|
|
Il-bniedem Uman huwa
Annimal hafna kumpless
li f'hafna cirkostanzi
lanqas jifhem lilu stess.
Mhuwiex maghmul ghal wahdu
Ifittex kumpanija
iqassam il-gurnata
fil-ghodu sa fl-ghaxija
Mal-hbieb joqghod jitkellem
mal-mara, ragel u tfal
bejniethom jaqsmu kollox
dwejjaq niket u xalar.
Habib ferm importanti
ghal dan il-bniedem uman
li mieghu jiftah qalbu
isib paci u serhan
Issib hbieb li sinciera
qalbhom u mohhom jatuk
lesti jifirhu mieghek
jew inkella jsabbruk
Il-hbieb bnedmin umani
u dawn jafu jizbaljaw
minghalik jghinu lilek
il-gwadann jibdew jaraw
Il-bniedem hafna drabi
annimal ferm egoist
iqis l-avanzi tieghu
qisek lejh qatt ma harist
Min hu li go dil-hajja
ahjar minnu iridek
Qalbek Uza u Mohhok
araf li inti tkun sidek.
Inti li habib tieghi
Jien ghalik nitlob kuljum
Ghax bil-ghajnuna tieghek
Sirt dak li jiena llum. |