The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Il-Firda

Miktub minn
Charlie "Zubina" Mangion

 
 
 

X'jimpurta, ghax jisimha Firda
X'jimpurta, kemm taghmel hsara;
Jimpurta kieku l-imhabba
Jiftlilha tidhol go Darha.

X'jimpurta min nies ta' dinja
X'jimpurta mill kumplament;
Jimpurta min haga wahda
Illi tizrha, kull turment.

D'ghall kelmtejn li qed nghannilek
Ta' mhabba w sincierita;
L-istess imhabba, k'kalzratni
U' qerditli kull libertà.

Kieku l'qlub jistghu jitkellmu
Kemm jghidu affarijiet;
Titfellel bl-ugieh tinfena
l-aktar Qalb li-tkun sofriet.

Dak li hu mahluq mis-sema
Mieghu ghandu d-destin;
Lilek holqok, min joghbodok
Kemm qbghadtu f'mument hazin.

Ja' Firda, ghamilt massagru
Mintx, tghati kasa l'hajja;
Imma qieghdha, tghati widen
Biex herba thalli warajja.

Ja' firda, mill-aktar zorrha
Xogholok, taghmel, goff u tqil;
Li tifred il-Qlub, mahbuba
Altru, tried li tkun krudil.

Jien habbejt, habbejt bis-sewwa
F'kull hin, w' anke f kull waqt;
Ja' Qalb lid-demm t-ippompja
Min haddiehor, int instraqt.

X'sahha u x'poteri ghandu
Dak li serqek, kemm abbuza;
Accettajt, tigi misruqa
Ta' dan l'ghemil, ma' xtaqtx skuza.

Meta qalb tisraq, lill-ohra
X'ferh, x'hena, x'serenita;
Il-propja firda dejjiema
Tidgawda ghal eternita.

X'sahta fik, kemm inti kiefra
Minn kull fejn tpassi t-tabba;
Xogholok hu li taghmel firda
U massagru mill-imhabba.

F'gieh il-haqq; u f'gieh is-sewwa
Il-passat hu nostalgija;
Kemm ilha tezisti l'firda
Ma' baqghax futur ghalija.

Min jitkellem dwar l-imhabba
Jigi f'statt li qed jittallab;
l-aktar li jista' jitkellem
huwa dak li hu, m'mgarrab.

Bhal mewga, mal-blat titbewwes
Bl-aktar wens flimkien jitmellsu;
Il-mewg jigi, jerga' jitlaq
Imma l'qlub, jibaw jitwennsu.

Top - Fuq        Back - Lura