The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Id-Destin ta' Pawlu Degabriele "Il-Bies"

Miktub minn
Mikiel Abela "il-Bambinu"
Mehuda mil-ktieb "Il-Bambinu - Ghana u Poezija"
Mahrug mid-Dipartiment tat-Taghrif Partit tal-Haddiema 1988

 
 
 

Ersqu 'l hawn halli tisimghu,
fatt bhal dan ma smajtu qatt;
dak li jkun maghmul mis-sema
ma jkun jista' jhassru hadd!

Tnejn u ghoxrin sena kelli,
jiena kont l-ghaxqa tad-dar,
dejjem nixxala u niddeverti,
allavoija bin il-fqar.

Xi tmintax-il sena kelli,
biex nizzewweg jien thajjart,
bghatt nohtob tifla mir-rahal,
ghax x'gej wara qatt ma bsart!

Accettajt din l-gherusija,
ghalkemm indahal id-destin;
it-tnejn konna ta' qaib wahda,
ftehimna, u gejna mizzewgin.

Filghodu kont inqum kmieni,
ix-xoghol qatt m'abbandunajt;
daqqa ngawdi, daqq 'ohra nbati,
imma x 'nieklu dejjem qlajt.

Kuntenti konna f'dil-hajja,
ta' landier kien il-mistier;
wara z-zmien, il-mara omm saret,
u jien ferhan ghax sirt missier!

Intom tafu, genituri,
u x'ferh jidhol fil-familja,
meta titwieled kreatura;
ikollok tezor mid-dinja!

Jien bil-ferh ma nafx x'bdejt naghmel:
it-tifel nghannaq u nbus;
filghodu aktar kont inbakkar,
ghax biex naqia' aktar flus!

Sakemm it-tifel kellu sena,
kont niskanta nhares lejh;
meta mix-xoghol id-dar kont nidhol,
kont immur u noqghod hdejh.

Sewwa ighid proverbju Malti:
"wara 1-ferh il-biki jkun gej",
ghaliex tlift id-dawi ghall-gharrieda,
bla ma kelli hsieb ta' xejn!

Kont imdejjaq bija nnifsi,
id-dar kont insibni zejjed;
tlift id-dawi b'disgrazzja kbira;
ahjar ghalija li bqajt mejjet!

Kont nisma' lit-tifel jibki,
fejnu ma nistax immur;
ghiduli intom, go qalbi
jekk jiena hassejtx dulur!

Kemm gieli bkejt u tajt go wicci,
nghid: "Mulej, ikkonsolani;
ghidli inti x'ghandi naghmel;
hawn quddiemek qed tarani !"

"0 Mulej, idhol ghalija,
u tini daqsxejn tas-sabar;
ajma, qalbi kemm tugaghni;
hin bla waqt sejjer gol-qabar!"

Darba wahda, flighaxija,
bicca cima ngibha hdejja;
bdejt nahseb fejn se ndendilha,
biex innehhi hajti b'idejja!

Kemm bdejt nibki, kemm bdejt nibza',
gismi kollu bdejt nitrieghed,
ghax bdejt nabseb fil-familja
illi minnha se nitbieghed!

F'daqqa wahda, smajt mm ighidli:
"hawn jiena l-Missier tieghek;
kuragg ghamel, armi c-cima,
ghax kulfejn tkun issibni mieghek."

Jien fil-pront poggejt bil-qieghda,
donni ridt immiss f'idejja;
imma dik il-vuci ghebet
- dik li jiena kelli hdejja!

Lili ghebet, u hallietni
tista' tghid fil-liberta,
u sal-lum ghadni nghidilkom
illi bqajt bil-kurzita!

Spiccaw il-flus, il-gid u l-hena;
art u saqaf id-dar gejt;
lanqas nisthi infissrilkom
dak il-biki li kont bkejt!

0, x'disgrazzja, ragel ghama!
Ghalkemm mhix marda ta' wgigh,
qisu habsi dejjem bl-ghassa;
biex jiccaqlaq trid tregih!

Ghalkemm jien qatt ma kont imqareb,
imm kemm kelli noqghod kwiet!
U, kulfejn indawwar wicci,
ma narax hlief dlamijiet!

Kunu Kalmi, tkunux suppervi,
Kunu dejjem obbidjenti;
isimghu l-kelma tieghi:
ghandkom tghixu hajja kuntenti!

U kif rabbejtha l-familja,
jiena lilkom sejjer nuri:
l-ewwel ittamajt fil-hniena t'Alla,
imbaghad fil-benefatturi!

Biex ilqajt id-destin tieghi,
l-akbar sforzi kelli naghmel;
u, hbieb tieghi, iskuzawni,
ghaliex dan ma semejtux qabel!

Top - Fuq        Back - Lura