|
|
Delitt sar ingrat u
jbezza
Li ma seta jobsru hadd
Kull minn jisma kwazi jibki
Ghaliex jikser qalb kulhadd.
Irrid naf jekk hawnx xi bniedem
Minnu mhux se tigih hniena
Tant kemm hu dan il-fatt kiefer
Li 'dal ktieb ktibtilkom jiena.
F'Malta kollha jibqa msemmi
Ghal hruxija u l-krudilta
Intkom stess tghiduh qal sewwa
La taraw il-verita.
Fit-tlieta u ghoxrin ta' Awissu
Elf disa mija u sittin
Il-gurnata it-Tlieta kienet
Meta dal kaz ghamlu l-Maltin.
L-istrada wkoll San Duminku
Fejn sar dal qtil intortament
Sal pajjiz il-Belt jissejjah
It-triq wiesa f'appartament.
Certa Giga mis-Siggiewi
Sabieha w ppersunata
Kellha tifel kienet tghatu
Zmien kellu hdax il-gurnata.
Dik il-mara li haditu
f'ghozza kbira qed trabbieh
Tahslu, tnaddfu, tlibbsu sewwa
Wisq tinsab ferhana bih.
Innocenti ckejken Twannie
Bhala ltim qieghed jitrabba
Xejn ma jonqsu ma' min qieghed
Ghax thobbu il-vera imhabba.
Din Giga tgharset u izzewwget
It-tifel marret ghalieh
B'raguni kellha ittihulha
U hames snin damet tgawdieh.
Karmena telqet u siefret
Wara wahda minn uliedha
F'Twannie kien hsiebha dejjem
Mhux kuntenta fejn hi qieghda.
Sa l-ittri kienet tibaghatlu
Baqghet spiss tiftakar fih
Meta giet mill-Ingilterra
Flokk giebet biex lilu ittieh.
Id-dar t'ommu marret tficcu
Kif b'ghajnejha 'l Twannie rat
Bdiet tghanqu maghha u tbusu
U lilu l-flokk irregalat.
Karmni w Giga bdew jitkellmu
Kif flimkien kienu qeghdin
Dawn it-tnejn lil xulxin sellum
Hekk b'dal-mod gew mifrudin.
Dan Twannie Aquilina
Tad-dar qieghed jiehu kura
Jahsillha, jnaddaf u jixtri
Ghandha ommu minnu seftura.
Minn ckunitu intelligenti
Ghal li tghidlu obbidjent
Ta' l-iskola ha il-premju
Daqs kemm kien veru attent.
Din l-eta dan it-tifel kellu
Tmin snin sew mhux iktar zgur
Kliemu sod tant jirragunaw
Pjacir jaghti fejn imur.
Xagharu isfar ghajnejh zoroq
Ftit ruxxan kemm hu sabih
La tkellmu bi kliemu jigbdek
Ma tixtieqx kieku thallieh.
Ghandu fuqu certu genju
Li bih jaghti veru pjacir
Hadd ma seta sigur jobsor
Dak li minnu kellu jsir.
Ommu tat lil hutu iz-zibeg
B'tant malizja u falzita
Jilghabu barra baghtithom
Halli jkollha il-liberta.
Fl-intervall ta' dana kollu
Sata' kien xi hsieb tant serju
Hadd ma seta' sigur ighidu
Kienx qieghed isir misterju.
Giga t-tfal hadet u harget
Warrajha t-tifel halliet
Ghal frisk marret il-fossa
U sa hawn ghadu, kollox fil-kwiet.
Wahdu baqa' kien se jbiddel
Fil-kwiet tieghu gewwa d-dar
Issa isimghu l-ahwa huti
Minn Twannie msejken x'sar.
La jilbes kien ghal hdejn ommu
Ghax hekk kienu miftehmin
Fuqu bdiet taparsi tahseb
Ma ratux sar daqshekk hin.
Ghalieh baghtet m'ohtu l-kbira
Biex taghtieh xi zewg bajtriet
Jekk xi haga se tinstema
L-okkazjoni b'dan il mod bdiet.
