The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Firda

Miktub minn
Charlie "Zubina" Mangion

 
 
 

Jekk tipprova tħares Lejha
Imqar b'skop ta' tolleranza;
hi taf bħalek lejk itħares
Għallieha m'hemmx ugwaljanza.
 
Taf tasal, sabiex min m'ommok
Anke ma' l-għażiż missierek;
Tasal mal-ħbieb, tasal ma' martek
Ma' żewġek, u ma' wliedek.
 
Il-għaliex, tant hi krudila
Tagħmel, mezz illi tifirdek;
Għax l-għan tagħha, huwa wieħed
B'għamil tagħha tried teqirdek.
 
Kunaf, illi tal-Paċi
Hi, taħbat, l-akbar għajjura;
'imbagħad, kollox fuq kollox
inzertat, li m'għandiex sura.
 
Gala darb' isimha firda
Bla' ħniena, u bla' rispett;
Tagħmel min kollox, biex tirbaħ
Taraha, fuq quddiem nett.
 
Fuq kollox, ta' xejn tinżebaħ
U fuqha troxx il-fwejjaħ;
Għax la' darba hija firda
Tagħha kollha, jintnu l-irwejjaħ.
 

Top - Fuq        Back - Lura