|
Il-hajja tista' toffri
Mumenti tassew sbieh
Specjalment meta hlejqa
Tipproduci l-friegh.
U dawna nnocenti
B'ghajnejhom ikellmuk
Bi tbissima helwa
Mill-ewwel jisirquk.
Taghmel kollox ghalihom
Lura ma tkun trid xejn
Trid biss l-imhabba taghhom
Illi tkun giet minn tnejn.
Perņ l-hajja mhix facli
Ghandha l-ikrah ukoll
Meta r-rabta tal-imhabba
F'cirkustanzi jkollok tholl
Bhal meta jkollok fjura
Tidbiel jum wara jum
Ikollok kontra qalbek
Tnehhiha mill-vazun.
U x'nista naghmel jiena
Biex ingawdi dan il-fjur
Li naf b'soghba kbira
Ha jkun nieqes fil-futur?
Rikordji sbieh moghnija
B'imhabba u simpatija
Tbissima ferm sinciera
Mohhi qatt ma jnehhiha. |