Kif waslet bdiet issejjahlu
Biss lil Twannie ma ratux
Mhux ghax kienet baqghet isfel
Iwiegeb ma semghetux.
Zewg tfal qalu lil Karmen
Id-demm ghandkom taht il-bieb
Sa bid-demm it-tarag mimli
U ta' kliemhom tant hadet hsieb.
Ghal fossa telqet u waslet
Kif rat l-ommha tatha il-bxara
Giga pronta id-dar marret
Biex b'ghajnejha il-veru tara.
Hi u tiela wkoll it-tarag
L-emhitu kollu bid-demm
Gewwa l-kamra baqghet diehla
U il-Twannie sabet mejjet hemm.
Bdiet tghajjat tant b'lehen gholi
Ejjew tuni ftit l-ghajjut
Oh imsejken x'kellu jara
X'mewta harxa kellu jmut.
X'seta ghamel dan it-tifel
Kemm hu veru zvinturat
Mhux forsi zgur minghajr htija
Imut kellu d-disgrazzjat.
Kwantita. ta' nies ingabret
Min skantat jew bhal mibluh
Il-Belt xterdet din ix-xniha
Ta' Giga t-tifel qatluh.
Kull min rah kulhadd jithassru
Fl-art mejjet f'ghadira dmija
Meta dan il-kas instema
Qrib it-tmienja ta' fil-ghaxija.
Gew fil-pront il-pulizija
Biex zgur xejn ma jimtess
Lin-nies bdew ikeccu l-barra
Ghax qieghed isir l-access.
L-assassin ta' kunfidenza
U l-memorja tieghu fina
Kexxun fetah ha xi armi
Minn mejda kienet fil-kcina.
Ma kien baqa' l-ebda rokna
Go dar fittxu kullimkien
Kitbu kollox haga b'haga
Bla ma tilfu l-ebda zmien.
Kull ma raw is-Superjuri
Gie minnhom ipprefikat
Allura hawn l-ezami spicca
Minn Gouder il-magistrat.
Minn hemm hasbu biex jitilqu
La darba l-access kien sar
Ilkol rikbu go karrozza
U mnejn gie raga kulhadd mar.
Bl-ambulanza lil katavru
San Luqa 1-isptar haduh
Gol-kamra tal-mejtin bhalu
Fuq irhama hemm qeduh.
Tliet tobba wisq kapacissmi
Gew mill-qorti maghzulin
Minnhom qed issir l-awtopsija
U mal-katavru imdawrin.
Waqt dina l-ezaminazzjoni
Fli qed jaghmlu hsiebhom qeghdin
F'attenzjoni l-aktar kbira
Jinsabu kienu f'dak il-hin.
Gismu kollu grif u mbengel
Minn dan ghamlu qalb hazina
Dan it-tifel miet b'mewt martri
Skond ma ghamlulu qed jurina.
Hadu wisq interess tieghu
Fittxew veru l-irqaqat
La dawna issa intrigati
Jaghtu jridu r-rizultat.
Qabel helsu invistawh tajjeb
Biex ikunu iktar zguri
L-awtopsija b'dewha u spiccawha
Daqs kieku tliet professuri.
Fit-tebut qedu 'l Twannie
Minn fejn kien haduh bill-karru
Sac-cimiterju tal-Addolorata
Il-genituri warajh marru.
Kull minn kien hemmhekk prezenti
Qalbu nkisret kulhadd kien
Wara ftit gie ragel bi-ghodda
Beda jidfnu id-deffien.
Fix-xoghol ghamel dmiru kollu
Biex ma jdumx kemm jista jkun
Spicca Twannie darba ghall dejjem
Gol qabar jinsab midfun.
Dawk li kellu ma' dwar qabru
Ghal li gralu wisq ghadruh
Minn ma' gembu kollha telqu
Warajhom kellhom, ihalluh.
Tal-gustizzja qeghdin jgharlblu
Min ghamel il-kaz bic-car
Giga u Leli ir-ragel taghha
Bl-ghassa maghhom lejl u nhar.
