The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Id-Dizgrazzja ta' x-xelter go Hal-Luqa

Grat nhar id-9 ta' April 1942

Miktub minn
Guzeppi Camilleri "Jimmy tal-Fjur"

 
 
 

Hbieb tieghi duru ma dwari
halli tisimghu dan il-fatt
illi mill-memorja tieghi
ma jista jintnesa qatt.

Li hu fatt ta' dizgrazzja kbira
li ta' bla hsieb issuccedit
hafna ghadhom jiftakruha
ghax grat fil-gwerra li ghaddiet.

Li kienet swiet ta' hafna biki
u li qajmet kbir interess
din id-dizgrazzja grat f'Hal-Luqa
voldieri go rahli stess.

X'hin gejt biex dan il-fatt nghanni
daqs is-silg kesahli demmi
biex ta' hadd ma ngeddet memorji
ismiejit mhux bi hsiebni nsemmi.

Mela hbieb ghamlu l'attenzjoni
la mieghi qedin imdawrin
biex taraw x'dizgrazzja kienet
dik in-nhar fuqna l'Hal-Luqin.

Kienu d-disa ta' April sewwa
il-gurnata kienet il-Hamis
is-sena tnejn w erbejn kienet
u l'hin nofs in-nhar precis.

Kienet daqqet is-sirena
u n-nies kollha hargu mid-dar
nisa bi t-tfal imqabbdin maghhom
u kullhadd lejn ix-xelter mar.

Bdew jirrecitaw ir-ruzarju
u anke kantaw Litanija
u d-dizgrazzja li kienet gejja
qatt ma kienu basru biha.

Hekk kif dehru l'ajruplani
il-kanuni bdew jisparaw
imbaghad kif waslu fuq ir-rahal
wara xulxin bdew jiddajvjaw.

Ajruplani kienu xi ghoxrin wiehed
li hadu parti fil-"air-raid"
kienu Messchersmidts u Stukas
u nofshom Junkers eighty-eight.

It-tfal kollha imqabbdin ma ommhom
kollha mbezza u mwerwrin
bi tisfir ikrah tal-bombi
illi ma l'ajru bdew nizlin.

Ghax bdew jitfu bombi bhax-xita
ta' kull kalibru w ta' kull qies
wara li farku nofs ir-rahal
kienu qatlu hafna nies.

Ir-rahal sar huggiega wahda
bl'ilsna homor ta' nierin
shaba wahda ta' trap u dhahen
li kienet tidher minn kullimkien.

Kien hemm xelter mill-bombi ntlaqat
li ma kienetx mixhuta ghalih
li bl'ispluzjoni u bl'isplinters
qatlet kemm kien hemm nies go fih.

Kienu mill ahjar nies tar-rahal
kollha imzejnin bl'unur
kien hemm xjuh u anki trabi
u anki xebbiet u guvintur.

Sfaw kollha imqattajn bcejjec
ghax xejn ma kienu x-xurtjati
mietu kollha fl'istess xelter
li ghalix kienu zventurati.

Kif il-"air-raid" ghadda u spicca
kullhadd jibki u d-disprat
kullhadd isfar daqs ix-xema
bi dizgrazzja li kienet grat.

Zewgt ibjar ma gemb ix-xelter
li bl'ilma kienu mimlijijn
intlaqtu u ix-xelter intela
u l-vittmi sfaw mgharrqin.

Inthom illi bl'attenzjoni
li din l'istorja qeghdin tisimawa
ghax kemm bil-bombi w anke bl'ilma
il-mewt ma setqhux jiskappawa.

Kienu kollha sventurati
qalb ta' qalbi imsejknin
jew ghax mil-volonta tas-sema
jew ghax haqarhom id-destin.

Fost il-mejtin kien hemm familja
ta' omm u tlett angli zghar
illi bil mewt qatt ma basru
jew x'kellu jigri dak in-nhar.

Il-missier ghax-xoghol kien qieghed
il-hbieb marru ifittxuh
biex kemm jista kien bil-kalma
ta' dak li gara l'ahbar jaqhtuh.

Kif spjegawlu dak li gara
li martu w uliedu sfaw mejtin
ma felahx aktar jistaporti
u mil-ewwel hassu hazin.

In-nies kolla daru mieghu
jipprovaw forsi sabbruh
biex forsi il-has hazin jghaddilhu
mishun bil-brandy bdew jisqugh.

Ghaliex bil-mewt ta l'gheziez hutna
kien ixerred wied ta' d-dmuqh
u d-dizgrazzja tant kienet kbira
ghax sfaw mejta xi qhoxrin ruh

Povru missier ikomplu mieghu
u jipprovaw forsi jsabbruh
fl'ahhar nehhewh minn hdejn ix-xelter
u xi hbiet go darhom haduh.

Inhallu l-missier ikomplu mieghu
u jibki bli gralhu dak in-nhar
nergu induru fuq il-vittmi
halli naraw minnhom x'sar.

Il-vittmi kienu ta qalb tajba
in-nies kollha jirrispetawhom
kullhadd jahdem u jirsisti
sabiex mix-xelter itellaghhom.

Warrbu il-gebel u bghattlu l'ilma
jithabtu damu xi saghtejn
imbad wiehed wara l'ohra
minn go x-xelter gew imtellejn.

Gew imtella fuq l'istrecer
lejn il-ghassa gew mehudin
poggewhom kollha fil-bitha
u bl'lozor bojod gew moghtijin.

Il-folla marret fejn l'ghassa
imbikkijja w inkunslati
wara ftit waslu bl'ambulanzi
u ghac-cimiterju gew transportati.

Kif waslu in-nies ingabru
ghax kullhadd xtaq jaghti l'ghajnuna
l'oqbra kienu lestewlhom
u mill-ewwel fihom gew mitfuna.

L'ghada ghar-ruhhom saret quddiesa
li kullhadd offriha ghalihom
kullhadd talab sabiex is-sema
il gloria tal-genna jaghtihom.

Hawn tispicca din l'istorja
li l-lum smajtuni nghannihilkhom
biex ghar-rispett tal-imsejkna vittmi
talba zghira xtaqt li naghmlulhom.

Biex talba zghira toffru ghal ruhhom
x'hin ir-ruzarju fil-ghaxija tghiduh
biex il-bambin johodhom il-genna
u ghal dejjem jibqaw igawdugh.

Gheziez hbiebi lill imsejkna vittmi
fit-talb qatt m'ghanna ninsew
biex il-bambin jaghtihom il-premju
tal-mewt kera li sofrew.

Issa hbieb li bl'attenzjoni
dan il-fatt nghanni smajtuni
biex jekk jiena zbaljajt f'xi haga
nitlobkhom tikkompatuni.

Ghandi hbieb il-final wasal
minn ta' din l'orribbli storja
nitlob skuza jekk xi qraba
forsi fakkarthom fil-memorja.

Ghax li fl'ghana il-memorja nfakkar
dan il-hsieb ma gieni qatt
qabel nispicca dan il-fatt orribbli
nghid grazzi w sahha lill kullhadd.

Top - Fuq        Back - Lura