|
|
Ferħ u niket flimkien
imorru
Misteru għall maħluqin
Dawk li-jiġu jerġgħu imorru
Bħal irwiefen maħrubin.
Il-hajja bħal siġra f'ġonna
Titrabba u kbira ssir
Il-ward tagħmel u l'frott toħroġ
Ċkejken, mezzani, u kbir
Kont ċkejkna bħala bdejt nikber
Ma' l'milja taż-żmien matura
Wasalt biex ħadt li stat tiegħi
Dik-li-toffri in-natura
Iva ħadtu li stat tiegħi
Xewqti qtajt u hekk għamilt
Innamrajt u l'għarus sibtu
U r-raġel li ħabbejt għażilt
Tlabna li sema u l'frott tagħna
Li-xtaqna bejnietna t-tnejn
Sibna l'hena, bnejna darna
Imbierkin ma naqasna xejn
Għamilna kull sagrifiċċju
Il-frott bħas-siġra nkabbruh
Għaliex frott mis-sema imbierek
U d-dover tagħna nifhmuh
Sirt it-tama tal-ġejjieni
Dik kienet it-tama tiegħi
Illi għall futur inħares
U fuq spalti inġorra miegħi
Imma destin inti mill kiefra
Id-dritta kollha f'idejk
Minn għajr rispett minn għajr raġuni
Aktar ma' tiġbidnix lejk
Lili t-tama' tellefthieli
Għax ħniena m'għandek minn ħadd
Għajnejk tagħlaq il-minġel tfajjar
Li bih teqred lil kulħadd
Dak li tagħjatni erġajt ħaddtuli
Jiena kmieni ma stennejtuhx
Bħal ħaddieħor xewqa kelli
Li ħesrem ma ninfirdux
Ħaddtli lil-żewġi għall għarrieda
Fuqi tfajt malonkonijja
Xejn ma ġietek ħniena minni
Għala kollha din il-kefrija
Reġgha għoġbok tagħmilli żjara
Anqas laħqu għaddew tlett xhur
Ġejt u ħaddtli lil ibni ċ-ċkejken
Illi kien għadu fl-aħjar fjur
Iva ġejt ħaddtli lil-ibni
Qalbi mġarrfa li tin-fena
Kien għadu jibda d-dinja
Żgħir ta-tmienja u għoxrin sena
Lili ħallejtli tifkira
Li tintrabat fil-futur
U ma' ta' qabel li-għadda
Jibqa' għall-dejjem id-dulur
Tlift it-tama' għall ġejjieni
Tlift il-ħolm fid-dlamijiet
M'hemmx speranza fil-ħolm aktar
Kollha indifnu it-tagħmiet
Ħarsti tfajt f'lejla mudlama
Tagħmiet li ma' jeżistux
Kull ma-għandna mhuwiex tagħna
Toroq imdalma ma' jinfdux
Minn hu dak li ma' jħoss f'qalbu
W'għandu s-sena biex jirraġuna
F'temp ta-tlett xhur l'missier u l'iben
Ħdejn xulxin qegħdin midfuna
O Mulej waħdi ħallejtna
F'dawn is-sigħat ta' dulur
Għamel int, inti it-tama
X'għandi nagħmel, fejn ser immur
Int setgħana fil-għerf tiegħek
Int tad-dinja l-feddej
Tlift lil-żewġi, tlift lil ibni
Lili sabbar O Mulej.
|