Kull min joqtol kollha certi
Minn ghalihom li ma jafux
Jinqabdu ghax jidhlu f'nassa
U minnha zgur ma johorgux.
Dawk li jkollhom suspett fihom
Jigu wisq ikkonsidrati
Omm Twannie u zewgha maghha
Sabu rwiehom arristati.
Fuq dal-fatt hekk interribli
Ghamlu kbira attenzjoni
F'dawk li hasbu li l-kaz ghamlu
Bdew jghaddu kumpilazzjoni.
Imressqin gew kemm il-darba
Sa ix-xhieda kollha staqsew
Il-qorti qed tipprepara
Biex dana il-guri jibdew.
Bghatuhom il-kartamenti
Lil tal-kuruna l-avukat
Jistudjahom b'izjed reqqa
U kollox minnu ezaminat.
Ma damx wisq bghatilhom it-talba
Qrawwielhom lit-tnejn kordin
Ta' dana d-delitt li ghamlu
Il-mewt talab mill-gurin.
Waslet hawn issa sieghethom
Mill-habs giebu l-imputati
Qieghduhom f'posthom bhas-soltu
Ghal gurin ipprezentati.
Verament ta' min jistghageb
Dawk in-nies li bdew gejjin
Bill-poplu l-qorti mimlija
Kulhadd jiffolla fuq xalxin.
Daqqu d-disa ta' filghodu
Ezatt sewwa kien il-hin
Nhar it-Tlieta il-guri beda
U minn Frar wiehed u ghoxrin.
Id-disa' gurati s-sejhu
Tawhom kollha l-gurament
Biex dan l-fatt jisimghu sewwa
U wiehed joghqod attent.
Registratur beda jaqralhom
L-akkuza kollha minnufieh
Meta spicca mill-akkuza
Il-fiskal il-fatt urieh.
Imsejhin gew issa it-Tobba
Dan li xiedu huma wkoll
Il-pjagi li f'rasri kellu
Qabbluhom sew mal-firoll.
Jiena mort fejn il-katavru
Gol kcina fejn solta jkun
Ftit tal-hin kien ilu mejjet
Ghax kif missejtu sibtu shun.
Id-difensur lil Manche Doctor
Ghamillu dil mistoqsija
X'daqs kienu l'bicciet ta' mohhu
Li sabuhom qalb id-dmija.
Ma nistax dan sew nghidulek
Tant kemm kienu imxerdin
L-ikbar bicca daqs pisella
U l-ohrajn iktar wisq ckejknin.
Fil-pront sejhu l-Cilla tixghed
Qaltilhom kienu jsawtuh
Hekk kif smajtu qieghed jibki
Mort ghattilhom ihalluh.
Minn saqajh idejh u ghonqu
B'habel kien bhal manettjat
Sa rabtuh mal-gallarija
U Leli beda jtieh is-swat.
Hawn Twannie rasu intelqet
B'hass hazin donnu se jmut
Jiena ghetlu biex ihollu
Imbghad hollu mnejn kien marbut.
Il-dawn iz-zewg assasini
Fejn qatluh haduhom pronti
Meta wrewhom fil-post x'ghamlu
Tornaw regaw lejn il-qorti.
Komplew sejhu il-Freddy jixhed
Wiehed tifel mill-girien
Mit-tarag refghetu Ommu
Ghanda rajta d-dahlu jien.
Ftit tal-hin wara dan kollu
Ta' Twannie baxx smajt il-krib
Hrigt barra argajt dhalt gewwa
Biex nara mill-gdid sa nsib.
Stahbejt f'rokna taht it-tarag
Imma l-ebda hoss ma smajt
Nitla fuq dhalt gewwa ghand Giga
U fl-art mejjet lil Twannie rajt.
Itbaxxejt u erfajtla rasu
Bla ma qghad nitlef izmien
Sejahtlu anqas wegibni
U wiccu I-isfel fid-demm kien.
Bdejt infittex gewwa l-kamra
Imma hadd ma kien hemm zgur
Hrigt bill-kwiet imbghad minn ghandhom
Id-dar t'Ommi kont sa mmur.
