taljan', li miet fit-30 ta'
Ottubru 1880, Giuseppi Vella,
'Is-Suldat' u Giuseppi Muscat 'Gianon',
inqatlu fit-13 ta' Marzu u t-22 ta'
April, 1893 rispettivament. Fit-2
ta' Lulju 1894 inqatel Rosario Mizzi
'Il-Lais' u fis-6 ta' Gunju 1900
insibu lil Giuseppi Micallef Tal-Maghtab'.
Tmien snin wara ddendel Antonio
Azzopardi 'Xkora' sewwa sew fis-27
ta' Ottubru 1908. Fil-21 ta' Jannar,
1913 inqatel Giovanni Borg
'Il-Paddy' u fl-24 ta' April 1917
insibu lil Hag Ali Isa 'It-Tork'.
Giuzeppi Tabone, Taz-Ziemel' kellu
s-sentenza esegwita fis-26 ta'
Marzu, 1923 u fl-1 u fit-18 ta'
Frar, 1927 insibu lil Nazzareno
Abela, Ta' l-Ewrieh' u lil Giuzeppi
Pace Ta' Kazwina'. Pawlu Mifsud Tal-Buskett'
inqatel fit-23 ta' Dicembru, 1940
waqt li fit-28 ta' Novembru 1942
inghata l-forka Carmel Borg Pisani.
L-ahhar tnejn min-nies li hadu
l-forka kienu l-ahwa Carmel u
Giuzeppi Zammit, imlaqqmin Ta'
mohhu', li nqatlu fil-5 ta' Lulju,
1943.
Biex l-issentenzjati jinghataw
il-mewt, kien jinhtieg il-bojja. Dan
generalment kien ikun habsi
voluntier, li biex jaghmel dan
ix-xoghol kienet tinhafirlu l-piena
ta' habs li jkollu u jinghata ftit
flus ghal kull esekuzzjoni.
Fl-antik, sentenzjat ghall-mewt kien
jitqieghed f'post ghalih u kien
ikollu zewg patrijiet Kapuccini
mieghu lejl u nhar. L-ahhar tlett
ijiem kien ighaddihom 'kappella',
peress li jkollu zjarat minn
patrijiet u jisma' priedki u jaghmel
meditazzjonijiet bi thejjija ghall-mewt.
Meta jasal hin it-tghalliq,
fil-kamra tal-forka kien ikun hemm
prezenti l-awtoritajiet tal-Habs,
l-Ufficjal Mediku Gholi tal-Gvern,
il-Kummissarju tal-Pulizija,
il-Kappillan tal-Habs, l-Ufficjal
Mediku tal-Habs u d-Direttur tal-post.
Sinonimi mal-forka fl-antik kien
hemm il-fratelli tal-Kon-fraternita
tar-Ruzarju u tal-Hniena, maghrufin
bhala r-Ruzarjanti. Dawn aktarx
kienu jkunu professjonisti. Kienet
id-drawwa li meta xi hadd
tinqataghlu ghall-mewt kienu johorgu
lebsin il-kunfratija u bil-kabozza
frashom, iduru mat-toroq u bieb bieb
u jigbru l-flus ghall-bzonnijiet tal-familja
ta' l-ikkundannat li jkun imiss.
Il-gbir ma kienx isir fil-lokal ta'
l-issentenzjat u r-Ruzarjanti lanqas
kienu jigbru flus mir-rahal fejn
ikunu joqoghdu huma. Fuq il-bott tal-gbir
kien ikun hemm santa tirrapprezenta
l-Qtugh ir-Ras ta' San Gwann
Battista.
Fil-jum li s-sentenza tasal biex
tkun esegwita, ir-Ruzarjanti,
flimkien mal-patrijiet jimxu
processjonalment mic-cella ta'
l-ikkundannat lejn il-kappella tal-Habs.
Hawn kienet id-drawwa li
l-ikkundannat jinkiteb
fil-fratellanza tar-Ruzarju.
Imbaghad, tohrog il-quddiesa
fl-istess kappella. Aktar qabel
kienet issir ohra fil-knisja ta'
Santa Ubaldesca f Rahal Gdid.
Wara l-quddiesa fil-Habs, il-korteo
johrog mill-kappella u jibqa' sejjer
lejn il-forka. Hemmhekk,
lill-ikkundannat kienu jghattulu
ghajnejh u jorbtulu jdejh. Imbaghad
hu jitla' t-tarag li jwassal ghall-kamra
tal-forka u jittiehed fil-post
preciz. Hdejn il-forka,
l-ikkundannat jintrabtulu riglejh u
dak ikun is-sinjal li hajtu waslet
lejn it-tmiem.
|
 |
|
Is-sentenza tal-mewt kienet
titwettaq wara li l-Kummissarju tal-Pulizija
jaghmel is-sinjal lill-bqjja u waqt
li jkunu qed jinghadu l-ahhar
talbiet mill-patri u l-ikkundannat.
Fil-fatt, l-ikkundannat ikun ghadu
jlissen it-talb meta jinqatel, biex
ma jkunx jaf ezatt il-waqt tal-mewt.
Wara, l-Ufficjal Mediku
jic-certifika l-mewt u fuq il-Habs
tittella' bandiera sewda li turi li
jkun miet xi hadd fuq il-forka. Din
il-bandiera kienet iddum tittajjar
ghal siegha.
Ghalkemm il-forka m'ghadhiex tintuza
ghan-nies pajzana, hi ghadha shiha
fil-Habs ta' Kordin. Ta' min isemmi
li skond ma jinghad, il-forka
nhadmet min-nies tat-Tarzna u li
sakemm tlestiet hadd ma kien jaf
x'inhi u fuq xiex kien qed jahdem.
Tajjeb jinghad ukoll ghall-istorja,
li l-ahhar sentenza ghall-mewt
permezz tal-forka kienet inghatat
fl-1963 lil bniedem miz-Zejtun, izda
l-Kabinett kien ghadda petizzjoni
lill-Gvernatur ta' dak iz-zmien
ghall-klemenza u l-bdil tas-sentenza,
li fil-fatt il-Gvernatur laqa'.
Minn informazzjoni ohra sirt naf li
meta Mhallef kien jaqta' sentenza
ghall-mewt bit-tghalliq, hu kien
inehhi l-beritta minn rasu u jkisser
il-pinna li uza tul il-Guri. |
| |
|
|
| |
|
Dan l-artiklu jinstab fuq ktieb li
jismu "Tifkiriet ta' l-Imghoddi"
miktub minn Charles B. Spiteri.
Pubblikat minn Pubblikazzjonijiet
Indipendenza (pin). ISBN 99909 -
41-04-1 |
| |
|
|
|