The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

 Delitt Orribli Ta' Omm

Li Qatghet Ras Binha
li grat fit-23 ta' Awissu 1960

Miktub Poezija mill-Ghannej Zejtuni
Mikiel Abela "Il-Bambinu"

 
 
 

Ersqu hbieb halli nghidilkom,
fiex wasalna sa nurikom,
b'dan il-fatt li sa tisimghu,
thossu lart titrighed bikom.

In-nisa jifthu widnejhom,
u jiehdu naqra interess,
sa nghid fatt fuq mara vili,
li qatlet lil binha stess.

Kull min jisma din l'istorja,
jien nahseb li tghidu bhali,
illi bniedem xbiha t'Alla,
sirna ghar mill-annimali.

L'annu elf u disa mija
is-sena kienet sittin
mara qatlet l'istess binha,
skandlu kbir fost il-Maltin.

Certa tfajla mis-Siggiewi,
Jisimha Giga Aquilina,
din telqet minn dar missierha,
u ntefet f'hajja hazina.

Zmien kellha taht l-ghoxrin sena,
bdiet tiggerra mat-triqat,
ix-xitan malajr hatafa,
issa lahqet isfrattat.

Giga inti xejn ma qista,
kemm sejra tkabbar id-dejn,
dak li ghandek ma min halqek,
kemm ahjar ma twelid xejn.

Int sirt xebba dizonesta,
ta' nisa kemm weggajt qlub,
ghaliex kont tisraq lil zwieghom,
mieghek, twaqqahhom fid-dnub.

daqqa f'hanut issa f'lukanda,
ta' wiccha, iz-zejt spiccala,
ta' barmejt rebhet midalja,
J'Alla s-sema ma johloqx bhala.

Fil-hanut bil-fors tilbisa,
K'ma tilbisiex kienet tizbalja,
ghax jahtfuha l'pulizija,
bhal klieb l'huma bla' midalja.

L'arlogg idur u Giga tikber,
iz-zmien hadd ma jista jzomm,
issa hawnhekk twieled il-vittma,
li bih Giga saret omm.

Din il-vittma kienet tifel,
kien helu qisu haruf,
ommu Giga kulhadd jafa,
u missieru mhux maghruf.

It-tifel ommhu ghammditu,
u Twannie lilhu semmiet,
taghtu kunjoma Aquilina,
kif jaghmlu dawn l-ommijiet.

Biex tahdem bla ma jfixkila,
taghtu mar'ohra z'zommulha,
u thallas xi haga f'gimgha
u lit-tifel trabbihulha.

Karmen Borg dil-mara kienet,
li rabbietu ghal ftit snin,
imma darba kellha ssiefer,
u kellhom jigu mifrudin.

Giga kellha tarbija ohra,
li semmieta Karmelina,
din regghet taghta kunjoma,
jigifieri Aquilina.

Ghamlet hsieb li trid tizzewweg,
zzewget mostru bla raguni,
la nghijdilkom kemm hu kiefer,
zgur ragun ghandkom taghtuni.

Certu Leli Camilleri
icken minnha ftit miz-zmien,
zamm it-tfal li Giga kellha,
ghax fin-navy jahdem kien.

Dan lil Twannie ma kienx jahmlu
din tarbija innocenti,
kien isawtu swat tal-biza,
u jaghtieh hafna turmenti.

Gieli dawwarlu habel m'ghonqu
jorbotlu saqajh u jdejh,
b'sigarrett joqghod jaharqu,
u t-tigra ommhu thares lejh.

Gieli tah xebqha lembuba.
qiesa dik tal-pulizija,
ghax forsi ghamel zball ckejken,
bla hniena jibda itih biha.

La tahsbux il-hadra ommhu,
kienet tmur tiddefendieh,
anzi meta kien jitilqu,
taqbdu hi u aktar taghtieh.

Forsi hawn min qieghed jghidli,
mela kemm kienu jsawtuh,
gie li hass hazin ihossu,
ghax bis-swat kienu jholluh.

ll-girien tant drawh jissawwat,
l-ghajjat tieghu kienu drawh,
donnu Alla ghalhekk halqu,
biex lilu jifflagellawh.

Jien skantat bil-girien taghhom,
isawtuh mhux darba rawhom,
donnhom nies ta' bla kuxjenza,
qatt ma marru rrappurtawhom.

Ghadda z-zmien u xtraw tarbija,
U Marthese lilha semmiet,
din kienet ta Giga w' Leli,
u Camilleri issa giet.

Sabiex jien infehmkom kollox,
Twannie ghalaq it-tmien snin,
Karmen sentejn icken minnu,
iz-zghira tlieta maghluqin.

Dawn il-Belt kienu joqghodu,
f'karrejja mija u tnejn
gewwa strada San Duminku,
u b'daqshekk kullhadd jaf fejn.

Fit-23 t'Awissu,
ghal x'sitta ta' fl' ghaxija
tawh xebgha ta veru vili,
minnu ghamlu biccerija.

Sawtitu ghaliex mess l-ghodda,
biex isewwi iz-zarbuna,
qabdet firrol taghtu go rashu,
fuqu intilfet bhal mignuna.

Beda jghajjat l-ohtu Karmen
biex tigi tiddefendieh,
ghax il-vili zewgha Leli,
ghamel bhala beda jtieh.

