The Home of Maltese Għana

 

Front Page | Intro Page | What is Maltese Għana? | History of Għana | Għana in Theatre | Photo Album
 Folksingers Listing | Guitarists Listing | Hall of Fame | Fatti u Poeżiji | Artikli bil-Malti | Articles in English | Scrapbook

Bint il-Bojja

Miktuba Poeżija minn
Arturo Caruana

 
 
 

Go belt sabiħa
bil-bosta arjuża
fih kienet tgħammar
xebba grazzjuża.
 
Kien fommha sieket
sabiħa bħax-xemx
oħra tixbahha
bħala ma hemmx.
 
Din għodwa waħda
ħarġet iddur,
ma mara xiħa
nannitha żgur.
 
Marru sa l-pjazza
jippassiġġaw,
sabiex lil ħbiebhom
hemmhekk jaraw.
 
Minn ħdejhom għadda
wieħed student
ħarsa ta ħelwa
f'dak il-mument.
 
lx-xbejba onesta
baxxiet għajnejha
bosta stħat minnu
u minn ta' ħdejha,
 
Wicca sar aħmar
sew bħal pepprina
għajnejha demmgħu
din il-miskina.
 
Malli nannitha
rata hekk mistħija,
pronta qaltilha
x'għandek Marija.
 
Xejn Nan imorru
għax iddejjaqt
wieġbet ix-xebba
sew f'dak il-waqt.
 
Xi haġa ġralek
tenniet ix-xiħa
billi rat kollox
u xammet xi riħa.
 
La mmorru ngħidlek
ma ġrali xejn
u irid nirtira
għax sar il ħin.
 
Għal kliem ix-xebba
dawn irtiraw
mingħajr il-ħbiebhom
ma laħqu raw.
 
L-għada filgħodu
dak li student
għassa tax-xiħa
qagħad wisq attent.
 
Ried ikellimha
mingħajr mistħija
għax qalbu ħabbet
wisq lil Marija.
 
Wara xi kwarta
ħierġa lemaħha
kien pront u mexa
sabiex jilqagħha.
 
Dan resaq lejha
tislima ta
qalbu bdiet tħabbat
appena ra.
 
Sinjura qalla:
qed nistenniek
sabiex ix xewqa
tiegħi nurik.
 
Hekk dik ix-xebba
li rajtlek miegħek
nitolbok tgħidli
hix tifla tiegħek.
 
lx-xiħa pronta
għal dal-kelmiet
qaltlu jien ngħdlek
taħt pattijiet.
 
Għidli tweġiba
dak li student
ismagħni qaltlu
u oqgħod attent.
 
Dik hi bint binti.
jisimha Marija
jiena rabbejtha
ċkejkna tarbija.
 
Miskina iltima
iżda edukata
mill ġirien kollha
maħbuba u stmata.
 
Għalhekk nitolbok
biex taċċettani
għarus minn tagħha
u kuntent tagħrani.
 
Dal-kelmiet qalla
dak li student
u għar-risposta
qagħad wisq attent.
 
Jien lilek nafek
għandi pjaċir
bejnek u bejnha
daż-żwieġ isir.
 
Ma taf xi ngħidlek
gwaj kbir għalik
jekk inti tħalli
xi ħadd jgħawwik.
 
lx-xiħa qaltlu
hekk b'serjetà
għax riedet taħbi
il-verità.
 
Billi bint Bojja
kienet Marija
ma ridietx turi
din il-ħmerija.
 
Wara xi ġranet
dak li student
għarus go dara
daħal kuntent.
 
B'imħabba kbira
ħabb lill-Marija
hi wkoll ħabbitu
b'rabta qawwija
 
Ma dammux ħafna
it-tnejn kuntenti
għax kienu waslu
sew għat-turmenti.
 
L-għarus kien darba
mal-kumpanija
pjaċir qed jieħu
fost l-allegrija.
 
Wieħed minn sħabu
appena ra
ried lilu jifraħ
u jitturmentha.
 
Ħabib nifraħlek
b'dik l-għarusija
li saret bejnek
u bejn Marija.
 
Edgar daħaqlu
u rringrazzjah
għafaslu idu
u wrieħ li stmaħ
 
Il-ħabib kompla
igħid fuq Marija
fl-aħħar' tarraflu
sew bint min hija.
 
Edgar sar isfar
għal dan il-kliem
rogħda qabditu
sew f'dak il-ħin.
 
Stagħġeb xħin qalu
li dik Marija
kienet bint bojja
maqtul Sqallija.
 
Fl'aħħar dan qalu
qed toffendini
hemm bżonn li inti
provi tatini.
 
L-ieħor daħaqlu
ma ħax għalih
b'dak il-kliem iebes
mar u ħallieh.
 
Edgar imsejken
b'qalbu magħfusa
mar f'dik il-lejla
għal ħdejn l-għarusa.
 
Marija qalla
la taħbilix
il-veru għidli
minni tistħix.
 
Taf kemm inħobbok
taf kemm nistmak
taħsibx li sejjer
nabbandunak.
 
Irridek tgħidli
missierek x'kien
x'sengħa kien jagħmel
ilu ftit żmien.
 
Hawn wiċċ Marija
sfar minnufih
kuraġġ le kellha
tirrispondih.
 
Edgar, wiġbitu
għax tistaqsini
dil-mistoqsija
mur u ħallini.
 
Missieri bojja
forsi ġà smajt
iżda jien pura
kif inti rajt.
 
Jien xejn ma naħti
f'dad-diżunur
la darba miegħi
għandi l-unur,
 
Jiena habbejtek
inti taf fi żgur
oh x'sejra insofri
issa la tmur.
 
Biegħed minn moħħok
dal-ħsieb Marija
jien naf li inti
xejn m'għandek ħtija.
 
Ma n-nies infami
jitturmentawk
meta hekk maħbuba
minni jarawk.
 
Jekk tassew tħobbni
bħal ma turini
hemm bżonn li inti
lili obdini.
 
Xi tridni nagħmel
Edgar għalik
taħseb li jiena
sejra ninsik.
 
Mur u ħallini
b'dan id-dulur
int mintix ħati
f'dad diżunur,
 
Marija ismagħni
għada stennieni
f'dan il-ħin sewwa
jien inkun ħieni.
 
Għafsilha ida
telaq u mar
bħal ras maqtugħa
dritt lejn id-dar.
 
L-għada x’ħin wasal
ħin fil-għaxija
Edgar pront telaq
għal ħdejn Marija.
 
Dan saba tibki
b'qalba maqsuma
b'deni wisq aħrax
kienet maħkum.
 
Dan wara ħafna
kliem wisq sabiħ
minn butu ħareġ
pront minnufih,
 
Flixkun velenu
xorbuh kuntenti
għax riedu itaffu
dawk it-turmenti.
 
Edgar b'imħabba
soda w qawwija
ħaddan fi ħdanu
ġisem Marija.
 
Li mietet qablu
imgħanqa miegħu
kollha obbidjenta
għal parir tiegħu
 
Edgar ftit wara
ħieni u kuntent
biesa w miet ħdejha
minngħajr turment.
 

Top - Fuq        Back - Lura