Billi Karmen ta' eta' zghira
Hadita is-Suru mahha
Meta il-din bdew isaqsuha
Hekk b'dieta ix-xieda taghha.
Daqs kemm qeghdha tixhed tajjeb
Qalet cari dal kelmiet
Leli giebu minn fuq sodda
La naf haj u anqas kien miet.
Tefaw fl-art lil hija Twannie
Ommi hdejh qeghda gharkupteja
F'ideja kellha sikkina
Rajta sewwa jien b'ghajnejja.
Batitni malajr il-barra
Inzilt isfel minnha smajt
Ma domtx wisq mort ghand il-Mammy
Ghaliex wahdi jiena kont gbajt.
Il-hwejjeg li kellhom fuqhom
Bid-demm rajtom imcapsin
Gol magna li nahslu bija
Qaddiemi gew mixhutin.
Dan il-hsieb li kellhom f'rashom
Li ma ridux haj ihalluh
ll-bintha batet ghal zewga
Biex ighajna it-tifel joqtluh.
Hawn spiccaw ix-xiedha kollha
Iddivesa bdew l-avokati
L-ebda haga xejn ma ghandhom
Ta' pontijiet irragunati.
Pulicin u mieghu Xerri
Dawn huma iz-zewg difensuri
Ma baqax ghal hatjin x'jaghmlu
Tant kemm hadmu f'dan il-guri.
Lil gurati kemm il-darba
Dahhal gewwa 1-President
Qallhom biss ahsbuha tajjeb
Ha jkun kollox perfettament.
Kif dal kliem minn fommu spicca
Il-koll regaw irtiraw
Biex jimxu fuq il-kuxjenza
U bejniethom jikumbinaw.
Il-prim gurat il-verdet qralhom
Meta hargu minn hemm gew
Favur Leli tlieta minnhom
U kontra Giga kollha gew.
Talli t-tifel taghha qatlu
Ghalihom hekk se tinghata
Leli mar ghal ghoxrin sena
U Giga ghall-mewt ikkondannata.
Il-President Antonio Mamo
Tkellem kalm u bi prudenza
Veru wera kemm hu gharef
Lil kulhadd kif ta issentenza.
Hekk itridu tkunu tafu
Aqraw hawn ghandkom id-data
Daqshekk dam dal-guri itawwal
Sbatax sewwa il-gurnata.
Kif kulhadd mill-qorti hareg
Haduhom malajr kordin
Dahluhom gewwa zewg cellel
U hemm hallewhom maqfulin.
O poplu ta Malta kollha
Zommu f'mohkom dan il-kliem
Saw stajt biss niktbilhom jiena
U nkompli rrid ghad il-quddiem.
(Jissokta)
TMIEM U TWISSIJA
Kapijiet ta' Malta kollha
Dan il-fatt hemm bzonn tifmuh
Jiea nahseb li dmugh xerridtu
Hekk inthom sewwa qrajtuh.
Oqghodu kalmi u onesti
Tkunux boloh u mtajrin
Biex disgrazzja fuq uliedkom
Ma tigrix izjed bhal din.
Jekk intkhom tisimghu minni
Ma nigu fl-ebda okkazjoni
U ma jkollu l-ebda seta'
Li jirbahna t-tentazzjoni.
Kemm nistghu naharbu t-tajjeb
Ahseb u ara mill hazin
Nersqu dejjem lejn il-knisja
Ma nibkux minna mbeghdin.
Jekk nghejxu hekk hadd ma jizbalja
La l-missier u anqas l-ebda omm
Biss nitolbu sema' tghina
Id-driegh tieghu fuqna z-zomm.
Niftakru li ruh wahda ghandna
Biex nahsbu ghall-verita
Sabieh u ikrah fqir u ghani
Kulhadd imur l-eternita.
Ma baqghax x'infisser izjed
Hekk spiccat il-kiefra storja
Din set tibqa darba ghall dejjem
Ghall kulhadd bhala memorja. |
 |