Irnexxielu jaharbilhom,
gismu imfarrak kien batut,
b'hekk dgerbeb it-tarag kollu,
fl-ahhar targa waqa stordut.

Hemmhekk dam ghal ftit minuti,
imbaghad ommhu nizlet ghalieh,
telghet tigri bieh it-tarag,
biex id-dnub taghha tahbieh.

La tahsbux li giethom hniena,
tax-xebgha li kienu tawh,
anzi qabdu is-sikkina,
qatghawlu ghonqu b'hekk skarnawh.

L-omm tefghatu fuq is-sodda,
zewga tefghu fl-art stendut,
malajr haslu id-demm kollu,
biex ma jhallu l-ebda xhud.

L-ohtu Karmen ma' tawx kasa,
rat kollox x'kien qed isir,
ghax issa x'xitan ghamihom
b'dnub fahxi mill-aktar kbir.

X'hin lestew il-barra hargu,
u ma' ghamlu ebda mossa
il-hadra ommhu xtrat il-bajtar,
u marret tieklu il-fossa.

ll-mostru l-iehor dabbar rashu
u bhal martu qad attent,
issa mbasta qatlu t-tifel,
haseb li sa jkun kuntent.

Ir-rimors tad-delitt taghkom
minn raskom qatt ma tnehhuh,
u la tmorru quddiem Alla,
x'behsiebkom tirrisponduh.

Assassina ta' li stess ibnek,
ta' tmien snin veru nnocent,
l-anqas l-aghar tigra feroci
ma taghmel li ghamilt ent.

X'hin kilet il-bajtar kollu,
kielet bil-qalb ma wegaghhiex,
imbaghad taparsi baghtet l-ohtu
tara l-facendi jekk lestiex.

Karmen marret ma tifla ohra,
ghajtulu ma' kellimhomx,
regghu lura u qalulha,
li Twannie ma wegibhomx.

Marret hi u dahlet gewwa,
u bdiet tghajjat x'wahda din
jahasra qatluli t-tifel,
taparsi hassa hazin.

Malajr waslet il-gustizzja,
lilhom it-tnejn arrestaw,
u haduhom lejn id-depot,
biex lilhom jinterrogaw.

Sar l-access fuq il-katavru,
il-girien gew imsejhin,
sabiex jghidu kull ma jafu
biex b'hekk jaqbdu l'assassin.

Tiskanta il-girien kollha,
ilkoll f'daqqa immutaw,
huma l'anqas waqt ix-xbighi,
ma marru jirrapurtaw.

Il-magistrat malajr ta I'ordni
li l'experts jinvestigaw,
il-post ta Leli u Giga,
biex il-provi jakkwistaw.

Washing machine, firrol u hwejjeg
sikkina u cintorin,
cover tas-sodda, bicca lastku,
bid-demm sabu imcappsin.

Ghadda z-zmien u l-gustizzja,
l-assassini arrestaw,
fuq il-provi li sabulhom,
il-Giga w' Leli akkuzaw.

Biex ma ntawlux imbeda l-guri,
bil-president u l'imhallfin,
Leli qala' l-Censu Xerri,
Giga ghandha l-Pullicin.

L-avukat minn tal-kuruna,
qara l'akkuza tal-hatjin,
huma qalu m'humiex hatja,
u x-xhieda gew imsejhin.

Certu xhieda qalu x'jafu,
kien hemm xhieda immutaw,
imma l'qorti harget ordni,
sabiex lilhom jarrestaw.

X'hin spiccaw ix-xhieda kollha,
id-difiza dmirhom qdewh,
il-president l'indrizz ghamel,
il-Gurati kliemu flewh.

Il-Gurati dahlu gewwa,
lil hajtin il-verdett taw,
Leli ghoxrin sena xoghol iebes,
Giga ghal mewt ikkundannaw.

Ajma ma il-mahfra talbek,
hniena minnu ma gietekx,
ajma ma, ghid fis-sentenza,
gralek bhalu ma hafrulekx.

Bis-sikkina qtajt ghonq ibnek,
ix-xjaten messhom kaxkruk,
bezzajt lit-tfal ta' Malta w' Ghawdex,
kollha jibqghu jobghoduk.

Jien ghandi tifel daqs Twannie,
ghal daqstant aktar hassejt,
ghalkemm hadt sentenza tajba,
taht idejja messek gejt.

Twannie ibni qalb ta qalbi,
il-bambin fejnu izommok,
ghaliex int hadt il-martirju,
biex thallas ghad-dnubiet t'ommok.

Imhabba d-dnub ta' Eva
Kristu ssallab ghalina,
ommok biex tahbi dnubieta,
qatghatlek ghonqok b'sikkina.

Karmelina taqtax qalbek,
ahna lilek inrabbuk,
lil ommok ghandek tahfrila,
imma qatt tinsa lil huk.

ll-bambinu kiteb storja,
illi qatt ma ghanda tintnisa,
mara li qatlet lil binha,
xi stonku ghandhom in-nisa.

Jiena sejjer nitlob skuza,
jekk ghidt xi haga hazina,
meta tfal tkunu sa ssawtu,
ftakru fic-ckejken Aquilina.

Top - Fuq        Back - Lura